Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284
15 kotba IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Ħaley Xuereb tħares lejn il-ktieb Is-sajf mhux għat- tfal ta' Lon Kirkop, tapprezza kemm Kirkop għandu jdejh fuq il-polz tal-karattri Maltin, illum fl-2026, u tikkonkludi dwar il- ħoss li dan il-ktieb għandu – jew messu – jagħmel fis-soċjetà. L-istaġun favorit tiegħi F'xi punt, kważi qisek tkun mistennija tgħid li l-istaġun favorit tiegħek huwa s-sajf. Jekk tgħid li tippreferi x-xitwa, jaf iħarsulek kemxejn bl-ikrah sħabek ta' maġenbek fuq il-bank tal-iskola. Għax is-sajf, is-sajf. Xejn ma jimporta li x-xitwa ħelwa bil-kesħa fina tagħha, bil-Milied, bil-mixjiet twal u l-ġranet qosra. Is-sajf, is-sajf. U għalhekk l-isem tal-ktieb ta' Lon Kirkop, Is-sajf mhux għat-tfal (Merlin Publishers), diġà jħallilek togħma kemxejn partikolari f 'ħalqek. It-togħma mielħa tal-baħar. It-togħma mielħa tad-debuxxerija fuq xoejna, tal-ħelsien li donnu jiġi kkalzrat f 'moħħna hekk kif naslu għal dawk is-sjuf tal-ewwel xogħol part-time. Is-sajf tas-sweet sixteen. Is-sajf tal-ewwel darba, tal-aħħar darba. Kirkop jieħu din it-togħma u jxerridha f 'għadd ta' dinjiet, kull waħda novella ddur fl-orbita tagħha fis-sistema solari tal-ktieb. F'ċerti aspetti, hemm dik is-sbuħija partikolari tal-ambjenti li nsibu fl-istejjer ta' Trevor Żahra: il-ħanut tal-ħelu ta' ħdejn l-iskola, il-frejms vojta ta' xi ħadd maħ- bub, l-għalliem li jagħmel xogħol part-time fis-sajf, il-villeġġjatura ta' ħdejn il-baħar. Imma mbagħad Kirkop jimliehom b'nies oħra. Ħadd minnhom m'għandu isem. Jisimhom umani, umani, umani. Mhux karikaturi. Umani. Kirkop jikteb affarijiet li jrejħu bil- bniedem-iżmu. Jikteb dwar missier li jġib sex worker għal ibnu b'diżabilità. Jikteb dwar xi ħaġa differenti mix-xan- dira ta' raġel miżżewweġ u gay u dwar xi ħaġa naq'iżjed profonda minn kwistjoni ta' wirt u funeral ta' koppja gay li l-liġi ma tagħraomx u li jkollu jiġġieled biss b'"imħabba telliefa". Jikteb dwar past-life regres- sion. Dwar tfajla trans li titkeċċa mid-dar. Jikteb storja ta' pedoflu f 'ħanut tal-ħelu. U mbagħad, kważi bla ma tinduna, issib ruħek tħoss aktar milli tiem li qed taqra storja dwar tifel li jixtieq Action Man għax dik hija l-eqreb ħaġa li jista' jkollu flok Barbie. Din hija Malta ta' Kirkop: żgħira biżżejjed biex kulħadd ikun jaf lil kulħadd — nafu fejn hu r-restorant fejn kielu l-karattri u anke nafu fejn hu l-underground club "sigriet" li jmorru fih oħrajn — imma kbira biżżejjed biex wara l-bieb ta' kull dar ikun hemm storja li ħadd ma jaf biha. Malta tal-aħbarijiet li jirrepetu ruħhom. Malta tal-istess uċuħ, l-istess każijiet, l-istess disk- ussjonijiet. Kirkop jiħilna bieb wara l-ieħor, imma ma jidħolx magħna biex jgħidilna min hu t-tajjeb u min hu l-ħażin. U wkoll, id-dinjiet tiegħu ma joqogħdux jiġġudikaw lill-qar- rej għall-ħsibijiet u l-preġudizzji li jġib miegħu. Lanqas lill-karattri li, fl-ewwel persuna, jiħulna ħajjith- om u jirrakkuntawlna l-istorja tagħhom. U jġegħluna nħossuna li l-ktieb se jieħu għalih jekk aħna noqogħdu niġġudikaw lill-karattri, imqar jekk niġġudikawhom għax qed jaqbżu l-lekċers tal-JC. Imma li