MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 parti mill-ġlieda kontra t-terroriżmu tat lok għal fażi ġdida u saħansitra aktar kumplessa tat-theddida terroristika. Amerika ġdida Il-bidla ma seħħitx biss barra mill-Amerka. Wara l-11 ta' Settembru, l-Istati Uniti bniet sistema ġdida ta' sigurtà nazzjonali. Il-USA PATRIOT Act espanda b'mod sostanzjali s-setgħat tal-awtoritajiet biex jiġbru infor- mazzjoni u jinvestigaw it-terroriżmu. Fl-2002 inħoloq id-Department of Home- land Security, li għaqqad 22 aġenzija u uffiċċju federali f 'dipartiment wieħed. L-ajruporti nbidlu wkoll għal dejjem. Il-kontrolli tas-sigurtà saru ferm aktar stretti. Il-bibien tal-cockpit ġew rinfurzati. Il-passiġġieri ma setgħux jibqgħu jaċċessaw iż-żoni ta' wara l-kontrolli bl-istess mod. In- ħolqot it-Transportation Security Administra- tion u bdew jintużaw teknoloġiji u proċeduri ġodda ta' screening. Dak li llum inqisuh bħala parti normali mill-vjaġġ bl-ajru — kontrolli, limiti fuq likwi- di, scanning aktar strett u proċeduri ta' sigurtà — għandu l-għeruq tiegħu f 'dik il-ġurnata. Iżda l-prezz kien ukoll dibattitu kbir dwar kemm stat jista' jissagrifika libertajiet individ- wali biex jipproteġi liċ-ċittadini tiegħu. Sorveljanza tal-massa, detenzjoni mingħajr proċess normali, interrogazzjonijiet brutali u l-ħabs ta' Guantánamo saru simboli ta' dan il-kunflitt bejn is-sigurtà u d-drittijiet tal- bniedem. 25 sena wara Illum l-Amerika mhijiex l-istess pajjiż li kienet 25 sena ilu. Iżda lanqas id-dinja mhi dik tal-2001. Ħafna mill-bniet u subien li twieldu wara l-attakki qatt ma raw it-Twin Towers wieqfa. Għalihom, 9/11 huwa storja, filmati arkivjati u lezzjoni tal-istorja. Għall-ġenerazzjoni ta' qabel, jibqa' memorja personali: fejn kienu, x'kienu qed jagħmlu, meta raw l-ewwel ajru- plan, meta fehmu li ma kienx inċident. Il-Ground Zero sar monument u post ta' tiira. Il-bini l-ġdid tal-World Trade Center sar simbolu tar-reżiljenza ta' New York. F'Washington u Pennsylvania nbnew ukoll monumenti biex ifakkru l-vittmi. Imma l-akbar wirt tal-11 ta' Settembru ma jinsabx fil-bini. Jinsab fil-politika. Jinsab fil-gwerer li damu għexieren ta' snin. Jinsab fl-eluf ta' suldati li mietu u fil-miljuni ta' nies li sofrew fil-Lvant Nofsani u fl-Asja Ċentrali. Jinsab fil-familji li għadhom qed isofru l-konsegwenzi mediċi tal-ħaddiema esposti għal Ground Zero. Jinsab fil-libertajiet ċivili li ġew ristretti u fid-dibattitu dwar kemm setgħa għandu jkollu stat f 'isem is-sigurtà. U jinsab ukoll fil-bidla fil-politika internaz- zjonali. L-Amerika ħarġet mill-Gwerra Bierda bħala s-superpotenza dominanti. Wara l-11 ta' Settembru, l-attenzjoni tagħha għal għexieren ta' snin kienet iffukata fuq it-terroriżmu u l-Lvant Nofsani. Illum, il-kompetizzjoni ma' potenzi bħaċ-Ċina u r-Russja reġgħet saret prijorità, filwaqt li t-theddida terroristika evolviet u saret aktar frammentata. 25 sena mill-11 ta' Settembru 2001 Xi jgħidu l-politiċi Maltin? L-avvenimenti tal-11 ta' Settembru 2001 bidlu d-dinja minn kif konna nafuha sa dakinhar għal dejjem. Ix-xena ta' ajruplani jisplodu fit-Twin Towers ta' New York, ix-xena tal-arjuplan jisplodi fil-Pentagon, ix-xena ta' ajruplan imġar- raf fil-wesgħat ta' Pennsylvania jibqgħu mnaqqxa fil-memorja ta' kull wieħed u waħda minna li għexna dak il-mument. Kien attakk terroristiku, li assistej- na għalih 'live' fuq it-televiżjoni. Kien attakk terroristiku li fetaħ għajnejn kulħadd kemm, minkejja kollox, kon- na (u probabbilment għadna) ngħixu f 'dinja vulnerabbli għal attakki minn mingħalih il-ħajja ma għandha valur ta' xejn. Attakki minn terroristi li fl-għamad tagħhom, fl-estremiżmu tagħhom, qatlu lilhom infushom biex qatlu magħhom aktar minn 3,000 persuna oħra innoċenti li mietu għax inzertaw kienu hemm f 'dak il-post fil-ħin il-ħażin. Kienu attakki li ġabu konsegwenzi kbar fuq tant miljuni oħra. Attakki li skattaw il-Gwerra kontra t-terroriżmu. Skattaw l-attakki u l-gwerra fl-Afganistan. Gwerra li kaxkret għal aktar minn 20 sena u llum, wara dawn is-snin kollha, dan il-pajjiż jinsab għarkupptejh immexxi mit-Taliban – il-Forza li flimkien mal-al-Qaeda kienet wara l-istess attakki tad-9 ta' Settembru. Assistejna għal