MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

JAMES DEBONO Maġġoranza relattiva tal-Maltin huma favur it-tneħħija tas-sentenza ta' ħabs għan-nisa li jagħmlu abort, iżda l-istħarriġ juri differenzi sostanzjali skont il-livell edukattiv u l-età. 43% jgħidu li s-sentenza ta' ħabs għandha titneħħa mil-liġi, filwaqt li 35% iridu li tibqa' fis-seħħ. 22% oħra mhumiex deċiżi. Meta jitqiesu biss dawk li għandhom opinjoni, il-maġġoranza favur it-tneħħija tas-sentenza titla' għal 55%. L-akbar differenza tidher skont l-edukazzjoni. Fost dawk b'edukazzjoni terzjarja, 59% huma favur it-tneħħija tas- sentenza ta' ħabs għan-nisa, filwaqt li 26% iridu li din tibqa'. L-appoġġ għat-tneħħija jinżel għal 45.5% fost dawk b'edukazzjoni postsekondarja, għal 38% fost dawk b'edukazzjoni sekondarja u għal 24% biss fost dawk b'edukazzjoni primarja. Hemm ukoll differenza ċara bejn il-ġenerazzjonijiet. Fost dawk taħt il-50 sena, it inqas minn nofshom jappoġġjaw it-tneħħija tas-sentenza ta' ħabs. L-appoġġ jinżel għal 43% fost dawk ta' bejn 51 u 64 sena u għal 32% biss fost dawk ta' aktar minn 65 sena. Il-qasma politika, għall-kuntrarju, hija ferm iżgħar. 42.5% tal-votanti tal-PN huma favur it-tneħħija tas-sentenza, kontra 35% li jridu li tibqa'. Fost il-votanti tal-PL, 41% huma favur it-tneħħija u 38% kontra. IKOMPLI F'PAĠNA 2 www.illum.com.mt NRU 1025 €1.50 IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 PAĠNI 4-5 Kemmuna: 60 sena ta' żvilupp, kontroversji u battalji għall-futur tal-gżira ARA PAĠNI 6-8 Mit-tinda tal-patata għal Kastilja: Jintemm l-aċċess MAĠĠORANZA FAVUR IT-TNEĦĦIJA TA' ĦABS FIL-KAŻ TA' ABORT Il-ġurati fil-ġuri ta' Yorgen Fenech qattgħu jumejn iżuru postijiet marbuta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u mal- investigazzjoni li segwiet IL-ĠURI TA' YORGEN FENECH Il-Prim Ministru Robert Abela qal f'Jannar li ser juża l-prerogattiva kostituzzjonali tiegħu biex jirrakkomanda li s-sentenza ta' priġunerija imposta fuq in-nisa minħabba abort tinbidel f'sentenza mhux ta' kustodja Yorgen Fenech (fuq nett), Melvin Theuma mal- Imħallef Edwina Grima (fuq, xellug) u George Degiorgio (fuq, lemin) wat l-aċċess

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026