MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 2 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum intervista JAELLE BORG Għal ħafna Maltin, Ġorġ Agius – magħruf aħjar bħala Ġorġ tal-Mużew – ma kienx tabib, infermier jew uffiċjal fl-Isptar Mater Dei. Madankollu, għal snin twal kien wieħed mill-aktar uċuħ familjari fil-kurituri tal- isptar, fejn bil-preżenza tiegħu, bit-tbissima u bil-kelma t-tajba kien jagħti kuraġġ lill-pazjenti, qraba u anke ħaddiema. Illum, ħames snin wara li beda jippromovi l-idea, Mark Schembri għadu determinat li dik il-memo- rja ma tintesiex. Ix-xewqa tiegħu hija waħda sempliċi: li f 'Mater Dei jitwaqqaf bust żgħir b'tiira ta' Ġorġ tal- Mużew, sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri jibqgħu jiakru f 'persuna li, mingħajr ebda kariga jew inter- ess personali, irnexxielha tħalli marka fil-ħajja ta' eluf ta' nies. U Schembri jinsisti fuq punt wieħed mill-bidu sal- lum. "Mhux qed nitlob fondi mingħand il-Gvern. Qed nitlob biss li jingħata rikonoxximent lil persuna li għamlet tant ġid," qal lil din il-gazzetta. Minn post fuq Facebook għal kampanja ta' ħames snin Dak li beda bħala appell fuq il-midja soċjali ma damx ma beda jiġbed l-attenzjoni ta' ħafna nies. Il-proposta ta' Schembri kienet sempliċi iżda b'saħħitha: jekk hemm persuna li ħaqqha tibqa' mfakkra ġewwa Mater Dei, dik hija Ġorġ tal-Mużew. Il-post qajjem mijiet ta' kum- menti u reazzjonijiet mingħand persuni li qasmu l-esperjenzi tagħhom ma' Ġorġ, filwaqt li oħrajn sostnew li bust fil-post fejn qatta' tant snin ikun l-isbaħ mod kif il-pajjiż jirringrazzjah. Skont Schembri, ir-rispons li rċieva kien dak li tah il-kuraġġ biex ma jaqtax qalbu. Il-proposta tasal għand il-Prim Ministru Matul dawn is-snin, Schem- bri ma waqafx biss fuq il-midja soċjali. Huwa kiteb direttament lill- Prim Ministru Robert Abela fejn spjegalu l-proposta tiegħu. Fit-tweġiba li rċieva, il-Prim Ministru infurmah li s-suġġeri- ment kien ġie nnutat u mgħoddi lill-Ministeru kkonċernat sabiex jiġi kkunsidrat. Schembri wieġeb b'mod sem- pliċi iżda sinċier. "Nittama li din ix-xewqa ta' ħafna nies tiġi mwettqa," kiteb lura, filwaqt li rringrazzja lill-Prim Ministru. Għalih, dik it-tweġiba kienet tfisser li l-proposta kienet waslet fuq il-mejda ta' dawk li jistgħu jieħdu deċiżjoni. Il-każ jasal ukoll fil-Parlament L-inizjattiva aktar tard sabet appoġġ ukoll fil-Parlament. Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo mhux biss ressaq Mistoqsija Parlamenta- ri lill-Ministru għas-Saħħa ta' dak iż-żmien, Jo Etienne Abela, iżda bagħat ukoll email uffiċjali fejn talab lill-Ministeru jikkunsidra formalment il-proposta. Fil-korrispondenza tiegħu, Cas- tillo fakkar kif Ġorġ tal-Mużew kien persuna magħrufa u maħbu- ba minn ħafna, li għal snin twal ġab ferħ u tama lil dawk li kienu għaddejjin minn mumenti diffiċli ġewwa Mater Dei. Huwa rrimarka wkoll li l-in- izjattiva kienet qed tiġi sostnuta minn numru sostanzjali ta' ċittadini u staqsa jekk il-Ministeru kienx lest jevalwa l-proposta jew jispjega liema proċeduri jeżistu biex tiira bħal din tkun tista' titqies. Il-mistoqsija parlamentari, irreġistrata