Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 'Nifhem l-inkonvenjent u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ir-residenti, in-negozji u t-turisti ' Mewġa ta' sħana: Minn għada t-temperatura ħa tinżel IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Deputati Laburisti li tkellmu ma' din il-gazzetta qalulna li l-Prim Ministru jrid jiem li r-ritmu tal-kostruzzjoni f 'Malta u Għaw- dex irid jikkalma it. Semmew ukoll li l-Gvern ma jistax ikompli jimmaġina li l-enerġija ħa tibqa' ssussidjata għal dejjem. Sorsi viċin il-Gvern qalulna li l-ispiża tas-sussidji din is-sena tis- ta' titla' sa 350 miljun, u l-Ministru Clyde Caruana diġà għamilha ċara mal-ministri l-oħra li m'għand- homx jistennew l-istess fondi bħas-sena l-oħra. Deputati oħra qalu li l-Prim Ministru jrid jaċċetta l-fatt li wasal iż-żmien li jkun hemm miżuri ib- sin biex in-nies u n-negozji jaraw kif inaqqsu l-konsum tal-elettriku. Eluf mingħajr dawl Eluf ta' Għawdxin u turisti qattgħu l-lejl mingħajr elettriku wara il-ħsarat kbar f 'żewġ cables ta' vultaġġ għoli li jfornu lil Għaw- dex mill-gżira ta' Malta, hekk kif il-pajjiż għaddej minn mewġa ta' sħana. Il-problemi bdew il-Ġimgħa filgħaxija, meta Enemalta kkonfer- mat ħsarat fi tnejn mit-tliet cables ta' 33kV li jwasslu l-elettriku lejn Għawdex. Saritilha wkoll ħsara waħda miż-żewġ substations tal- gżira. Is-Sibt filgħodu, diversi lokali- tajiet baqgħu mingħajr provvista hekk kif Enemalta bdiet tqassam l-elettriku disponibbli bejn żoni differenti. Intużaw ukoll diversi generators biex tingħata provvista temporanja f 'numru ta' lokalitajiet. Timijiet tekniċi ntbagħtu Għaw- dex il-Ġimgħa filgħaxija biex jidentifikaw fejn kienu seħħew il-ħsarat. Aktar tard matul il-lejl, instabet l-ewwel ħsara f 'cable taħt l-art ta' 33kV fix-Xewkija. F'aġġornament ieħor is-Sibt filgħodu, Enemalta qalet li t-timijiet tagħha sabu t-tieni ħsara f 'Kemmuna, qrib iċ-ċentru tad-distribuzzjoni. Il-kumpanija qalet li tagħmir u riżorsi kienu qed jintbagħtu fuq il-post sabiex jibdew it-tiswijiet, filwaqt li x-xogħol fuq il-ħsara fix-Xewkija kien diġà għaddej. Enemalta wissiet li sakemm jitlestew it-tiswijiet, il-provvista fiż-żoni milquta se tibqa' tiġi ġesti- ta b'mod temporanju. Dan ifisser li l-klijenti jistgħu jesperjenzaw per- jodi fejn l-elettriku jerġa' jiġi għal xi ħin qabel jerġa' jinqata', hekk kif il-provvista disponibbli titqassam bejn żoni differenti. Intant, il-Ministru għall-En- erġija Miriam Dalli qalet li tinsab f 'kuntatt dirett ma' Enemalta u mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri dwar is-sitwazzjoni. Dalli qalet li tiem l-inkon- venjent u d-diffikultajiet li qed jiffaċċjaw ir-residenti, in-negozji u t-turisti, u qalet li l-prijorità immedjata hija li Enemalta terġa' tipprovdi l-elettriku lill-akbar numru possibbli ta' klijenti. It-tiswijiet F'aġġornament ippubblikat għall-ħabta tal-11am, Enemalta qalet li t-tiswijiet kienu għaddejjin wara li t-timijiet tagħha ħadmu matul il-lejl fuq iż-żewġ ħsarat ewlenin fil-cables, li kienu wasslu għall-qtugħ tal-provvista minn madwar is-7pm tal-Ġimgħa. Fix-Xewkija, fejn instabet l-ewwel ħsara, il-ħaddiema ħaffru biex jesponu s-sezzjoni tal-cable li saritilha l-ħsara u bdew ix-xogħol ta' tiswija u konnessjoni mill-ġdid. Fl-istess waqt, tagħmir għall-iskavar beda jiġi traspor- tat lejn il-post tat-tieni ħsara, li tinsab tul parti mir-rotta tal-cable f 'Kemmuna. Ix-xogħol hem- mhekk se jibda malli l-makkinarju jasal fuq il-post. Enemalta spjegat li l-identi- fikazzjoni u t-tiswija ta' ħsarat f 'cables ta' vultaġġ għoli taħt l-art jistgħu jkunu proċess kumpless, partikolarment minħabba li dawn il-cables jistgħu jkunu twal diversi kilometri. Wara li tinstab il-ħsara u l-cable jiġi espost, l-inġiniera jridu jistab- bilixxu kemm hi estensiva l-ħsara qabel ma titneħħa s-sezzjoni affettwata. Jeħtieġu jsiru wkoll testijiet biex jiġi stabbilit jekk daħlitx umdità fil-cable, minħabba li din tista' tik- komprometti t-tiswija meta terġa' tiddaħħal il-provvista tal-elettriku. Huwa biss wara li l-cable jgħaddi minn dawn it-testijiet li tista' titneħħa s-sezzjoni bil-ħsara u jibda x-xogħol ta' konnessjoni mill-ġdid. It-timijiet tekniċi baqgħu fuq il- post, filwaqt li Enemalta kompliet timmobilizza aktar riżorsi biex il-provvista tiġi rrestawrata kemm jista' jkun malajr. Il-gżejjer Maltin qed jesperjenzaw mewġa ta' sħana ta' tlett ijiem, li mistennija tispiċċa llum, b'temper- aturi li laħqu d-39°C, skont kelliem għall-Uffiċċju Meteoroloġiku ta' Malta li tkellem ma' dil-gazzetta. Għal dawn il-jiem kien hemm twissija oranġjo fis-seħħ minħabba t-temperaturi għoljin. Il-kelliem għall-Uffiċċju Meteor- oloġiku qal li, meta wieħed iqis li t-temperatura massima medja għal Awwissu hija ta' 32°C, il-kundizz- jonijiet ta' tmiem il-ġimgħa jikkos- titwixxu mewġa ta' sħana ta' tlett ijiem. Is-sħana qawwija ġiet wara ġurna- ta partikolarment sħuna nhar l-Er- bgħa, meta t-temperatura massima rreġistrata fl-Ajruport ta' Ħal Luqa laħqet il-41.2°C. Din kienet l-ogħla temperatura rreġistrata s'issa dan ix-xahar. It-temperaturi issa mistenni- ja jonqsu fil-bidu tal-ġimgħa, għalkemm xorta se jibqgħu ogħla min-norma klimatika. Minn għada sal-inqas nhar l-Erbgħa 2 ta' Settem- bru, it-temperaturi massimi huma mbassra li jvarjaw bejn 33°C u 35°C. Hekk kif it-temperaturi jibdew jonqsu, it-twissija oranġjo għat-temp li hemm fis-seħħ bħalissa mistennija titnaqqas għal twissija safra fil-bidu tal-ġimgħa, qal il-kelliem. Dan l-aħħar perjodu ta' sħana estrema ġej it ġimgħat biss wara li Malta rreġistrat l-ogħla temperatura tagħha għax-xahar ta' Lulju, meta t-temperatura laħqet it-43.3°C fit-18 ta' Lulju. L-ogħla temperatura li qatt ġiet irreġistrata f 'Malta matul ix-xahar ta' Awwissu kienet ta' 43.8°C, fid-9 ta' Awwissu 1999. Intant, l-inqas temperatura minima rreġistrata f 'Awwissu kienet ta' 15.9°C, irreġis- trata fis-27 ta' Awwissu 1972. it-twissija oranġjo għat-temp li hemm fis-seħħ bħalissa mistennija titnaqqas għal twissija safra Timijiet tekniċi ntbagħtu Għawdex il-Ġimgħa filgħaxija biex jidentifikaw fejn kienu seħħew il-ħsarat

