Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546038
10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet OWEN BONNICI D ar mhijiex sempliċement bini jew proprjetà. Hija l-ambjent li fih jifformaw familji, jikbru t-tfal, u fejn persuni anzjani jkunu jistgħu jkomplu jgħixu b'dinjità. L-aħħar stħarriġ mill-Awtorità tad-Djar jiffoka, fost oħrajn, fuq is-sodisfazzjon marbut mal-ak- komodazzjoni. Ir-riżultati huma pożittivi: erbgħa minn kull ħames persuni huma kuntenti bid-dar tagħhom. L-istħarriġ wera wkoll li l-maġġoranza tal-Maltin huma sidien ta' djarhom. Dawn iċ-ċifri mhumiex biss statistika. Huma frott snin ta' ħid- ma, minn Gvern wara l-ieħor, u mill-Awtorità tad-Djar, biex aktar persuni jkollhom opportunità li jkollhom saqaf fuq rashom. Fl-istess ħin, l-istħarriġ jik- konferma li għad hemm sfidi li jeħtieġu tweġibiet li jirriflettu l-bidliet soċjali ta' pajjiżna. Spalla Dan l-istħarriġ seħħ fl-istess sena meta, f 'Ottubru li ġej, l-Awtorità tad-Djar tagħlaq 50 sena minn meta twaqqfet. L-għan tagħha, sa minn twelidha, kien biex twieġeb għal waħda mill-aktar ħtiġijiet bażiċi tas-soċjetà: li kull persuna jkollha post sigur li ssejjaħ dar. Tul dawn il-ħames deċennji, l-Awtorità kienet protagonist fit-tfassil ta' politika soċjali li tat tama lil eluf ta' familji u individwi. L-Awtorità tad-Djar mhux biss għenet lin-nies jixtru dar, iżda kienet ta' spalla għal min sab ruħu f 'mumenti diffiċli u ħolqot skemi li adattaw ruħhom għar-realtajiet ta' kull żmien. Appoġġ Illum ir-riżultati huma ċari u pożittivi. L-isfidi konxji tagħhom u qed naħdmu biex negħlbuhom iżda hu stat ta' fatt li eluf ta' familji jibbenefikaw kull sena minn għa- jnuniet u inizjattivi mfassla biex id-djar jibqgħu aċċessibbli. Fl-istess waqt, l-Awtorità qed tkompli ssaħħaħ il-governanza tas-settur billi tirregola s-suq privat residen- zjali permezz ta' għexieren ta' eluf ta' kuntratti ta' kiri rreġistrati kull sena. Dan kollu juri istituzzjoni li baqgħet tevolvi biex twieġeb għall-ħtiġijiet ta' pajjiż li nbidel sostanzjalment tul dawn is-snin. Fl-2025 biss, aktar minn 15,000 familja bbenefikaw direttament mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar permezz ta' investiment ta' €50.8 miljun. Madankollu, il-valur ta' dan l-investiment ma jitkejjilx biss fl-ammont finanzjarju. Jitkejjel fil-ħajjiet li nbidlu. Esperjenzi pożittivi ta' koppji żgħażagħ li rnexxielhom jagħmlu l-ewwel pass lejn id-dar tagħhom. Familji li sabu l-appoġġ li kellhom bżonn biex ilaħħqu mal-kera. Persuni anzjani li setgħu jadattaw id-dar tagħhom biex jibqgħu jgħixu fiha b'mod indipendenti. Persuni vulnerabbli li ngħataw opportunità ġdida biex jgħixu b'aktar sigurtà u serħan il-moħħ. Tama Insemmi biss uħud minn dawn l-iskemi li ħadmu b'suċċess. Il-Housing Benefit Scheme baqgħet tagħti serħan il-moħħ lil ħafna familji. Id-Deposit Guar- antee Scheme fetħet il-bieb għal dawk li kienu jsibu diffikultà biex jagħmlu l-ewwel investiment fid- dar tagħhom. L-Equity Sharing Scheme offriet soluzzjoni lil persuni