Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199
opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-konservazzjoni, il-kromożomi u l-kura tal-ġilda: L-attivitajiet ta' qabel Science in the City Hekk kif Science in the City tiċċelebra l-15-il sena tagħha tgħaqqad l-arti mar-riċerka, il-programm ta' qabel il-festival se jibda fil-31 ta' Awwissu u jibqa' għaddej sat-23 ta' Settembru, b'attivitajiet li jesploraw kollox mill-ġenetika sal-konservazzjoni tal-ambjent. Ix-xjenza li qed issawwar il-pjaneta tagħna, iċ-ċelloli tagħna u anke dak li nsibu fuq il-bankijiet tal-kmamar tal-banju tagħna se tinbidel fi spazju miuħ għall-pubbliku, b'attivitajiet għal persuni ta' kull età. Din is-sena, l-attivitajiet ta' qabel il-festival se jsiru l-aktar madwar il-Belt Valletta, u jibdew b'"Shark Conservation in Malta" minn Sharklab Malta (għal persuni minn ħames snin 'il fuq, Valletta Design Cluster, 31 ta' Awwissu fis-7:00 p.m). Dan il-workshop se jiffoka fuq il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar madwar Malta, filwaqt li l-parteċipanti se jkollhom l-oppor- tunità jaraw xedaq impressjonanti ta' klieb il-baħar u kampjuni oħra. Fuq kollox, se jitgħallmu kif jistgħu jgħinu biex jiġu protetti, għax mingħajr il-klieb il-baħar, is-sajd f 'Malta jsofri konsegwenzi serji. Għal dawk kurjużi, dwar il- blokok molekulari li jiffurmaw lill-bniedem, l-attività "Exploring the X Chromosome: DNA and Forensic Genetics" (għal per- suni minn għaxar snin 'il fuq, Valletta Design Cluster, 10 ta' Settembru fis-7:00 p.m), minn tim mill-Università ta' Malta, hija proprju għalihom. Il-parteċipanti se jaraw dimostrazzjoni diretta tal-estrazzjoni tad-DNA, segwita minn tagħrif dwar tekniki moderni ta' profilazzjoni tad-DNA użati fil-ġenetika forensika. Attività oħra minn ProHealth, "Beyond Eczema: Empowering Better Living" (għal kull età, Valletta Design Cluster, 13 ta' Set- tembru fl-10:00 a.m), se tiggwida lill-parteċipanti permezz ta' rutini ta' kura tal-ġilda u toffri l-opportu- nità li jippruvaw firxa ta' prodotti. Attività informattiva, prattika u adattata għal kull età. L-attività li jmiss hija għal dawk kollha li jħobbu l-istilel. "Turn Off the Lights, Turn On the Sky" (għall-adulti, Valletta Design Cluster, 14 ta' Settembru fil-5 p.m) se tħeġġeġ lill-parteċipanti jerġgħu jaħsbu dwar il-mod kif indawlu l-iljieli tagħna u jiskopru kif bidliet żgħar fil-ħajja ta' kuljum jistgħu jgħinu biex jipproteġu l-annima- li, l-għasafar u l-pjanti f 'Malta u Għawdex, filwaqt li jgħinu biex jerġgħu jidhru l-istilel tagħna. Prof. Joseph Caruana (Università ta' Malta), BirdLife Malta u l-artist Pep Walls se jmexxu dan il-work- shop interattiv. L-attività li jmiss, "From Photosynthesis to Power Grids: Harnessing the Energy of Plants" (għall-adulti, Ġonna ta' Argotti, 23 ta' Settembru 10:00 a.m u 6:00 p.m), organizzata mill-Malta Festival of Ideas b'kollaborazzjoni mal-Argotti Botanic Gardens and Resources Centre, se tippreżenta t-teknoloġija innovattiva żviluppata minn riċerkaturi internazzjonali li jaħdmu ma' Plant-e, li tipper- metti l-ġenerazzjoni tal-elettriku permezz ta' pjanti ħajjin. Ix-xjenza hija għal kulħadd, u f 'Settembru, Science in the City qed tpoġġi din il-wegħda fil-pratti- ka. Billi ġġedded is-sħubija tagħha ma' APS Bank, Science in the City qed toħloq spazju għal esperjenza tal-festival inklużiva. Mill-1 sal-15 ta' Settembru, l-APS Hub f 'San Ġiljan se jinbidel f '"Sensory Hub: Your Space, Your Pace", ambjent kwiet immexxi professjonalment minn speċjalisti minn Wonder- Kids, Panassea erapy Clinic u TAASC. Se jkun hemm yoga sensorjali, storytelling, work- shops tal-moviment u sessjonijiet tax-xjenza prattiċi u interattivi, imfassla għall-parteċipanti newro- diverġenti u dawk b'sensittivitajiet sensorjali, kif ukoll għall-familji tagħhom. "L-għan tagħna huwa sempliċi: li x-xjenza u l-arti jkunu aċċessib- bli għal kull persuna f 'Malta," tispjega l-Maniġer tal-Festival, Karen Fiorini. "Dawn is-sessjonijiet iddedikati jfissru li t-tfal u l-adul- ti b'dawn il-ħtiġijiet uniċi mhux biss jattendu l-festival, iżda jkunu jistgħu jipparteċipaw b'mod attiv u jgawdu bis-sħiħ mill-esperjen- za. Minbarra l-attivitajiet tagħna fl-APS Hub, se nkunu qed naħdmu wkoll ma' tim multidixxiplinarju f 'TAASC biex inwasslu Sensory Hub interattiv fl-iStreet Festival tagħna fi Pjazza Tritoni fil-25 u s-26 ta' Settembru." Il-programm ta' qabel il-festival ta' din is-sena juri kif ix-xjenza u l-arti jistgħu jingħaqdu biex jik- kontestaw ideat li nqisuhom bħala ovvji fil-ħajja ta' kuljum, jindiriz- zaw sfidi urġenti li qed taffaċċja s-soċjetà, u jispiraw futur aktar sostenibbli. Tħallux din l-opportunità taħar- bilkom. Irriżervaw il-biljetti b'xejn tagħkom illum. Żuru l-pjattaformi tal-midja soċjali ta' Science in the City u s-sit elettroniku tagħna, scienceinthecity.org.mt, għal aktar informazzjoni, u mbagħad ibbuk- kjaw il-post tagħkom permezz ta' Eventbrite. Fuq: Parteċipanti waqt dimostrazzjonijiet diretti tal- estrazzjoni tad-DNA (Ritratt: Elisa Von Brockdorff ) u (xellug) parteċipanti jitgħallmu dwar speċi differenti ta' klieb il-baħar waqt il-workshop (Ritratt: Sharklab Malta)