bħala PQ 33800, talbet lill-Ministru jwieġeb jekk il-proposta kinitx qed tiġi kkunsidrata. Aktar minn bust Għal Schembri, il-bust ma jirra- ppreżentax sempliċement statwa. "Dan il-bust, mhux biss ifakkar dan il-qaddis li għex fostna, imma jkun tiira fejn tispikka l-umani- ta', id-dover u qalb tajba, li minnu ghandna nitghallmu lkoll." Huwa jqisu bħala simbolu ta' gratitudni lejn persuna li qatt ma fittxet unuri jew pubbliċità. Jgħid li Ġorġ ma kienx magħruf għall-flus, għall-poter jew għall-pożizzjoni tiegħu, iżda għall-ħin li kien jagħti lill-oħrajn u għall-kapaċità tiegħu li jġib tbis- sima fuq wiċċ min kien qed ibati. "Hemm nies li jibqgħu mfak- kra għall-kariga li kellhom. Ġorġ għandu jibqa' mfakkar għall-im- ħabba li wera lejn in-nies," sostna. Tifkira fil-Birgu Fl-aħħar jiem, fil-jum li fih tfakkar il-100 anniversarju mit- twelid ta' Ġorġ Agius, il-Kunsill Lokali tal-Birgu inawgura maar f 'ġieħu quddiem id-dar fejn kien joqgħod. Il-maar, xogħol tal-artist Clive Busuttil, ġie inawgurat waqt attività li fakkret il-ħajja u l-kon- tribut ta' Ġorġ lejn il-komunità. Iżda għal Schembri, dawn iż-żewġ inizjattivi mhumiex alternattivi għal xulxin. Anzi. Huwa jgħid li filwaqt li l-ma- ar fil-Birgu jagħti ġieħ lill-belt li rat lil Ġorġ jitwieled u jgħix, Mater Dei huwa l-post fejn eluf ta' Maltin tgħallmu jafuh. Jinsisti li Ġorġ jimmeritah li jsirlu bust f 'belt twellidu, pero' jfakkar li kien ħareġ min hemm u dar kull sptar, dar ta l-anzjani u kull fejn seta jwassal il-kelma t'Alla bil-kliem poetiku uniku tiegħu. "F'Mater Dei kien iqatta' l-ġranet tiegħu. Hemmhekk kien jagħti kuraġġ lill-pazjenti. Hemmhekk sar parti mill-ħajja ta' tant familji Maltin. Għalhekk nemmen li hemmhekk għandu jkun hemm ukoll tiira perma- nenti tiegħu." "Mhux se naqta' qalbi" Minkejja li għaddew ħames snin minn meta beda din il-ħid- ma, Schembri jgħid li mhux lest jabbanduna l-proposta. Jgħid li matul dan iż-żmien għamel kuntatti ma' awtoritajiet, kiteb lill-ogħla uffiċjali tal-pajjiż u ra wkoll il-proposta tasal sal-Parlament. Issa jittama li l-pass li jmiss ikun wieħed konkret. Għax, kif jisħaq hu stess, din mhijiex kwistjoni politika u lan- qas personali. "Hija kwistjoni ta' rispett lejn persuna li tat tant mingħajr ma qatt stenniet xejn lura." U filwaqt li Ġorġ tal-Mużew diġà għandu maar fil-Birgu, Mark Schembri jemmen li l-ak- bar ġieħ li jista' jingħatalu jibqa' wieħed: li l-bniedem li ta tant tama bejn il-ħitan ta' Mater Dei jibqa' mfakkar għal dejjem propr- ju fl-isptar li tant kien iħobb. Ħames snin jiġri wara ħolma waħda: "Ġorġ tal-Mużew jixraqlu bust f 'Mater Dei " Mark Schembri (fiċ-ċirku) ilu jħabbat il-bibien tal-awtoritajiet biex iwettaq xewqa li, skontu, hija ta' ħafna Maltin: bust ta' Ġorġ tal-Mużew (fuq) f 'Mater Dei Għal ħames snin sħaħ, Mark Schembri ilu jħabbat il-bibien tal-awtoritajiet biex iwettaq xewqa li, skontu, hija ta' ħafna Maltin: bust ta' Ġorġ tal-Mużew f 'Mater Dei. Minkejja li diġà ngħata ġieħ fil-Birgu, huwa jinsisti li l-akbar tifkira għandha tkun fil-post fejn Ġorġ ta tama u faraġ lil eluf ta' pazjenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 2 August 2026