Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366
Fi żmien id-dittatorjat Faxxista ta' Benito Mussolini, iċ-ċinema Taljana kien juri biss films li juru l-ħajja fl-aqwa tagħha, patrijottiżmu, armonija ma' kullimkien u diversi benefiċċji oħra. Fir-realtà xi affariiet tajbin ħarġu mill-kontroll li l-Gvern Faxxista imposta fuq l-industrija tal-films fl-Italja. Ta' min ifaħħar il-bini tal- kumpless ta' studios f 'Cinecitta' u ċ-Centro Sperimentale di Cinematografia, l-iskola Taljana tal-film, kienet diġà ħarrġet ħafna persuni ta' stoffa involuti fil-ħdim tal-films, fosthom diretturi, produtturi, ċinematografiċi (fotografi), anki atturi u oħrajn. Mhux kull film maħdum taħt ir-reġim Faxxista kien ta' livell fqir, imma l-ebda wieħed ma kien juri jew imiss ir-realtà soċjali tal-pajjiż. Din kienet xi ħaġa li Mussolini ried jaħbiha. Dawn kienu pro- duzzjonijiet ta' ambjent sabiħ iżda ta' bla sugu, melodrammi (spiss "tal-maktur") bla ħajja b'karattri tal-klassi għolja jew medja u anki lussużi. Il-laqam li tawhom hu ta' "white telephone films", xogħli- jiet maħduma fl-istudio li kienu jirreferu għalihom bħala films maħduma mir-reġim Faxxista. Wara l-mewt ta' dan id-dit- tatur u meta l-Italja sfat liberata mill-ħakma Nazista u r-retorika falza tal-Faxxisti nkixfet, dawk konnessi maċ-ċinematografija bdew ifittxu r-realtà u sabuha fil-ħajja ta' kuljum. Hawn beda n-Neo-Realiżmu tal-film Taljan. Din it-tendenza bdiet eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinija, moviment ċinematografiku li feġġ bejn l-1943 u l-1952 minn Roberto Rossellini, Vittorio De Sica u Luchino Visconti, trio ta' diretturi formidabbli. Dawn m'aċċettawx produzzjonijiet ta' lussu maħdu- ma fi studio u kienu favur li jif- filmjaw fil-lokalitajiet reali, jużaw atturi mhux professjonali, waqt li b'onestà kienu jesibixxu l-faqar tal-klassi tal-ħaddiema u t-taqbid soċjali li jgħaddu minnhom. Meta lill-kbir direttur Taljan Roberto Rossellini staqsewh biex ifisser il-moviment Neo-Realista, sostna hekk: "Għalija personali huwa, qabel kollox, pożizzjoni morali li minnha tista' tħares lejn id-dinja. Wara saret pożizz- joni estetika, imma fil-bidu kien kunċett morali". Biex wieħed jiem il-pożizzjoni morali u estetika li ddefinixxa n-Neo-Real- iżmu hu neċesarju li wieħed jibda mill-kuntest ekonomiku, politi- ku u soċjali li minħabba fihom twieled. Naturalment kien hemm indikazzjonijiet dwar realiżmu ġdid qabel il-film ta' Rossellini, Roma Citta' Aperta (Rome Open City 1945). Imma, meta din il-produzzjoni faqqgħet fix-xena taċ-ċinema internazzjonali, eżatt fis-snin ta' wara l-gwerra, nistgħu ngħidu li n-Neo-Realiżmu propju beda. Dan il-film kien prodott dirett tal-Gwerra tal-Ħelsien li seħħet fl-Italja fl-1945. Matul is-snin 1943/44 l-Italja kien pajjiż fi kriżi kbira. Il-gvern ta' Mussolini waqa', il-gvern ġdid ta' Badoglio ċeda lill-armati tal-Alleati fis-Sud waqt li l-Ġer- maniżi kienu għadhom jokkupaw in-Nord. It-Taljani anti-Faxxisti ta' kull persważjoni politika u re- liġjuża kien involuti fil-ġlied biex jilliberaw pajjiżhom u ngħaqdu kontra l-Faxxiżmu. Għal dawk li jħobbu l-films u l-artisti (pitturi, skulturi, eċċ.) oħra tal-perjodu, issa kien ċar li bil-gideb u r-retorika vojta tal- gvern ta' Mussolini ġabu agunija fuq pajjiżhom, imbagħad konfron- tazzjoni mar-realtà. Kien ovvju li laqgħa biss mar-realtà