Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546284
Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD 10 aħbarijiet IL-ĦADD 23 T'AWWISSU 2026 • illum opinjoni F tit jiem ilu qrajt rap- port fuq ġurnal lokali dwar erba' persuni li ġew arrestati b'rabta ma' investigazzjoni dwar allegat bejgħ illegali ta' prodotti marbuta mat- telf tal-piż. Kien hemm sentenza waħda fl-aħħar tar-rapport li laqtitni partikolarment. Il-ġurnal spjega li, peress li l-erba' persuni kienu għadhom qed jiġu investigati u kienu għadhom ma ġewx akkużati b'ebda reat, kien qed jagħżel li ma jippubblikax isimhom. Deċiżjoni li naqbel magħha mija fil-mija, u li nfaħħar lil dan il-ġurnal talli ħadha. Imma naħseb ukoll li din għandha tqan- qal diskussjoni ferm usa'. Għaliex għandna nippubblikaw isem persuna li ġiet arrestata iżda li għadha lanqas biss ġiet akkuża- ta? Arrest mhuwiex akkuża. Akkuża mhijiex kundanna. U in- vestigazzjoni żgur mhijiex prova ta' ħtija. Din mhijiex kwistjoni ta' ħabi, u lanqas argument kontra l-lib- ertà tal-midja. Għall-kuntrarju, nemmen bis-sħiħ f 'midja ħielsa, indipendenti u investigattiva. Imma d-dritt tal-pubbliku li jkun infurmat irid jimxi flimkien ma' dritt ieħor daqstant fundamentali: id-dritt tal-individwu li jitqies innoċenti sakemm il-ħtija tiegħu tiġi stabbilita skont il-liġi. Illum, isem ippubblikat online ma jisparixxix mal-gazzetta tal-bi- eraħ kif kien jiġri fil-passat. Jibqa' fuq Google, jinxtered fuq Facebook, jidħol fi screenshots, gruppi ta' WhatsApp u posts fuq il-midja soċjali. Jista' jitfaċċa snin wara meta persuna tapplika għal impjieg, tidħol f 'relazzjoni pro- fessjonali ġdida jew sempliċement meta xi ħadd ifittex isimha fuq l-internet. U f 'pajjiż żgħir bħal Malta, il-konsegwenzi jistgħu jkunu saħansitra akbar. Immaġinaw persuna arrestata fuq suspett. Isimha u r-ritratt tagħha jispiċċaw kullimkien. Jumejn, ġimgħa jew xahar wara, il-Pulizija tikkonkludi li m'hem- mx provi biżżejjed biex tressaqha l-Qorti. Legalment, dik il-persuna lan- qas biss tkun ġiet akkużata. Imma soċjalment? Min se jneħħilha t-tikketta li tkun diġà twaħħlitilha? Min se jsewwi r-reputazzjoni tagħha? Min se jispjega lill-kli- jenti tagħha, lill-kollegi, lill-ġirien jew lil uliedha li arrest ma jfissirx akkuża, u wisq anqas ħtija? L-innoċenza tista' tiġi kkonfer- mata f 'sentenza waħda. Reputazz- joni tista' tieħu ħajja biex tinbena u it sigħat biex tinqered. Din mhijiex diskussjoni li qed nibda jien. Fir-Renju Unit seħħ żvilupp importanti. Fl-2022, fil-każ Bloomberg LP v ZXC, il-Qorti Suprema ddeċidiet li, bħala regola ġenerali, persuna li tkun qed tiġi investigata kriminalment iżda li tkun għadha ma ġietx akkużata għandha aspettattiva raġonevoli ta' privatezza dwar dik l-investi- gazzjoni. Il-prinċipju huwa importanti għaliex ma joħloqx projbizzjoni assoluta. Jirrikonoxxi li qabel l-akkuża, il-privatezza u l-anon- imat għandhom ikunu l-punt tat-tluq, iżda kull każ xorta jrid jitqies fid-dawl tal-bilanċ bejn id-dritt għall-ħajja privata u r-rep- utazzjoni, minn naħa, u l-libertà tal-espressjoni u tal-midja, min- naħa l-oħra. Fil-fatt, il-College of Policing tar-Renju Unit , fil-linji gwi- da tiegħu, jistipula li l-isem ta' persuna arrestata jew suspettata għandu jingħata qabel l-akkuża biss f 