MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 23 August 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

H emm tip ta' empatija li tiswa it wisq. Tiswa like, kumment, share u forsi ritratt sabiħ fuq Facebook. Empatija li tidher kbira quddiem kamera, imma tispiċċa malli tintefa' l-kamera. U forsi l-aktar eżempju qawwi tagħha huwa l-mod kif kultant nittrattaw lill-persuni bla dar. Naraw persuna torqod fit- triq, nieħdu ritratt, nippub- blikawh fuq il-midja soċjali u niktbu ftit kliem dwar kemm aħna umani u kemm għandna qalb. Għal ftit sigħat inħossuna eroj. Imma x'jiġri wara? X'jiġri mill-persuna li tagħha użajna l-immaġni biex inkabbru l-pro- fil tagħna? Din hija l-mistoqsija li rridu nibdew nagħmlu lilna nfusna. Persuna bla dar mhijiex kon- tenut. Mhijiex opportunità biex niksbu l-likes. Mhijiex sfond għal ritratt li jurina kemm aħna ġenerużi. Hija persuna. Għand- ha isem, storja, biża', memorji, dinjità u dritt għall-privatezza tagħha. Xi drabi, bl-intenzjoni li ngħinu, inkunu qed nagħmlulha aktar ħsara. Meta nippubblikaw ritratt ta' persuna vulnerabbli mingħa- jr il-kunsens tagħha, inkunu qed nesponuha. Forsi għandha familja li ma tafx fejn tinsab. Forsi għandha problemi person- ali, legali jew soċjali li ma nafux bihom. Forsi qed tfittex xogħol u xi ħadd jagħrafha minn ritratt li konna ppubblikajna biex "ngħinuha". Dak li għalina kien post ta' ġurnata jista' jsir proble- ma li ssegwiha għal snin. U hemm ukoll xi ħaġa aktar profonda: inkunu neħħejna minnha l-aħħar ħaġa li ma għandu jkollha bżonn titlob mingħand ħadd — id-dinjità. Jekk verament irridu ngħinu, ma hemmx għalfejn inkunu aħna li nidhru. L-għajnuna vera ħafna drabi sseħħ fis-skiet. Hi telefonata lil servizz li jista' jintervjeni. Hi kelma ma' persuna mħarrġa. Hi ikel mogħti b'rispett. Hi li noqogħdu ħdejha u nisimgħuha mingħajr ma nħossu l-bżonn li nirreġistraw il-mument. Hi li nistaqsu: "X'għandek bżonn?" minflok nassumu li nafu x'inhu tajjeb għaliha. Għax hemm differenza kbira bejn ngħinu lil xi ħadd u nuru lil kulħadd li qed ngħinuh. U forsi wasal iż-żmien li nistaqsu lilna nfusna, għaliex kultant għandna bżonn il-kam- era biex nagħmlu l-ġid? Għaliex att ta' karità jrid ikun iddokumentat? Għaliex persuna vulnerabbli trid tagħtina wiċċha sabiex aħna niksbu l-applaws? Għaliex il-problema tagħha trid issir il-kontenut tagħna? F'Malta, il-fenomenu tal-per- suni li jgħixu fit-toroq mhu- wiex xi realtà mbiegħda. Huwa fostna. U meta nisimgħu ċifri li jindikaw li jista' jkun hemm qrib elf persuna li qed tesper- jenza l-persuni bla dar, ma nist- għux nibqgħu ngħaddu minn ħdejhom qisu xejn mhu qed jiġri. Imma lanqas ma nistgħu nibdew naraw kull persuna fit- triq bħala opportunità għal post fuq Facebook. Għax wara kull wiċċ hemm storja li forsi ma nafuhiex. U kultant, l-aktar ħaġa perikoluża mhijiex li ma nagħr- fux il-problema. Hija li nagħr- fuha biss meta jkun jaqblilna. Meta tkun trending. Meta tkun tista' ġġibilna reazzjonijiet. Meta nistgħu nieħdu ritratt u niktbu caption emozzjonali. Il-verità hi li s-solitudni, il-faqar u n-nuqqas ta' dar ma jispiċċawx għax għamilna post. Lanqas ma jispiċċaw għax taj- na sandwich quddiem kamera. Il-persuna tibqa' fit-triq wara li aħna nkomplu bil-ħajja tagħna. Għalhekk għandna bżonn kultura ġdida ta' għajnuna. Waħda li tpoġġi lill-bniedem qabel il-post, id-dinjità qabel il-like, u r-responsabbiltà qabel l-applaws. Jekk irridu nkunu umani, ejj- ew nitgħallmu ngħinu mingħajr ma nweġġgħu. Ejjew nitgħall- mu li mhux kull għajnuna trid tidher. U forsi, ironikament, l-aktar att ġenwin ta' ġenerożità huwa dak li ħadd ma jara. Għax meta l-għajnuna tkun vera, m'għandhiex bżonn spet- taturi. U jekk irridu verament nifhmu l-empatija, forsi rridu nibdew minn mistoqsija sem- pliċi: Jekk jien kont minflok dik il-persuna, kont nixtieq li r-ritratt tiegħi jiġi mxerred ma' Malta kollha? Jekk it-tweġiba hija le, allura nafu x'għandna nagħmlu. Itfi l-kamera. U iftaħ qalbek. opinjoni illum • IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 09 Shadow Minister għall-Politika Soċjali, il-Familja u l-Housing Soċjali IVAN BARTOLO Wara kull wiċċ hemm storja li forsi ma nafuhiex Meta l-għajnuna ssir spettaklu Terms apply. €4.95 / month Stream, surf, chat. Endless Mobile Plans AI generated content

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 23 August 2026