tista' ssalva lill-Italja. Dan kien ifisser, f 'ter- mini taċ-ċinema, l-irriutar ta' dak kollu li sar qabel; il-it films ta' propaganda Faxxista u dawk magħmula matul il-gwerra ma kellhom x'jaqsmu xejn ma' dak li kien kuljum qed jiġri fil-pajjiż. Ispirati minn din il-"Gwerra ta' Liberazzjoni", dawk konnessi direttament mal-ħdim tal-films irrijutaw kompletament il-films tas-snin ta' qabel u lkoll iehmu uffiċjalment dwar dan. It-twem- min tagħhom li juru l-affarijiet kif verament kienu qisuh bħala servizz fil-bini ta' Italja ġdida. B'dan il-mod il-prinċipji morali u estetiċi tar-realiżmu saru ħaġa waħda. Cesare Zavattini li kiteb l-aqwa films ta' Vittorio De Sica, kif ukoll fis-snin ħamsin sar direttur, fassal it-teoriji tan-Neo-Realiżmu. Issa l-kompitu taċ-ċinema ma kienx biss bħala divertiment fis-sens tas-soltu tal-kelma, imma biex jaffaċċja l-udjenzi bir-realtà li qegħdin jesperjenzaw u jgħaqqad- hom f 'konfrontazzjoni mar-realtà. L-aktar ħaġa li kienet taqta' qalb lil dawn in-Neo-Realisti kienet li l-udjenza Taljana kienet tippreferi tmur iċ-ċinema biex tinsa l-għaks u l-kaos li kienu mdorrijin bih u ma xtaqux ikunu xhieda tax-xe- narju dipressanti tar-realtà tal- hajja li kienu jinsabu fiha. Għalkemm il-parti kbira tal-problemi murija fil-films tan-Neo-Realiżmu kienu espos- ti għal riskju ta' soluzzjonijiet politiċi, dawn qatt ma ppreżentaw programm politiku ċar. Ħafna minnhom kienu affiljati ma' partiti tassew diversi; numru ta' kittieba u diretturi kienu Marxisti, iżda daqstant ieħor kienu l-membri tad-Demokratiċi Kristjani u oħrajn b'ideat politiċi differenti. In Neo-Realiżmu pur dam biss it snin għalkemm l-istil malajr ġie assorbit fiċ-ċinema popolari Taljana. Ir-Repubblika Taljana fi żmien il-ħakma Nazista kienet id- dominata mill-miżerja u l-ġuħ. Cinecitta', il-belt tal-films ħdejn ix-Xmara Tevere, mibnija b'pompa kbira minn Mussolini, saret kamp tar-refuġjati. Kien f 'dan iż-żmien li ċ-ċinema Taljana beda jirxoxta u anki qajjem appell internazzjonali. Ossessione (1943) tad-Direttur Luchino Visconti kien l-ewwel indikazzjoni li beda juri sinja- li tan-Neo-Realiżmu u li kixef il-maskra tar-retorika Faxxista. Warajh, ammirat minn madwar id-dinja wasal Roma Citta' Aperta tad-direttur Roberto Rossellini, il-pijunier tar-realiżmu li tassew ħakem il-pajjiż, li rebaħ bħala l-Aqwa Film fil-Festival ta' Cannes tal-1946 u mfaħħar sewwa fl-Istati Uniti u anki b'Paisa'. Sciuscia' (1946) u Ladri Di Biciclette (1948) tad-Direttur Vittorio De Sica ġabu l-ewwel Oscars lejn il-pajjiż. La Terra Trema (1948) ta' Visconti hu meqjus li hu l-film Neo-Re- alist perfett. Il-film juri biċ-ċar kif is-sajjieda jiġu sfruttati u kif din ir-realtà soċjali taħdem biex ġeneralment taħqar lin-nies. 14 films IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 • illum Carmel Bonnici "Neo-Realiżmu" – Stil Taljan L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Nofsinhar il-Lbiċ forza 3 għal 4 lokalment forza 3 għal 4 li jdur min-Nofsinhar forza 3 għal 4 Viżibilità Tajba L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 12˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir mill-Punent forza 3 Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat li jsir ħafif Imbatt Baxx mil-Lvant SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Roma Citta' Aperta (1945) u Ossessione (1943)

