Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284
05 analiżi illum • IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 L-aktar sessjoni drammatika fil-ġuri għalqet bir-rivelazzjoni ewlenija minn Yorgen Fenech fejn taħt ġurament in- dika b'mod dirett lill-eks Chief of Staff tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, bħala l-mandant tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Il-kontroeżami ta' l-akkużat Yorgen Fenech beda is-Sibt, b'mistoqsijiet mill-Prosekutur Godwin Cini u oħrajn diretti mill-Imħallef Edwina Grima li żvelaw id-dinamika bejn l-akkużat, politiċi ewlenin u uffiċjali tal-pulizija qabel l-arrest tiegħu fl-2019. "Keith Schembri huwa l-mandant" F'wieħed mill-aktar mumenti ta' tens- joni waranofsinhar, l-Imħallef Edwina Grima saqsiet b'mod dirett lil Fenech dwar il-poter li kien iħoss li għandu Melvin euma: "Għaliex Melvin euma kien iħossu daqshekk qawwi?" Fenech wieġeb li euma kellu aċċess dirett u żied: "euma jaf min hu l-mandant — għad ikollu bżonn ineħħiha minn fuq sidru xi darba." Meta l-Imħallef staqsietu direttament jekk hu jafx min hu l-moħħ wara l-qtil, Fenech iddikjara: "Keith Schembri, Onorevoli Imħallef." Il-prosekuzzjoni kkonfrontat lil Fenech dwar ir-relazzjonijiet qrib tiegħu ma' uffiċjali għoljin fil-Gvern ta' dak iż-żmien. Il-prosekutur wera kif l-eks Ministru Konrad Mizzi kien bagħat messaġġ lil Fenech biex iħassar il-messaġġi ta' WhatsApp mill-laptop. Fenech wieġeb li ma jaħsibx li Mizzi kien inkwetat minħabba Electrogas, filwaqt li stqarr li kien "xokkjat" li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien qed jistaqsih dwar il- proġett ta' Electrogas. Interrogat dwar ritratt li bagħat lil Mizzi ta' siġġu bin-numru "17" fuq sfond iswed f 'stadium tal-futbol, Fenech saħaq li bagħtu biss għax l-isem "17 Black" kien fil-media kuljum, iżda ċaħad li kien hemm rabta kummerċjali ma' Mizzi jew Schembri dwar il-kump- aniji offshore Hearnville jew Tilgate. F'messaġġi lil Joseph Muscat f 'Jannar 2019 wara li tilfu l-mowbajl fl-Amerika, Fenech kien kitbulu li "ħassar kol- lox". Meta mistoqsi x'uża biex iħassar, Fenech wieġeb li ma jiakarx. Ir-relazzjoni ta' Fenech ma' Silvio Valletta u Ray Aquilina Fenech ammetta li kellu ħbiberija profonda mal-eks Deputat Kummis- sarju Silvio Valletta, persuna li kienet tmexxi l-investigazzjoni dwar il-qtil u li kienet fuq il-bord tal-FIAU. Huwa am- metta li raw logħbiet tal-futbol flimkien u li uliedu kienu jsejħulu "Uncle Silvio", iżda ċaħad li qatt abbuża minn din ir-relazzjoni. Mistoqsi dwar messaġġi fuq l-app Signal mal-eks Supretendent ta' kontra l-Ħasil tal-Flus, Raymond Aquilina, Fenech sostna li ma jiakarx id-diskus- sjonijiet, minħabba li hemm proċeduri kriminali oħra għaddejjin. L-Imħallef Grima tintervjeni biex id-difiża u ix-xhud jiċċaraw li ma kien hemm l-ebda diskuss- joni dwar Melvin euma ma' Aquilina. 17 Black Cini staqsa għalfejn Fenech, f 'mes- saġġi lill-eks Kummissarju tat-Taxxi Marvin Gaerty fl-2019, irrefera għal Daphne Caruana Galizia bħala "dik is- saħħara" sentejn wara li nqatlet. Fenech iddefenda ruħu billi qal: "Kien laqam ikrah li kien jintuża f 'ċerti ċrieki. Naf li mhux sabiħ, Dr Cini." Fenech ma ċaħadx li huwa s-sid ta' 17 Black, filwaqt li stqarr li l-allegazzjoniji- et ta' korruzzjoni dwar din il-kumpanija ma kinux minnhom u li kien diġà ħallas it-taxxa fuqha mill-2016. L-ewwel xhud għad-difiża Fenech ħa l-pedina tax-xhieda għall-ewwel darba il-Ġimgħa bħala l-ewwel xhud tad-difiża, fejn ta dettalji dwar