'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn ikun hemm skop leġittimu tal-pulizija. Meta l-persuna tiġi formalment akkużata, il-pożizzjo- ni tinbidel u, bħala regola, isimha jista' jiġi ppubblikat. Il-Ġermanja wkoll tadotta ap- proċċ ibbażat fuq bilanċ. Il-Kodiċi tal-Media Ġermaniża jgħid li ismijiet, ritratti jew informazz- joni li tista' tidentifika suspettat għandhom jiġu ppubblikati biss meta l-interess leġittimu tal-pub- bliku jegħleb id-drittijiet tal-per- suna. Fost il-fatturi li għandhom jiġu kkunsidrati hemm kemm hu b'saħħtu s-suspett, kemm hi serja l-allegazzjoni, u f 'liema stadju waslu l-proċeduri. Fin-Norveġja, il-kodiċi etiku tal-istampa wkoll jitlob kawtela kbira fl-identifikazzjoni ta' per- suni marbuta ma' allegazzjonijiet kriminali. L-identifikazzjoni trid tkun ġustifikata minn ħtieġa reali ta' informazzjoni pubblika, mhux sempliċement mill-kurżità. Fi Franza, l-Artikolu 9 tal-Kod- iċi Ċivili jagħti protezzjoni espres- sa lill-preżunzjoni tal-innoċenza u jippermetti lill-Qorti tordna miżuri korrettivi meta persuna tiġi ppreżentata pubblikament bħala ħatja qabel kundanna. Dawn il-pajjiżi mhumiex qed jgħidu li l-midja għandha tissik- ket. Qed jistaqsu mistoqsija differ- enti u aktar importanti: f 'liema mument l-interess pubbliku jeħtieġ li nkunu nafu mhux biss x'ġara, iżda wkoll isem il-persuna li qed tiġi investigata? Il-liġi Maltija diġà tirrikonoxxi, sa ċertu punt, il-ħtieġa li l-identità ta' persuna taħt investigazzjoni ma tiġix esposta bla bżonn. L-Artikolu 87 tal-Att dwar il-Pulizija diġà jipprojbixxi lill- Pulizija milli jagħtu lill-midja dettalji li jidentifikaw persuna arrestata u milli jiżvelaw l-identità ta' persuna li tkun se tiġi akkużata jew li tkun taħt investigazzjoni. L-Artikolu 88 jipprovdi eċċezzjo- ni f 'ċirkostanzi marbuta mas-sig- urtà pubblika. Dan ifisser li l-prinċipju bażiku diġà jeżisti fil-liġi tagħna: l-Istat innifsu m'għandux, bħala regola, ikun is-sors tal-identifikazzjoni ta' persuna li għadha ma ġietx akkużata. Il-mistoqsija allura ssir waħda aktar fina: x'jiġri meta l-midja tikseb dik l-identità minn sors ieħor? Hawnhekk naħseb li hawn spazju għal diskussjoni serja dwar jekk għandniex noħolqu dritt ċivili għal anonimità qabel l-akkuża, aktar milli projbizzjoni kriminali fuq il-ġurnalisti. Din id-distinzjoni hija impor- tanti. Il-libertà tal-espressjoni hija protetta mill-Artikolu 41 tal-Ko- stituzzjoni, iżda l-istess qafas kostituzzjonali jirrikonoxxi li jist- għu jeżistu miżuri proporzjonati għall-protezzjoni tar-reputazzjo- ni, tad-drittijiet u tal-ħajja privata ta' persuni oħra. Għalhekk, jekk irridu nsaħħu l-protezzjoni ta' persuni mhux akkużati, għandna nagħmlu dan b'mod li ma joħloqx sarima fuq il-ġurnaliżmu, iżda fl-istess ħin joħloq bilanċ ġust bejn id-drittiji- et differenti. Bħala regola, persuna mhux ak- kużata għandu jkollha aspettattiva raġonevoli ta' privatezza fir-rig- ward tal-identità tagħha bħala suspettata. Imma din il-protezzjo- ni m'għandhiex tkun assoluta. Jista' jkun hemm każijiet fejn l-interess pubbliku jiġġustifika l-identifikazzjoni: fejn hemm riskju għall-pubbliku, fejn hemm bżonn li jinstabu vittmi jew xhieda oħra, jew fejn ikun hemm bżonn li persuna tiġi rintraċċata. Bl-istess mod, il-liġi Malti- ja diġà tirrikonoxxi b'mod ċar il-preżunzjoni