Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546199
10 aħbarijiet IL-ĦADD 16 T'AWWISSU 2026 • illum opinjoni D ak li ġara f 'Birżebbuġa fil- ġimgħat li għaddew spiċċa nbidel f 'attakk sfrenat ta' kummenti kontra n-nar u kontra dak kollu li jagħmel Malta dik li hi. U din hija ħafna aktar minn argument bejn residenti u dilet- tanti tan-nar. Fil-fehma tiegħi, hija sintomu ta' bidla aktar profonda fil-mod kif qed inħarsu lejn il-kul- tura tagħna. Mhijiex kwistjoni ta' wirja waħda inqas. Hija kwistjoni ta' kemm għadna nemmnu li tradizz- joni għandha valur anke meta mhux dejjem tkun konvenjenti. L-aħħar deċiżjoni tal-Qorti li waqqfet il-wirja tan-nar f 'Birżeb- buġa wara rikors minn residenti qa- nqlet reazzjonijiet qawwija. Kif jiġri kważi dejjem, il-midja soċjali mtliet b'eluf ta' kummenti li spiċċaw marru lil hinn mill-argument prinċipali. Xi wħud argumentaw favur id-dritt għall-mistrieħ, oħrajn semmew il- biża' tal-annimali domestiċi, oħrajn tkellmu dwar trabi li ma setgħux jorqdu jew dwar nies li kellhom iqumu kmieni għax-xogħol. Dawn huma argumenti leġittimi. Ħadd ma għandu jidħaq b'min għandu tarbija jew b'min għandu kelb li jibża' mill-isplużjonijiet. Imma lanqas m'għandna nagħmlu l-iżball li nibdew inkejlu l-valur ta' tradizzjoni biss skont kemm tfixkel il-kumdità tagħna. Din hija l-mistoqsija li qed nevitaw. Kemm ninsabu lesti nissagrifikaw mill-identità tagħna biex inkunu aktar komdi? Għax jekk il-kriterju tagħna huwa li kull attività trid tieqaf hekk kif issir inkonvenjenti għal xi ħadd, allura it se jibqa' minn dak li jagħmel lil Malta differenti minn kull pajjiż ieħor. Il-festi jagħmlu storbju. Dejjem għamlu. Il-qniepen tal-knejjes idoqqu. Il-marċi jimlew it-toroq. Il-purċissjonijiet ibiddlu r-rotot tat-traffiku. Il-karnival jagħlaq iċ-ċentri tal-irħula. Dawn mhumiex difetti tas-soċjetà Maltija. Dawn huma manifestazzjonijiet tagħha. Qed ngħixu fi żmien fejn kull inkonvenjent jidher bħala ksur ta' dritt. Qisu l-kunċett ta' komunità spiċċa jfisser li ħadd m'għandu qatt jiddisturbak. Imma komunità tfisser eżatt l-oppost. Tfisser li kultant inti tadatta għax hemm tradizzjoni, kif kultant oħrajn jadattaw għalik. Forsi l-aktar argument li jis- sorprendini huwa meta nisma' nies jgħidu li l-kmamar tan-nar għandhom jitmexxew. Donnu dawn il-postijiet dehru f 'nofs ta' lejl. Fir-realtà, ħafna minnhom ilhom jeżistu għal għexieren ta' snin, f 'xi każijiet qabel ma nbniet il-parti l-kbira tal-iżvilupp residenzjali ta' madwarhom. Min jagħżel li jixtri proprjetà f 'dawn iż-żoni jaf, jew għandu jkun jaf, x'karattru għandu dak il-post. L-istess kif min jixtri dar ħdejn il-port jaf li se jisma' l-ħsejjes tal-port, jew min jixtri qrib l-ajruport jaf li se jisma' l-ajruplani. Dak li jdejjaqni l-aktar huwa li ħafna jitkellmu dwar in-nar bħallikieku huwa passatemp egoist. Jinsew li wara kull wirja hemm xhur twal ta' xogħol volontarju. Hemm nies li jqattgħu filgħaxijiet u tmiem il-ġimgħa fil-kamra tan-nar, mhux biex jagħmlu l-flus, iżda għax jemmnu li qed iżommu ħajja tradizzjoni li rċevew mingħand ta' qabilhom. Dawn mhumiex nies li qed jippruvaw ifixklu l-ġirien. Huma nies li qed jippruvaw iżom- mu ħajja parti mill-wirt kulturali tagħna. Naturalment, dan ma jfissirx li kollox għandu jibqa' kif inhu. Is-sig- urtà trid tibqa' prijorità assoluta. Ir-regoli għandhom jiġu osservati u infurzati. Fejn hemm riskji, dawn għandhom jitnaqqsu. Imma hemm differenza fundamentali bejn li tagħmel tradizzjoni aktar sigura u bejn li tagħmilha tant diffiċli li eventwalment tisparixxi. Il-każ ta' Birżebbuġa mhux se jkun l-aħħar wieħed. X'aktarx naraw aktar rikorsi, aktar tilwim u aktar pressjoni biex attivitajiet tradizz- jonali jiġu limitati. Għalhekk illum għandna nieqfu u nistaqsu lilna nfusna x'qed nippruvaw nipproteġu. Il-kumdità tagħna biss? Jew ukoll il-karattru ta' dan il-pajjiż? Għax nazzjon ma jitlifx l-identità tiegħu f 'daqqa. Jitlia biċċa biċċa. Tradizzjoni wara oħra. Sakemm xi darba nintebħu li dak kollu li darba kien jagħmel lil Malta unika baqa' biss f 'ritratti antiki u filmati fuq YouTube. U dakinhar, forsi, inkunu ksibna dak li tant xtaqna. Il-kwiet. Imma nkunu tlifna ħafna aktar. Meta l-Facebook isir il-Kunsill tal- Wirt Kulturali Ġurnalista mal-gazzetta ILLUM JAELLE BORG

