MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti tal-kelma u l-verità fil-mistħajjel less ukoll fir-rumanz Eħlisna mid-Deni li jitlaq minn ġrajja personali li għaddew minnha Schembri u qrabatu u jesplora t-trawma, l-abbuż klerikali, u l-ħtieġa għall-ġustizzja f 'soċ- jetà mtebbgħa mill-kompliċità, l-omertà u t-tendenza li tiknes taħt it-tapit veritajiet skomdi. Minflok ma rrikorra għal ġeneri bħall-memoir jew l-esej, għażel ir-rumanz għax l-istħajjil tah il-libertà meħtieġa mingħajr ma dgħajjef l-awtentiċità, il-prinċipju li jmexxih f 'kull xogħol letterarju li jikteb. In-narrazzjoni fit-tieni persuna, ispirata minn kittie- ba bħal Mohsin Hamid, tpoġġi lill-qarrejja fuq is-siġġu tal-mon- sinjur maħtuf u bla vuċi li qed jiġi interrogat. Kienet deċiżjoni stil- istika li tat lil Schembri l-kuraġġ biex jirrakkonta l-istorja tiegħu wara snin twal jevitaha u s-serħan il-moħħ li x-xogħol seta' jirnexxi għall-merti letterarji tiegħu u mhux bħala eżerċizzju ta' terapija personali. Għal Schembri l-letteratura hija att ta' ġustizzja għax hija tfittxija għall-verità li tmur lil hinn mill-is- tituzzjonijiet formali: "Il-qrati huma tal-liġi, mhux tal-ġustizzja, bħalma l-isptar huwa tal-imġie- nen, mhux tas-saħħa mentali." Kif jaraha hu, il-ġustizzja tista' tinstab fil-konnessjoni intima u inviżvibbli li tinbena mal-qarrejja. Mindu ħareġ Eħlisna mid-Deni, ħafna nies li qatt ma kien iltaqa' magħhom qalulu li r-rumanz għenhom isibu l-vuċi tagħhom jew li b'xi mod fetħilhom bieb li ħasbuh imsakkar. Il-fatt li rumanz jirnexxilu jgħaqqad lin-nies b'dan il-mod jixhed li l-letteratura tista' tkun risposta radikali għas-silenz- ju istituzzjonali. Il-lenti kritika mixħuta fuq is-soċjetà Maltija tikkaratteriz- za xogħlijiet oħra ta' Schembri li reġgħu ġew ippubblikati dan l-aħħar. Il-kwistjonijiet li ttratta u ssatirizza madwar għoxrin sena ilu f 'Taħt il-Kappa tax-Xemx u Il-Manifest tal-Killer għadhom relevanti llum. Kien hemm min iddeskriva l-ewwel xogħol bħala dokument effimeru ta' ġurnalist żagħżugħ iffrustrat. "Frustrazzjonijiet kelli, ov- vjament, u niżżilthom f 'Taħt il-Kappa, u ppruvajt naqlibhom ta' taħt fuq f 'Il-Manifest. Imma biż-żmien dak li deher kważi es- aġerat fl-istejjer tiegħi, spiċċa seħħ tabilħaqq, f 'dożi ferm ikbar milli qatt immaġinajt jien stess. Jien kti- bt dwar torri li jhedded l-istabbiltà ta' pajjiż, u issa għandna viżibilju torrijiet li jridu jimtlew b'turisti, xerrejja tal-passaporti u ħassiela tal-flus." Il-preokkupazzjonijiet ta' Schembri jestendu għall-forzi li jagħġnu l-Mediterran u l-kum- plament tad-dinja. Kemm ilu jgħix il-Kenja kompla jikkonvinċi ruħu li l-ġeografija hija ferm inqas importanti mir-relazzjoni li pajjiż u l-komunitajiet tiegħu jkollhom maċ-ċentri globali tal-poter. Din ir-realtà jikkonfermaha l-ġenoċid- ju f 'Gaża li jifred id-dinja fi tnejn. "Il-Mediterran, il-pajjiżi Għarab, u l-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ew- ropa, mhumiex jirreaġixxu skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom, imma skont ir-relazzjoni ma' Iżrael