Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546366
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 30 T'AWWISSU 2026 assolut fuq il-ħatra ta' Prim Imħallef ġdid wara, il-Partit Nazzjonalista wieġeb bl-isem tiegħu. Il-PN ippropona lill-Imħallef Lawrence Mintoff għall-kariga. MaltaToday irrappurtat li ismu kien ġie kkomunikat lill-Gvern bħala l-għażla tal-Oppożizzjoni. Kienet sitwazzjoni ċara: Hayman fuq naħa, Mintoff fuq l-oħra. U għal mument deher li n-negozjati kienu tassew mexjin. Iżda lanqas Hayman ma sabet l-appoġġ tal-Oppożizzjoni. Fis-27 ta' Frar, il-Ministru Jonathan Attard ikkonferma li l-Oppożizzjoni kienet irrifjutat it-tieni kandidat tal-Gvern. Hu qal li laqgħa li saret dakinhar kienet maħsuba biex tkun stabbilita l-pożizzjoni tal- Oppożizzjoni dwar Hayman. Sadattant, il-kandidatura ta' Mintoff kienet spiċċat fiċ-ċentru ta' kontroversja ferm akbar. Il-każ ta' Mintoff sploda fil- beraħ Ftit jiem biss wara li l-PN ressaq ismu, Lawrence Mintoff bagħat ittra lill-Kabinett li fetħet front kompletament ġdid fil-kontroversja. Fl-ittra tiegħu, li ġiet ippubblikata minn MaltaToday, Mintoff għamel sensiela ta' allegazzjonijiet dwar ir- raġunijiet għaliex il-Prim Ministru ma riedx il-ħatra tiegħu. Fost oħrajn, Mintoff sostna li kien ġie msejjaħ għal laqgħa f 'Kastilja fil-11 ta' Frar biex tiġi diskussa l-ħatra tal-Prim Imħallef, u għamel allegazzjonijiet dwar kunsiderazzjonijiet politiċi li, skontu, kienu qed jinfluwenzaw il-pożizzjoni tal-Prim Ministru. L-allegazzjonijiet wasslu wkoll għal ilmenti u talbiet għal investigazzjonijiet. Repubblika, fost oħrajn, ressqet ilment quddiem il-Kummissarju għall- Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar allegazzjonijiet magħmula minn Mintoff fil-konfront tal- Prim Ministru. Il-ħatra tal-Prim Imħallef, għalhekk, ma baqgħetx sempliċement kwistjoni ta' żewġ partiti jippruvaw isibu kandidat komuni. Saret ukoll kontroversja politika dwar il-mod kif qed issir l-għażla nnifisha. Imbagħad waslet l-elezzjoni Wara ġimgħat ta' battibekki, ismijiet u allegazzjonijiet, waslet il-kampanja elettorali. U l-kwistjoni kważi sparixxiet mill-aġenda pubblika. Fil-5 ta' Lulju, l-ILLUM kienet diġà rrappurtat li aktar minn xahar wara l-elezzjoni ġenerali kien hemm "silenzju assolut" dwar il-ħatra. Dak iż-żmien, din il-gazzetta kienet bagħtet mistoqsijiet kemm lil Joe Giglio kif ukoll lill-Ministru għall-Ġustizzja ta' dak iż-żmien, Clifton Grima biex tistabbilixxi jekk id- diskussjonijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni kinux reġgħu bdew, jekk sarux laqgħat ġodda u x'kien qed iżomm milli jintlaħaq qbil. Ma kien hemm ebda stampa ċara dwar jekk il-proċess kienx reġa' beda. Issa għadda aktar żmien. U minkejja r-risposta l-ġdida tal-Gvern, l-istampa għadha mċajpra. "It-tkomplija" — kelma li tqajjem mistoqsija oħra Fil-fatt, il-frażi stess użata mill-Gvern hija interessanti. Il-Ministeru ma qalx li d-diskussjonijiet qed ikomplu. Qal li "jħares 'il quddiem lejn it-tkomplija tad-diskussjonijiet". Dan jista' jissuġġerixxi li l-proċess bħalissa mhux attiv jew li kien hemm waqfa fit- taħditiet. Iżda lanqas fuq dan ma ngħatat spjegazzjoni. Meta kienet l-aħħar laqgħa? Minn wara l-elezzjoni kien hemm kuntatt formali bejn iż- żewġ naħat? Ġew proposti ismijiet oħra? Hemm data għal laqgħa oħra? Dawn kienu proprju t-tip ta' mistoqsijiet li l-ILLUM kienet qed tipprova twieġeb. Mhux sempliċement titlu Il-ħatra mhix waħda simbolika. Il-Prim Imħallef għandu rwol ċentrali fit-tmexxija tal- ġudikatura u tal-Qrati. Fost affarijiet oħra, jista' jlaqqa' lill-imħallfin u l-maġistrati biex jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mat- tmexxija tal-kawżi u l-proċeduri tal-Qorti, u għandu wkoll rwol f 'deċiżjonijiet amministrattivi li jolqtu direttament il- funzjonijiet ġudizzjarji. Għalhekk, il-ħtieġa għal kunsens li semma l-Gvern fir- risposta tiegħu mhijiex sempliċi formalità. Hija proprju r-raġuni għaliex il-ħatra teħtieġ negozjati serji bejn iż-żewġ naħat. Il-Gvern wieġeb — iżda l-limbu baqa' Din id-darba ma jistax jingħad li ma waslet ebda risposta. Waslet. U l-Gvern jagħmel punt ċar: il-ħatra hija ta' importanza nazzjonali, il-kunsens huwa kruċjali u hemm tama li d-diskussjonijiet jitkomplew sabiex jintlaħaq qbil fuq persuna idonea. Iżda wara xhur ta' impass, dik ir-risposta tgħid ftit dwar fejn jinsab fil-fatt il-proċess. Minn Consuelo Scerri Herrera għal Miriam Hayman. Minn Miriam Hayman għal Lawrence Mintoff. Minn hemm għal elezzjoni ġenerali. U issa, għal darb'oħra, għal wegħda vaga ta' "tkomplija tad-diskussjonijiet". Il-mistoqsija m'għadhiex jekk il-Gvern jaqbilx li hemm bżonn ta' kunsens. Kulħadd jaf li hemm bżonnu. Il-mistoqsija hija ħafna aktar sempliċi: Qed isiru t-taħditiet jew le? U jekk le — għaliex, wara dawn ix-xhur kollha, għadhom lanqas biss tkomplew? Minn fuq, xellug: L-imħallfin Wenzu Mintoff, Consuelo Scerri Herrera, Miriam Hayman u Edwina Grima

