Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284
08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum analiżi Bejn il-pika u r-rispett: Kif iż-żgħażagħ qed jgħixu r-rivalità tal-festa JAELLE BORG F'lokalità fejn il-festa mhix sem- pliċement ġimgħa fis-sajf iżda ħidma mifruxa fuq sena sħiħa, il-kelma "rivalità" għandha tifsira partikolari. Għal Owen Abela, żagħżugħ ta' 24 sena minn Ħal Għaxaq u dilettant tal-festa ta' San Ġużepp, ir-rivalità ma tfissirx biss min se jagħmel l-akbar wirja jew min se jiġbed l-aktar attenzjo- ni. Hija, fuq kollox, dik il-pika li timbotta lill-voluntiera biex sena wara sena jippruvaw itejbu dak li jkunu għamlu qabel, però dejjem b'rispett. Abela jaf sew xi tfisser il-ħidma waqt il-festa. Għal żmien kien parti mill-kumitat taż-żgħażagħ, filwaqt li llum jagħti sehmu fil-qasam tan-nar. Minn din il-perspettiva, huwa jara r-rivalità bħala element li għadu importanti biex iżomm l-interess ħaj fost id-dilettanti u l-partitarji. "Ir-rivalità fil-festa għalina tfisser sens ta' pika biex dejjem ittejjeb fuq dak li tkun għamilt fis-snin ta' qabel u dejjem tkun aħjar," jgħid. Fil-fehma tiegħu, din il-kompe- tizzjoni għandha wkoll funzjoni importanti fil-ħajja tal-komunità. Mingħajr dak is-sens ta' stennija u ta' sfida bejn il-partitarji, jgħid Abela, jista' jintilef parti mill-en- tużjażmu li jżomm il-festa miexja minn ġenerazzjoni għall-oħra. "Għadha importanti ferm biex l-interess jibqa' jbaqbaq bejn id-dilettanti u l-partitarji. B'hekk il-festa u l-komunità jibqgħu ħajjin u jħarsu 'l quddiem." Rivalità li tinbidel f'enerġija Għaż-żgħażagħ, iżda, ir-rival- ità ma tibdiex u tispiċċa fil-jiem tal-festa. Abela jispjega kif dik il-pika tiġi trasformata f 'enerġija li twassal għal inizjattivi u attivitajiet tul is-sena kollha. Il-gruppi taż-żgħażagħ mhux biss ikunu involuti fit-tħejjijiet għall-ġranet prinċipali tal-festa, iżda jorganizzaw attivitajiet biex jinġabru l-fondi u, fl-istess waqt, iżommu l-ħajja fil-każin. "Aħna ż-żgħażagħ nibdlu dik ir-rivalità f 'enerġija biex noħolqu bosta attivitajiet matul is-sena kollha, kemm biex ngħinu fil-ġbir tal-flus, kif ukoll biex inżommu l-każin ħaj." Hawnhekk tidher waħda mill-bidliet ewlenin fil-mod kif tiġi esperjenzata r-rivalità mill-ġener- azzjoni żagħżugħa. Il-pika tibqa', iżda ma tibqax neċessarjament marbuta ma' konfront dirett. Minflok, issir motivazzjoni biex jinħoloq aktar, jinġabru aktar nies u tissaħħaħ l-attività fil-komunità tal-każin. Il-midja soċjali: palk ġdid għall- botti Ma jistax jonqos ukoll l-effett tal-midja soċjali. Jekk fl-imgħoddi l-botti bejn il-partitarji kienu jsiru fit-toroq, fil-pjazez jew fil-każini, illum parti minn din ir-rival- ità għaddiet ukoll fuq l-iskrin tal-mowbajl. Skont Abela, dan mhux bil- fors ifisser li r-rivalità saret aktar aggressiva. Għall-kuntrarju, ħafna drabi l-midja soċjali tintuża għal botti ċajtiera u indiretti li jżommu l-interess għaddej. "Permezz tal-midja soċjali qed naraw aktar botti ċajtiera biex naqbdu ma' xulxin, u hekk l-inter- ess jibqa' jiżdied." Huwa jemmen ukoll li hemm differenza bejn ir-rivalità ta' dari u dik tal-lum. Filwaqt li qabel il-botti setgħu jieħdu xejra aktar person- ali, illum