Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546132
05 analiżi illum • IL-ĦADD 2 T'AWWISSU 2026 IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH JAELLE BORG Tul ħamest ijiem ta' seduti, il-ġurati semgħu xhieda dwar il-mumenti immedjati wara l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia, dwar relazzjonijiet bejn Fenech u persuni fl-ogħla livelli tal-poter, dwar allegati pjanijiet ta' ħarba minn Malta, u dwar il-biża' ta' Melvin euma li hu stess seta' jispiċċa maqtul. Fl-istess ħin, id-difiża kompliet tattak- ka l-kredibbiltà, ir-rilevanza u l-inter- pretazzjoni ta' parti mill-evidenza li qed titressaq, f 'ġuri fejn kull messaġġ, kull memorja nieqsa u kull verżjoni kontra- dittorja qed jiġu skrutinizzati fid-dettall. Fenech qed iwieġeb mhux ħati għall-akkuża ta' kompliċità fl-assassinju ta' Caruana Galizia u għall-parteċipazz- joni f 'organizzazzjoni kriminali allegata- ment marbuta mal-qtil. Il-ġimgħa fetħet b'waħda mill-aktar xhieda emozzjonanti tal-proċess, hekk kif Matthew Caruana Galizia rrakkonta l-mument meta, fis-16 ta' Ottubru 2017, sema' l-isplużjoni li qatlet lil ommu. Huwa ddeskriva kif ħareġ jiġri mid- dar u lemaħ duħħan iswed, nirien u fdalijiet tal-karozza. "Rajt dell iswed... kont naf li kienet ommi," qal lill-ġurati. Matthew irrakkonta wkoll l-istat ta' xokk li sab ruħu fih, il-mument meta pprova jġiegħel persuni fil-post iċemplu lill-112, u t-tentattivi tiegħu biex jilħaq lil missieru u lil ħuh qabel ma dawn isiru jafu bl-aħbar minn xi mkien ieħor. Messaġġi minn Silvio Valletta u l-lejl fuq il-yacht L-għada, il-ġurati ġew esposti għal għadd ta' komunikazzjonijiet estratti mill-apparat elettroniku ta' Fenech. Fost l-aktar li spikkaw kien hemm messaġġi bejn Fenech u l-Eks Deputat Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta, li kienu juru relazzjoni personali qrib bejniethom. F'messaġġ minnhom, Valletta allegatament sejjaħ lil Fenech "l-aqwa ħabib" tiegħu, filwaqt li f 'ieħor kitiblu li kellhom jimxu "pass pass" u li kienu se jkunu warajh. Id-difiża, madankollu, enfasizzat li l-konverżazzjonijiet murija lill-ġurati ma kinux jirreferu direttament għall-investi- gazzjoni dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-Qorti rat ukoll emails li l-prose- kuzzjoni qalet li kienu nstabu fuq laptop maqbud mill-jott ta' Fenech u li kienu jitkellmu dwar armi, munizzjon, silencer u allegat ordni ta' cyanide. Id-difiża oġġezzjonat għall-preżen- tazzjoni ta' dan il-materjal u rrimarkat, fost affarijiet oħra, li r-referenza għas-cy- anide kienet ta' madwar sena u nofs wara l-assassinju. Aktar tard, l-eks kaptan tal-yachts ta' Fenech, Logan Wood, irrakkonta l-avvenimenti ta' Novembru 2019, it qabel l-arrest. Wood qal li vjaġġ tas-servicing lejn Sqallija kien diġà ppjanat, iżda Fenech talab li jitressaq 'il quddiem. Il-ġurati raw ukoll messaġġi dwar il-ħtieġa li t-tluq "jidher inqas suspettuż". Skont ix-xhud, Fenech tah struzz- jonijiet biex jitfi s-sistema AIS tal-jott u biex jiżgura li l-kosta kienet ħielsa qabel it-tluq. Fil-bidu tas-sigħat tal-20 ta' Novemb- ru 2019, il-jott ħareġ minn Portomaso, iżda ġie interċettat mill-Forzi Armati ta' Malta madwar 20 minuta wara. "Se nitlef kollox" F'nofs il-ġimgħa, il-fokus reġa' dar fuq Melvin euma — din id-darba mhux fuq ir-rwol li jgħid li kellu fl-assassinju, iżda fuq l-istat mentali tiegħu wara l-at- tentat ta' suwiċidju tiegħu fl-2020. Tliet psikjatri li kienu eżaminawh qalu lill-ġurati li euma kien qed ibati minn ansjetà, dipressjoni u rimors profond, iżda kien mentalment f 'qagħda li jixhed. Waqt l-evalwazzjonijiet tiegħu, huwa kien qal li kien konvint li kien se "jitlef kollox". Id-difiża staqsiet lill-esperti dwar kemm setgħu jiddependu fuq dak li qal- ilhom euma, iżda dawn saħqu li xog- ħolhom kien li jevalwaw il-kundizzjoni psikjatrika tiegħu, mhux li jiddeċiedu jekk il-verżjoni tiegħu kinitx vera. Fl-istess seduta, il-ġurati raw