il-familja u l-karriera negozjali tiegħu, kif ukoll il-ħbiberija twila tiegħu mal-eks-Chief of Staff Keith Schem- bri. Huwa mar dritt għall-allegazzjoni prinċipali, li kien iltaqa' ma' euma fir-ristorant Blue Elephant f 'April 2017 biex jikkummissjona l-qtil. Fenech wera l-passaport tiegħu lill-ġurati u saħaq li bejn it-15 u t-22 ta' April 2017 kien fuq vjaġġ bil-vapur mal-familja tiegħu. "Dan kien eżatt meta Melvin għamel l-allegazzjonijiet kontrija," qal Fenech f 'awla maħsuda. Fenech ċaħad ukoll li kien Malta nhar l-1 ta' Mejju 2017 biex itaffi l-pjan, per- ess li fit-2 ta' Mejju kien qiegħed isiefer lejn Dubai mill-Istati Uniti. Fenech spjega li fl-aħħar tal-2016, waqt li kienu r-ranch f 'Żebbuġ, Schem- bri kien affettwat ħafna mill-artikli ta' Daphne. Stqarr li euma minnima- ment qal: "Faċilment neħilsu minnha." Fenech sostna li theżżeż meta f 'Diċem- bru 2016, fit-triq lejn l-ajruport ta' Heathrow, euma qallu li kien hemm pjan għaddej b'somma ta' €120,000. Fenech stqarr li ċempel lil Schembri mill-ewwel biex jistaqsih x'kien qed jgħid euma. Fenech qal li l-akbar żball ta' ħajtu kien li għadda informazzjoni dwar l-in- vestigazzjonijiet tal-pulizija lil euma wara l-assassinju. "Naħseb li l-messaġġ li għaddejt lil Melvin kien l-akbar żball ta' ħaj- ti," qal Fenech. Huwa spjega li rċieva informazzjoni mingħand Schembri dwar dettalji bħas-sim cards, l-apparat tal-isplużjoni u li kienu se jsiru l-arresti fil-Marsa fl-4 ta' Diċembru 2017. Fenech wera kif euma kien jagħmel pressjoni kontinwa fuqu għall-flus. Huwa stqarr li Schembri kien bagħat borża Reebok b'€75,000 permezz tax-xufier tiegħu biex jgħinu jkopri l-flus għal-ħelsien mill-arrest għall-aħ- wa Degiorgio. Fenech tkellem ukoll dwar il-vizzju tal-kokaina li kellu fl-2019 minħabba l-istress mit-theddid ta' euma u l-im- patt fuq martu u familtu: "Il-problema tiegħi qatt ma kienet id-droga. Il-prob- lema tiegħi kienet din iċ-ċirku ta' nies." Il-ġranet qabel l-arrest Fenech xehed ukoll fuq il-ġranet immedjatament qabel l-arrest tiegħu f 'Novembru 2019. Fenech qal li t-tabib Adrian Vella ħadu Għawdex u qallu li Schembri ssuġġerixxa li aħjar jitlaq minn Malta lejn Dubai. Stqarr li Schembri stess fuq it-telefon qallu "se timmissjani", iżda Fenech wieġbu li ma kien sejjer imkien. Fenech saħaq li l-kumpanija 17 Black ma kellha "xejn x'taqsam ma' Electro- gas". Dwar Electrogas spjega li x-shares tiegħu kienu biss madwar 4% u li kienet waħda mill-aktar proġetti skrutinizzati li qatt ma sabu xejn fiha. L-Imħallef tirriuta li xxolji l-ġuri Ix-xhieda ta' Fenech bdiet biss wara li l-Imħallef Edwina Grima ċaħdet uffiċ- jalment it-talba tad-difiża biex il-ġuri jiġi xolt minħabba li l-ġurati kellhom aċċess fuq it-tablets tagħhom għal titli ta' aħbarijiet li kien fihom opinjonijiet minn terzi persuni. L-Imħallef iddeċidiet li ma kien hemm l-ebda prova konkreta li l-ġurati attwalment qraw dawk l-artikli jew li l-kontenut seta' jippreġudika b'mod irrimedjabbli d-dritt tal-akkużat għal smigħ xieraq. Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mill-avukati tal-AĠ Godwin Cini, Anthony Vella, u Danika Vella, flimk- ien mal-Assistent Kummissarju Keith Arnaud u l-Ispettur Kurt Zahra. Id-difiża qed titmexxa mill-avukati Giannella de Marco, Charles Mercieca, u Gianluca Caruana Curran. L-avukati erese Comodini Cachia u Jason Azzopardi qed jidhru parte civile għall-familja Caruana Galizia. L-Imħallef Edwina Grima qed tip- presjedi fuq il-ġuri. 'Keith huwa l-mandant' Yorgen Fenech waqt l-aċċess fil-Bidnija