ħafna minnhom huma mmirati b'mod aktar ġenerali lejn il-partitarji tal-każin oppost. "Naħseb li nbidlet xi it bħala tifsira. Qabel kienet aktar botti personali, filwaqt li llum issir aktar indirettament lejn il-partitarji koll- ha, dejjem b'rispett meqjus." Festa "kompluta" f'raħal żgħir Meta jitkellem dwar dak li jagħmel il-festa ta' Ħal Għaxaq dif- ferenti, Abela jelenka l-elementi li, għalih, jagħmlu din il-festa waħda kompluta: in-nar, l-armar, il-briju, il-banda, id-devozzjoni, is-sorpriżi u l-attivitajiet kbar li jiġu organiz- zati mill-każin. Isemmi wkoll il-kunċerti b'artisti internazzjonali li matul is-snin saru parti mill-programm tal-festa, iżda fuq kollox jiġbed l-attenzjoni lejn l-iskala tal-ħidma meta mqabbla mad-daqs tal-lokalità. "Trid iżżomm f 'moħħok li dan kollu jsir b'popolazzjoni ta' inqas minn 5,000 ruħ, li jerġgħu jinqas- mu bejn żewġ każini." Għalih, dan jagħmel il-livell ta' impenn aktar impressjonanti. Il-ħidma tad-dilettanti Għax- qin lanqas ma tieqaf mal-festa tagħhom stess. Bosta minnhom jagħtu sehemhom ukoll f 'festi oħra, partikolarment fil-qasam tan-nar tal-ajru u tal-art. Abela jfakkar ukoll fis-suċċessi miksuba barra minn Malta, fost- hom unuri f 'kompetizzjoni inter- nazzjonali tan-nar tal-ajru fi Spanja fl-2010 — xhieda, jgħid, tal-livell ta' xogħol u sengħa li joħorġu minn komunità relattivament żgħira. Il-linja li ma għandhiex tinqabeż Imma kemm tista' tasal il-pika? Għal Abela, il-linja bejn il-kom- petizzjoni u l-eċċess hija ċara: ir-rispett għandu jibqa' hemm dejj- em. Dan ir-rispett, jgħid, jinħass b'mod partikolari bejn dawk li jkunu jafu minn xiex jgħaddi vo- lontier biex jipprepara festa. "Ir-rispett minn dejjem kien hemm u jibqa' hemm, speċjal- ment bejn id-dilettanti li jaħdmu sena sħiħa għall-festa, għax ilkoll kemm aħna nafu s-sagrifiċċju u l-ħin li jirrikjedi dan ix-xogħol volontarju." Hija realtà li ħafna drabi tintilef qalb il-bnadar, il-marċi, il-logħob tan-nar u l-botti bejn iż-żewġ naħat. Wara kull spettaklu hemm sigħat twal ta' xogħol, voluntarjat, u nies li jagħtu l-ħin liberu tagħhom biex iżommu tradizzjoni ħajja. U huwa proprju dan l-għarfien komuni li, skont Abela, jagħmel ir-rispett bejn id-dilettanti possibbli anke meta r-rivalità tkun fl-aqwa tagħha. "Wara kollox, meta jkun hemm bżonn dejjem ningħaqdu flimkien, għax hekk inkunu aktar b'saħħitna." Forsi hija proprju din il-frażi li tiġbor l-aħjar il-mod kif ġenerazz- joni ġdida qed tħares lejn ir-rivalità tal-festa. Il-pika tibqa' hemm. Il-botti jibqgħu hemm. Ix-xewqa li tkun aħjar mill-oħrajn tibqa' parti mill-identità tal-festa. Iżda taħt kollox hemm ukoll għarfien li l-istess żewġ naħat qed jaħdmu biex iżommu ħajja tradizz- joni waħda — dik tal-festa Maltija. U f 'Ħal Għaxaq, fejn żewġ każini jaqsmu bejniethom komunità mimlija entużjażmu, il-kompetiz- zjoni tista' tkun qawwija mingħajr ma jintilef ir-rispett. Ir-rivalità bejn il- każini ilha għal snin marbuta mal-fes- ti Maltin, iżda kif qed tinbidel fost il-ġenerazzjoni żagħżugħa? Owen Abela, żagħżugħ ta' 24 sena minn Ħal Għaxaq, jitkellem dwar il-pika, il-mid- ja soċjali, is-sagri- fiċċju tal-voluntiera u l-linja fina bejn il-kompetizzjoni u r-rispett.