li waħedhom ma setgħux jilħqu l-għan tagħhom li jsiru sidien ta' darhom. Fl-istess waqt, l-għotjiet lill-first-time buyers u l-programmi ta' adattament tad-djar komplew isaħħu l-indip- endenza u l-kwalità tal-ħajja ta' ħafna ċittadini. Wara kull skema, hemm storja umana. Hemm familja li ngħatat serħan il-moħħ, hemm żagħżugħa li tista' tippjana aħjar il-futur tagħha, hemm kop- pja li waqfet tgħix fl-inċertezza u hemm anzjana li tista' tibqa' tgħix fid-dar tagħha b'mod sigur. Huwa għalhekk li d-djar ma jistgħux jitqiesu biss bħala kwistjoni ta' suq jew ta' ekonomija. Huma parti essenzjali mill-ġustizzja soċjali u mill-ugwaljanza tal-opportunita- jiet. Bħala Gvern Laburista, nem- mnu li ekonomija b'saħħitha trid twassal għal benefiċċji konkreti fil-ħajja tan-nies. It-tkabbir ekono- miku kbir li ħoloq Gvern Laburis- ta, ikun ifisser ħafna aktar meta jgħin biex tinħoloq aktar mobilità soċjali, aktar opportunitajiet u aktar aċċess għal akkomodazzjoni ta' kwalità. Hekk qed nagħmlu, u hekk se nkomplu nagħmlu. Futur Madankollu, il-ħamsin anni- versarju tal-Awtorità tad-Djar m'għandux ikun biss okkażjoni biex infakkru l-kisbiet tal-pas- sat. Għandu jkun ukoll punt ta' tluq għall-futur. Is-soċjetà qed tkompli tinbidel b'ritmu mgħaġġel: bidliet fil-kompożizz- joni tal-familji, fl-istili ta' ħajja u fl-isfidi ekonomiċi. Dan ifisser li l-politika tagħna trid tibqa' tirrifletti dan kollu, u allura rridu nibqgħu innovattivi, flessibbli u qrib ir-realtà tan-nies. Irridu nibqgħu ninvestu fit-teknoloġija, fil-kollaborazzjoni mal-parti- jiet interessati u fi proġetti ta' akkomodazzjoni li jwieġbu għall-ħtiġijiet ta' kull persuna. Bħala Ministru responsabbli minn dan il-qasam, inħares lejn il-ħidma ta' dawk li servew qabli b'rispett u gratitudni. Fl-istess ħin, nemmen li għandna nibqgħu nibnu fuq il-pedamenti sodi li nħolqu sabiex l-Awtorità tad- Djar tibqa' għodda ta' innovazz- joni u ta' progress soċjali. Dinjità L-għan tagħna għandu jibqa' wieħed u ċar: insaħħu l-kultura li aktar Maltin ikunu sidien ta' djarhom, nipproteġu lil dawk li jikru, noħolqu aktar akkomo- dazzjoni affordabbli fejn hemm bżonn u, fuq kollox, inżommu lill-bniedem fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni li nieħdu. Fl-aħħar mill-aħħar, is-suċċess veru ma jitkejjilx bin-numru ta' applika- zzjonijiet approvati jew bl-iskemi implimentati. Is-suċċess jitkejjel bil-familji li jgħixu b'aktar stab- biltà, biż-żgħażagħ li jaraw futur f 'pajjiżhom u bl-anzjani li jistgħu jkomplu jgħixu b'indipendenza u dinjità. Li jkollok saqaf fuq rasek mhuwiex privileġġ. Huwa dritt fundamentali u l-bażi ta' soċjetà ġusta. Din hija l-viżjoni li għand- ha tkompli tmexxina biex nibnu Malta fejn il-ġid ikompli jitqassam b'mod aktar ġust u fejn kull persu- na tkun tista' tgħix b'dinjità. Djar Fl-2025 biss, aktar minn 15,000 familja bbenefikaw direttament mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar permezz ta' investiment ta' €50.8 miljun "Erbgħa minn kull ħames persuni huma kuntenti bid-dar tagħhom"