sen- siela oħra ta' konverżazzjonijiet fuq WhatsApp mill-apparat ta' Fenech, inklużi gruppi bl-ismijiet "No Valletta, No Party" u "Sassicaia". Il-messaġġi kienu jinvolvu għadd ta' persuni pubbliċi u politiċi u messu suġġetti bħal 17 Black, allegati leaks mill-inkjesta tal-qtil, kopertura fil-midja u proġetti kummerċjali. Il-preżentazzjoni tal-evidenza elettronika wasslet għal diversi oġġez- zjonijiet mid-difiża, li argumentat li ċerti konverżazzjonijiet ma kinux rilevanti għall-akkużi jew kienu protetti mill-privileġġ professjonali legali. Adrian Vella u l-memorja li majnat Wieħed mill-aktar kapitli kontrovers- jali tal-ġimgħa wasal max-xhieda tal-eks tabib personali Adrian Vella. Għal sigħat sħaħ, il-prosekuzzjoni kkonfrontatu b'dak li allegatament kien qal lill-Pulizija fl-2019, hekk kif hu ripe- tutament wieġeb li ma setax jiakar ċerti episodji jew kliem attribwit lilu. Fost l-istqarrijiet li nqrawlu kien hemm riferimenti għal Fenech li allegatament qal li kien "in deep shit", għal pjanijiet biex jitlaq minn Malta, għall-passaport tiegħu u għal diskussjonijiet dwar destinazzjonijiet bħall-Messiku, it-Tuneżija, Sqallija u Franza. Il-prosekuzzjoni rreferiet ukoll għal allegata telefonata fejn Fenech staqsa lil Keith Schembri jekk kellux jaħrab u Schembri wieġbu biex ma jagħmel "xejn iblah". Vella qal li ma setax jiakar dawn id-dettalji. Il-kontroeżami mbagħad tefa' l-at- tenzjoni fuq kuntrasti oħrajn, fosthom il-kundizzjoni mentali ta' Fenech, il-mediċina li Vella tah f 'Għawdex, u l-verżjoni tiegħu dwar dokumenti li qal li ġabar mid-dar ta' Keith Schembri. Din tal-aħħar tikkuntrasta diretta- ment ma' dak li Schembri qal lill-ġurati aktar kmieni fil-proċess, meta ċaħad li kien ta xi dokumenti lil Vella. "Mastermind wieħed biss" Imbagħad waslet ix-xhieda li ddomi- nat it-tmiem tal-ġimgħa. Melvin euma reġa' poġġa lilu nnifsu fiċ-ċentru tal-plott li jgħid li għen jor- ganizza, iżda insista li l-persuna li ordnat il-qtil kienet waħda biss. "Għalija, Yorgen Fenech biss kien il-mastermind," qal euma lill-ġurati. Skont il-verżjoni tiegħu, Fenech kien avviċinah fl-2017 u talbu jikkuntattja lil Alfred Degiorgio biex jorganizza l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. euma qal li l-prezz mitlub kien ta' €150,000, b'depożitu ta' €30,000, u li wara l-elezzjoni ġenerali tal-2017 Fenech tah envelope bil-flus biex il-pjan jitwettaq. Huwa rrakkonta wkoll sensiela ta' messaġġi li qal li rċieva mingħand Fenech biex jagħfas fuq l-aħwa Degior- gio ħalli jwettqu l-qtil. Meta tkellem dwar il-ġurnata tal-as- sassinju, euma nfexx jibki. "Ħajti spiċċat," qal, waqt li ddeskriva l-ħtija li jgħid li għadha takkumpanjah sal-lum. Wara l-qtil, qal euma, huwa baqa' jżomm kuntatt mal-aħwa Degiorgio u jgħaddilhom flus għal spejjeż differen- ti, inklużi pagamenti ta' kull ġimgħa, avukati u spejjeż oħra. Ir-recordings bħala assigurazzjoni tal-ħajja euma qal li maż-żmien beda jbati minn ansjetà kbira u beda jemmen li Fenech seta' joqtlu biex ineħħi l-aħħar rabta diretta bejnu u l-allegati eżekuturi. Kien għalhekk, qal, li beda jirrekordja bil-moħbi l-konverżazzjonijiet tagħhom. "Ir-recordings salvawni," qal lill-Qorti. Skont euma, huwa ried li Fenech ikun jaf li r-recordings jeżistu, għaliex kien jemmen li dan kien l-uniku mod kif jipproteġi lilu nnifsu. Tkellem ukoll dwar l-hekk imsejjaħ "phantom job" mal-Gvern, fejn qal li wara laqgħa ma' Keith Schembri f 'Kastilja beda jirċievi ċekkijiet minkejja li qatt ma mar jagħmel xogħol. Madankollu, f 'mument partikolar- ment qawwi tax-xhieda, euma għamel distinzjoni ċara bejn dak li jallega dwar informazzjoni li Schembri seta' għadda wara l-qtil u min, fil-fehma tiegħu, ordna l-assassinju. "Ma nistax ninvolvi lil Keith għax qatt ma kellimni dwar Daphne u qatt ma tani ċenteżmu," qal b'vuċi għolja. 'Għalija, Yorgen biss kien il-mastermind' Melvin Theuma ddeskriva l-ħtija li jgħid li għadha takkumpanjah sal-lum