u l-Amerka. U minn hawn nara pajjiżi Afrikani bħall-Kenja, l-Uganda u l-Kongo — kollha bi storja ta' oppressjoni kolonjali brutali — flimkien mal-Etjopja, iżommu ma' Iżrael. U mbagħad pajjiż bħal Spanja jingħaqad man-Norveġja u l-Irlanda fil- ġlieda għad-dritt internazzjonali, u l-Afrika t'Isfel tmexxi l-każ kriminali kontra Netanyahu, waqt li pajjiżna jippreferi jitkellem u ma jagħmel xejn." Għalkemm Schembri ilu kważi żewġ deċennji jgħix fi bnadi differenti tad-dinja, fosthom Gaża, il-Ġordan, u l-Kenja, Malta tibqa' daru u jħoss responsabbiltà lejha, tant li jibqa' jimpenja ruħu f 'oqsma pubbliċi lokali u jieħu sehem f 'diskussjonijiet ta' relevan- za nazzjonali. "Malta tibqa' d-dar li trabbejt fiha u ħriġt minnha biex niżżew- weġ lid-dinja. Ironikament, f 'dan iż-żmien kollu ngħix barra rrealizzajt li Malta mhix unika. Mill-istejjer ta' Ġaħan sal-Iġħna fil-ħajja pubblika, xejn mhu ġdid jew uniku dwarna. Imma Malta tibqa' d-dar fejn inħoss li għandi l-iżjed insemma' leħni, id-dar li niġi lura fiha bħala ċittadin u parti mill-komunità, jekk mhux fiżika- ment, appuntu b'leħni u kitbieti, li huma l-unika ħaġa li nista' nagħti lura 'l pajjiżi." Mhux wiċċ ġdid Karl Schembri mhux wiċċ ġdid għall-Festival Mediterranju tal-Letteratura ta' Malta. Ħa sehem fl-edizzjonijiet tal-2008 u l-2013. Il-festival tal-2008 kien l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu li pparteċipa fih, għalhekk baqa' jqisu punt ta' riferiment fejn jidħlu inizjattivi li għandhom fil-qalba tagħhom il-letteratura. "Niakarni msaħħar bl-oppor- tunitajiet li nħolqu quddiemna fi it jiem: minn traduzzjonijiet ta' poeżiji u novelli bejnietna l-mist- iedna għal kollaborazzjonijiet ma' mużiċisti, bħall-grupp taz-Zizza Ensemble, li ispirawni nikteb xogħol ġdid. Kienet esperjenza mill-isbaħ li mbuttatni biex nes- perimenta iżjed u nkompli nfittex l-idjoma tiegħi." It-tieni darba li ħa sehem kien ilu erba' snin jgħix Gaża, u l-esperjenzi li għadda minnhom hemm sawru l-qofol tax-xogħol li ppreżenta, ħafna minnu mik- tub Gaża stess. Hu u jħejji ruħu għall-edizzjoni ta' din is-sena jħossu ħerqan biex jiltaqa' mal-aw- turi barranin, partikolarment mal-poeta Batool Abu Akleen minn Gaża, u biex jaqsam xogħlu mal-udjenza. Il-Festival se jsir bejn il-25 u d-29 ta' Awwissu u se jlaqqa' seba' kittieba minn sitt pajjiżi differ- enti. Minbarra Karl Schembri (Malta/Kenja), se jieħdu sehem Jen Calleja (ir-Renju Unit), Claire Lajus (Franza), Keith Borg (Malta), Hamed Abboud (is-Sir- ja), Rosaria Lo Russo (l-Italja) u Batool Abu Akleen (il-Palestina/ Franza). Schembri se jaqra xi xogħlijiet Għawdex fil-25 u Malta fis-26 u d-29 ta' Awwissu. Se jiġi intervistat minn Jean Paul Borg fit-28 ta' Awwissu, il-Fondazzjoni tal-Arkivji Nutarili, il-Belt. Se jmexxi wkoll żewġ sessjonijiet ta' kitba għat-tfal fil-31 ta' Awwissu u fit-2 ta' Settembru fiċ-ċentri ta' Skolasajf ta' Raħal Ġdid u Ħal Għaxaq. Id-dettalji kollha qegħdin fuq il-paġni soċjali u s-sit uffiċjali ta' Inizjamed.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 August 2026