tagħti storja lil karattru ma tneħħilux ħtijietu. Jekk għamel xi ħaġa ħażina, tibqa' ħażina. Jekk għamel xi ħaġa tajba, ma libbisnilux raġġiera. Anke xi ħaġa sempliċement utilitarja ma tħallihx isir biss il-bniedem ħażin. Għax il-kumplessità umana hi naturali. U hawnhekk Is-sajf mhux għat-tfal jirnexxilu jaħrab minn kategorija li faċilment setgħet tibilgħu. Kirkop jieħu esperjenzi li faċilment setgħu jispiċċaw taħt it-tikketta komda ta' "gay literature" — trauma, coming out, omofobija, familja, identità — u jħallihom jitferrxu lil hinn minnha. Il-queer- ness qiegħda hemm, ovvjament, iżda mhix il-ħaġa waħda li tid- definixxi dawn l-istejjer. Il-karattri tiegħu għandhom xewqat, ħtijiet, għira, biża', sess, mistħija, familji u memorji. Huma nies qabel ma jkunu kategoriji. Hemm ukoll logħob interessanti bejn il-forom. F'ħin minnhom issib QR code għal kanzunetta miktuba mill-awtur innifsu. Il-kanzunetta tidħol fl-istorja, jew forsi l-istorja tidħol fil-kanzunetta. Ma tantx jimporta. Dak li jimporta huwa li f 'dak il-mument tħoss kemm hemm passjoni ġenwina wara dan il-proġett. U mbagħad hemm il-proża. Xi it mill-proża ta' Kirkop hija proża ta' xenqa. Kważi qisha djarju ta' xi ħadd li aħna qed naqraw mingħajr permess. Hemm sentenzi li jistgħu jinqraw b'leħen senswali bejn il-maħbubin. Hemm it-teen- age angst, imma fl-istess ħin hemm xi ħaġa universali u eterna. U hemm sens qawwi ta' tribut li jgħaddi minn ġol-ktieb kollu. Qisu dan mhux qed jinkiteb biss għalih innifsu, iżda f 'isem ħafna min-nies li l-istejjer tagħhom eżistew, jeżistu u għad jeżistu — nies li l-istorja tagħhom iridu li tinqara u li jaqraw oħra bħal tagħhom, mhux narawha mfarrka f 'headline ta' aħbar. Sa mid-dedika lil dak it-tifel bil-frenza u xagħru twil minn wara, li xi darba kien, sal-qoxra b'Action Man bil-ġakketta tal-jeans, l-iscrunchie mdawra m'idu, id- dublett bil-uri, il-Converse roża, in-nuċċali tax-xemx isfar u l-crop top fuq ġisem immuskolat, il-ktieb jidher kważi ossessjonat b'dak li jiġri meta persuna li darba kienet biss "dak it-tifel" issir storja. Anke l-Malti huwa wieħed mill-punti qawwija tal-ktieb. Mexx- ej, kontemporanju u ħaj, mingħajr ma jipprova jkun trendy żżejjed. Huwa Malti li jaf fejn qiegħed, iżda ma jibżax jiċċaqlaq. U dan jgħodd ukoll għall-ktieb kollu: huwa konx- ju ħafna tal-kuntest tiegħu, iżda ma jħallihx jillimitah. Kont ilni bil-leblieba biex nikteb din ir-riċensjoni. Imma ddeċidejt li nħalliha għall-eqqel tas-sajf — għall-istaġun li tant jidħol f 'dan il-ktieb. U, kif jiġri dejjem meta nikteb riċensjoni ta' ktieb wara li jkun għadda it żmien mit-tnedija tiegħu, wara li nlesti n-noti tiegħi nidħol nara x'qal ħaddieħor fuqu. Imma qalu it li xejn. U dan, frankament, dejjaqni. Għax hemm xi ħaġa assurda li ktieb bħal Is-sajf mhux għat-tfal joħroġ u jħalli s-ski- et kritiku. Ktieb li jidħol f 'għadd ta' stejjer ta' tant nies, tant temi u tant Malta – Malta li kissret u sewwiet u mxiet fuq il-frak iniggeż ta' li tkisser sewwi għax kompliet tkisser u ssewwi — u mbagħad kważi ma jħalli l-ebda eku warajh. Ktieb bħal dan, fil-verità, suppost jagħmel ħoss. Għax jekk ktieb bħal dan ma jagħmilx ħoss, min se jagħmlu?