tal-innoċenza. L-Artikolu 366A tal-Kodiċi Kriminali jgħid li kull persuna suspettata jew akkużata għand- ha titqies innoċenti sakemm id-deċiżjoni finali dwar jekk wettqitx ir-reat issir definittiva. L-Artikolu 366C imur pass ieħor u jgħid li, sakemm persuna ma tkunx instabet ħatja skont il-liġi, dik il-persuna m'għandhiex tiġi riferuta bħala ħatja f 'dikja- razzjonijiet pubbliċi mill-awtor- itajiet pubbliċi jew f 'deċiżjonijiet ġudizzjarji li mhumiex deċiżjoni- jiet dwar il-ħtija. Il-Kodiċi tal-Etika Ġurnalistika Malti wkoll jitlob li r-rappurtaġġ tal-proċeduri tal-Qorti jkun stret- tament fattwali u jagħmel distinz- joni ċara bejn fatti u opinjonijiet. Imma nemmen li wasal iż- żmien li niddiskutu pass ieħor. Nemmen li, bħala regola, persu- na m'għandhiex tiġi identifikata pubblikament sempliċement għaliex ġiet arrestata jew għaliex qed tiġi investigata. Il-punt naturali fejn din il-pro- tezzjoni għandha, bħala regola ġenerali, tintemm huwa meta dik il-persuna l-Qorti tigi akkużata b'reat. Għax hemm differenza enormi bejn "il-Pulizija qed tinvestiga" u "il-Pulizija u l-prosekuzzjoni ddeċidew li hemm bażi biex din il-persuna tiġi formalment akkużata quddiem Qorti." Naturalment, għandu jkun hemm eċċezzjonijiet, kif spjegat hawn fuq. Imma l-eċċezzjoni m'għandhiex issir ir-regola. Hemm aspett ieħor li ħafna drabi ninsewh. Meta persuna tiġi arrestata jew akkużata, l-aħbar tkun kbira. Meta l-investigazzjoni tingħalaq, l-akkuża titwaqqa' jew il-persuna tiġi liberata, kultant dik l-aħbar tkun paragrafu żgħir — jekk tiġi rrappurtata. Dan mhuwiex ġust. Fil-fatt, il-Kodiċi tal-Etika Ġur- nalistika Malti diġà jgħid li meta jiġi rrappurtat proċess ġudiz- zjarju, kemm il-bidu kif ukoll il-konklużjoni għandhom jiġu rrappurtati u jingħataw l-istess prominenza. Fil-ħajja diġitali tal-lum għandna mmorru aktar lil hinn u niddiskutu d-dritt li rapporti anti- ki dwar persuna li kienet suspetta biss u qatt ma tressqet, jew inkella kienet akkużata u ġiet liberata, qas jibqgħu jidhru online. Għax mhux biżżejjed li l-ġusti- zzja ssir fil-Qorti jekk l-internet jibqa' għal dejjem jagħti verdett differenti. Bħala Membru Parlamentari nemmen li għandna noqogħdu attenti ħafna qabel indaħħlu restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-midja. Il-ġurnaliżmu in- vestigattiv huwa essenzjali f 'demokrazija u kull bidla trid tkun imfassla b'mod li ma tippro- teġix lill-poter mill-iskrutinju. Iżda l-libertà tal-Media u d-dritt għal reputazzjoni mhumiex għedewwa ta' xulxin. Il-bilanċ hu essenzjali. Il-pubbliku għandu kull dritt ikun jaf li saret investigazzjoni, li nqabdu sustanzi, li saru arresti u x'inhuma l-allegazzjonijiet li qed jiġu investigati. Imma qabel ma persuna tkun ġiet formalment akkużata, għandna nistaqsu: xi jżid isimha mal-interess pubbliku? Jekk it-tweġiba hija biss kurżità, mela dik mhijiex raġuni biżżejj- ed biex possibbilment neqirdu reputazzjoni. Il-prinċipju għandu jkun sempliċi: Investiga bil-qawwa, irrapporta bil-libertà, imma tikkundannax bl-isem qabel ma jkun hemm saħansitra akkuża. Għax ir-rule of law ma titkejjilx biss minn kemm jirnexxilu l-Istat jaqbad lil min jikser il-liġi. Titkejjel ukoll minn kemm jipproteġi lil min għadu ma nstab ħati ta' xejn. Għaliex għandna nippubblikaw isem suspettat, meta mhux akkużat?

