MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 16 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum 04 Hemm it postijiet fil-Gżejjer Maltin li jġorru magħhom daqshekk kontradizzjonijiet bħal Kemmuna. Għal ħafna, il-gżira hija sinonima mal-Blue Lagoon, mal-baħar lewn it- turkważ u ma' pajsaġġ li għadu joffri sens ta' spazju u natura li sar dejjem aktar rari f 'Malta. Għal oħrajn, Kemmuna hija wkoll destinazzjoni turistika li ilha tiżviluppa għal aktar minn sittin sena, b'lukanda, bungalows, ristoranti, mollijiet u infrastruttura oħra. Illum, madankollu, il-ġlieda dwar Kemmuna tinsab f 'fażi ġdida. Il-proġett ta' lukanda u bungalows propost minn HV Hospitality għadda minn proċess twil ta' ippjanar, studji ambjentali, oġġezzjonijiet, appelli u proċe- duri fil-qorti. U meta deher li l-iżvilupp kien għeleb l-ostakli ewlenin, feġġet kontroversja ġdida: permess ambjentali għal intervent fuq mijiet ta' siġar, li wassal għal appell u r-revoka tat- triq proċedurali li kienet intużat. Il-ġrajja ta' Kemmuna għalhekk mhijiex storja ta' proġett wieħed. Hija storja ta' kif gżira żgħira, li darba kienet primarjament agrikola, saret waħda mill-aktar destinazzjonijiet turistiċi mfittxija f 'Malta, u kif kull pass lejn aktar żvilupp qajjem il-mistoqsija dwar fejn għandu jieqaf. Meta Kemmuna kienet gżira agrikola Qabel ma l-industrija turistika bdiet tħares lejn Kemmuna bħala destinazzjoni potenzjali, il-gżira kienet post ferm differenti. L-at- tività ewlenija kienet l-agrikoltu- ra, b'għelieqi, ħitan tas-sejjieħ u it abitanti. Il-bidla kbira bdiet fis-snin sit- tin. Kien f 'dan il-perjodu li l-po- tenzjal turistiku tal-gżira beda jiġi sfruttat b'mod sistematiku. Il-lukanda ta' Kemmuna nbniet fiż-żona ta' San Niklaw, filwaqt li ġew żviluppati wkoll il-bunga- lows fiż-żona ta' Santa Marija. Dawn il-binjiet, li llum ħafna jarawhom bħala parti mill-pa- jsaġġ eżistenti ta' Kemmuna, dak iż-żmien kienu jirrappreżentaw bidla radikali fil-karattru tal- gżira. Il-lukanda eventwalment waqgħet fi stat ta' abbandun u l-bungalows tilfu l-użu oriġina- li tagħhom, iżda l-fatt li dawn kienu jeżistu kellu jkun kruċjali għad-dibattitu li kellu jsegwi. L-iżviluppaturi futuri setgħu jargumentaw li ma kinux qed jintroduċu lukanda f 'żona verġni, iżda kienu qed jibnu mill-ġdid fuq sit li kien diġà żviluppat. U hawnhekk tinsab waħda mill-aktar kwistjonijiet importan- ti fil-kontroversja kollha. Għax l-avversarji tal-proġett argumentaw li Kemmuna ma tistax titqies sempliċement bħala sit urbanizzat li jista' jerġa' jiġi żviluppat. Il-fatt li l-lukanda u l-bungalows ilhom hemm għal għexieren ta' snin, sostnew, ma jfissirx li kull żieda fil-volum, l-intensità jew l-attività turistika hija awtomatikament aċċettabbli. L-ewwel tentattivi biex jikber il-kumpless Il-proposti biex jiġi estiż l-iżvilupp turistiku fuq Kemmuna mhumiex ġodda. Matul is-snin kien hemm diversi ideat u applikazzjonijiet li kellhom l-għan li jibdlu jew jespandu l-kumpless eżistenti. Studji dwar l-evoluzzjoni tal-pa- jsaġġ ta' Kemmuna jirreferu wkoll għal proposti għal kumpless turistiku f 'żoni oħra tal-gżira li qatt ma ġew realizzati. Fl-1998, Kemmuna Limited ip- preżentat applikazzjoni għall-es- tensjoni tal-lukanda. Il-proċess ma wasalx għall-konklużjoni u fl-2003 ġie sospiż wara li ma ġewx ippreżentati d-dokumenti meħtieġa fil-ħin. Il-fatt li dawn il-proposti ma ġewx implimentati ma jfissirx li l-idea tal-iżvilupp fuq skala akbar spiċċat. Għall-kuntrarju, matul is- snin Kemmuna saret dejjem aktar suġġetta għal sistema kumplessa ta' protezzjoni ambjentali. Il-gżira għandha status ta' Natura 2000 u hija meqjusa bħala żona ta' importanza ekoloġika. Għalhekk, kull proġett ta' daqs sinifikanti kellu jiġi kkunsidrat mhux biss mill-perspettiva tal-ip- pjanar iżda wkoll mill-impatt tiegħu fuq habitats, flora, fauna u l-integrità tal-gżira bħala żona protetta. Dan kollu wassal biex il-proġett tal-lum kellu jgħaddi minn snin ta' studji u modifiki. Il-proposta li bidlet id- dibattitu L-applikazzjoni PA/04777/20, ippreżentata minn HV Hospi- tality, ipproponiet li l-kumpless eżistenti jiġi żarmat u mibdul. Il-pjan oriġinali kien ik- bar minn dak li finalment ġie approvat. Matul il-proċess ġew introdotti bidliet biex jitnaqqas il-footprint u l-impatt ambjentali. F'waħda mill-verżjonijiet tal- proġett kien hemm 21 bungalow. Dan in-numru naqas għal 16. Il- proġett finali jipprevedi lukanda ta' 140 sodda f 'San Niklaw u 16-il bungalow service f 'Santa Marija, flimkien ma' faċilitajiet bħal spa, ristoranti, bars, pixxini, reservoirs u titjib fl-infrastruttura u l-faċili- tajiet tal-irmiġġ. L-iżviluppatur sostna li l-proġett jirrappreżenta riġen- erazzjoni ta' sit diġà żviluppat, b'inqas footprint mibni, bini aktar baxx f 'ċerti żoni u r-restawr ta' art disturbata. HV Hospitality qalet ukoll li l-proġett kien tnaqqas sostanzjalment wara konsultazz- joni, studji ambjentali u feedback minn diversi partijiet interessati. Il-kumpanija qalet li l-proġett huwa maħsub biex jitmexxa bħala Six Senses Kemmuna, u li l-viżjoni tagħha hija waħda ta' turiżmu ta' kwalità u sostenibbli. Iżda l-kritiċi raw l-istess proposta b'mod differenti. Għaliex tant oppożizzjoni? Il-proġett iġġenera eluf ta' oġġezzjonijiet. Skont għaqdiet ambjentali, waslu 13,472 oġġez- zjoni kontra l-iżvilupp. Għaxar organizzazzjonijiet ambjentali u kulturali ngħaqdu biex jikkon- testaw l-approvazzjoni. Il-mistoqsijiet kienu ħafna. Kemm nies addizzjonali se tkun qed tattira l-lukanda lejn gżira li diġà tbati minn pressjoni qawwija matul is-sajf ? X'se jkun l-impatt fuq il-Blue Lagoon u ż-żoni ta' Santa Marija? Kemm ilma se jkun meħtieġ għal lukanda b'140 sodda u 44 swimming pool? Kif se jiġi mmaniġġjat id- drenaġġ? Kemm se jiżdied it-traffiku marittimu? U x'se jiġri mill-karattru natu- rali ta' Kemmuna jekk il-gżira ssir destinazzjoni turistika saħansitra aktar intensiva? BirdLife Malta argumentat li l-istudji ma tawx tweġiba ċara dwar kemm se jkun hemm viżitaturi addizzjonali minħabba l-proġett, b'mod partikolari matul l-ogħla xhur tas-sajf. L-organiz- zazzjoni qajmet ukoll mistoqsi- jiet dwar il-carrying capacity tal-gżira. Kien hemm ukoll tħassib dwar l-44 swimming pool inklużi fil-proġett. Kritiċi qalu li dawn mhux biss jikkonsmaw ilma u enerġija iżda jġibu magħhom in- frastruttura addizzjonali, skavar, kimiċi, dawl u impatti oħra fuq sit protett. L-ERA u l-istudji ambjentali Wieħed mill-aktar argumen- ti importanti favur il-proġett kien li l-ERA ma oġġezzjonatx għall-iżvilupp wara li analizzat l-EIA u l-Appropriate Assess- ment. Il-pjan kien ġie mnaqqas wara l-proċess ambjentali. L-awtorità qalet li l-footprint tnaqqas b'mod sinifikanti u li ċerti elementi ġew imċaqilqa jew eliminati biex jitnaqqas l-impatt fuq iż-żona protetta. Madankollu, l-ambjentalisti qalu li l-kwistjoni mhijiex biss jekk il-bini l-ġdid jistax jinbena mingħajr ma jinqered habitat partikolari. Hija wkoll kwistjoni ta' pressjoni kumulattiva. F'żona daqshekk żgħira, kull lukanda, kull bungalow, kull pixxina, kull moll u kull żieda fil-viżitaturi jista' jkollha impatt akbar milli kieku l-istess żvilupp isir fuq art urbana f 'Malta. U hawn jidħol il-carrying capacity study. L-għaqdiet ambjentali sost- new li ma setax jiġi deċiż b'mod responsabbli kemm Kemmuna għandha tiġi żviluppata min- għajr ma jkun magħruf kemm il-gżira tiflaħ viżitaturi u attività. Din il-kwistjoni kompliet toħloq kontroversja anke fl-2026, meta l-Gvern ġie kkritikat talli ma ppubblikax studju dwar il-car- rying capacity tal-Blue Lagoon u Kemmuna. L-approvazzjoni tal-Planning Authority Minkejja l-oppożizzjoni, f 'April 2025 il-Planning Authority ap- provat il-proġett b'vot ta' tmienja kontra wieħed. L-uniku vot kontra kien dak tar-rappreżentant tal-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem. Il-proġett approvat kien jin- kludi lukanda ta' 140 sodda, 16-il bungalow, 44 swimming pool, spa, bars u ristoranti. Il-Planning Authority sost- niet li l-proġett kien tnaqqas u li l-ERA ma kellhiex oġġezzjoni ambjentali. Il-kumpanija, min- naħa tagħha, laqgħet id-deċiżjoni bħala pass importanti lejn lukan- da ta' livell internazzjonali. Iżda l-għaqdiet ambjentali ma qagħdux jistennew. Kemmuna: 60 sena ta' żvilupp, kontroversji

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 16 August 2026