gwerra fl-Iraq, gwerra li qajmet tant dubji għall-ġustifikazzjoni tagħha. Gwerra li nbdiet sabiex jinstabu u jinqerdu 'armi kimiċi' li qatt ma nstabu. Gwerra li wkoll ħalliet tant u tant vittmi. Gwerra li ġabet tant taqlib fir-reġjun; reġ- jun li sal-lum għadu jbaqbaq u li donnu ma jista' qatt isib il-paċi. Fuq livell internazzjonali, dawn l-attak- ki kienu wake up call għall-pajjiżi kollha sabiex jimu li t-terroriżmu internaz- zjonali huwa realtà li jista' jiġi megħlub biss b'koperazzjoni internazzjonali, bi sforz kollettiv u b'determinazzjoni li ebda pajjiż ma jitħalla waħdu. L-attakki fakkruna illi l-estremiżmi, anke dawk ta' twemmin reliġjuż, ma għandhom qatt jitħallew jixxettlu u jrabbu l-għeruq sal- punt li jsiru qattiela. Bla dubju, l-attakki tad-9 ta' Settembru bidlu l-ħajja ta' kuljum. Bidlu l-mod kif nivvjaġġaw, il-mod kif insiefru, il-mod kif inżommu postijiet pubbliċi sikuri. Illum, 25 sena wara l-attakki tad-9 ta' Settembru, sfortunatament għad- na ngħixu f 'dinja ta' gwerer, f 'dinja ta' mibegħda, f 'dinja ta' kunflitti, f 'dinja fejn ta' kuljum jinqatlu nies innoċenti. Jalla kull min għandu s-setgħa jew xi forma ta' poter u saħħa juża l-istess setgħa sabiex l-umanità u d-dinja li ngħixu fiha jkunu dejjem aktar sikuri. Ħamsa u għoxrin sena ilu, id-dinja waqfet għal mument. Kważi 3,000 persuna tilfu ħajjithom fl-at- takki tal-11 ta' Settembru 2001. Eluf oħra ndarbu u familji sfaw mifrudin għal dejjem. Illum, l-ismijiet tal-vittmi jibqgħu minqux- in fil-Memorial Plaza fi New York bħala tiira permanenti tal-prezz li jħallsu l-popli meta l-vjolenza u l-estremiżmu jieħdu post id-djalogu u l-koperazzjoni. Iżda l-11 ta' Settembru ma kienx biss traġedja umana. Kien mument li kisser l-assunzjoni li s-sigurtà setgħet tittieħed bħala garantita. Wara t-tmiem tal-Gwerra Bierda, ħafna kienu jemmnu li d-dinja kienet miexja lejn aktar stabbiltà, prosperità u koperazzjoni. Id-9/11 wera kemm dik iċ-ċertezza kienet fraġli. Il-25 sena li segwew komplew jikkon- fermaw din il-lezzjoni. Illum, aktar minn qatt qabel, qed naraw kemm id-dinja tista' tkun post perikoluż. Rajna gwerer, kriżijiet finanzjarji, pandemiji u xokkijiet fl-enerġi- ja. Fl-istess ħin, ħarġu sfidi ġodda: attakki ċibernetiċi, diżinformazzjoni u attakki li ħafna drabi jsiru bil-loġika ta' "itfa' l-ġebla u aħbi idek", fejn mhux dejjem ikun ċar min hu responsabbli. L-intelliġenza artifiċjali, min-naħa tagħha, qed tiaħ opportunitajiet enormi, iżda qed tqajjem ukoll mistoqsijiet ġodda dwar is-sigurtà, il-governanza u l-etika. F'dinja interkonnessa, kważi l-ebda kriżi ma tibqa' lokali għal żmien twil. It-tens- jonijiet f 'passaġġ marittimu bħall-Istrett ta' Ħormuż, pereżempju, jistgħu jolqtu l-prezzijiet tal-enerġija, il-katini tal-provista u l-ekonomiji eluf ta' kilometri 'l bogħod. Malta tiem din ir-realtà sew. Bħala pajjiż gżira miuħ għall-kummerċ u mar- but mill-qrib mal-bqija tad-dinja, għandna interess vitali f 'ordni internazzjonali msejsa fuq ir-regoli, ir-rispett tad-dritt internazz- jonali u l-koperazzjoni bejn l-istati. Għal pajjiż tal-qies tagħna, is-saħħa tal-liġi tibqa' ferm aktar importanti mil-liġi tas-saħħa. Għal stati żgħar, il-protezzjoni vera ma tiġix mill-piż militari jew ekonomi- ku tagħhom, iżda minn sistema internazz- jonali fejn ir-regoli japplikaw għal kulħadd. Din mhijiex biss kwistjoni ta' prinċipju. Hija kwistjoni ta' interess nazzjonali. L-esperjenza ta' Malta fil-Kunsill tas-Sig- urtà tan-Nazzjonijiet Magħquda wriet ukoll li pajjiż żgħir jista' jagħmel differenza meta jkun sieħeb kredibbli, kapaċi jibni l-fiduċja u jressaq flimkien perspettivi differenti. L-istess jgħodd fil-ħidma tagħna fis-saħħa globali, fis-sigurtà marittima u fl-iżvilupp internazzjonali. Ħamsa u għoxrin sena wara l-11 ta' Settembru, il-lezzjoni tibqa' ċara: is-sigurtà qatt ma tista' tittieħed bħala garantita. Trid tinbena kuljum permezz ta' istituzzjonijiet b'saħħithom, koperazzjoni internazzjonali, prosperità kondiviża u rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Għal Malta, dan mhuwiex argument astratt favur il-multilateraliżmu. Huwa mod kif inħarsu s-sigurtà tagħna, nipproteġu l-interessi tagħna u nikkontribwixxu għal dinja aktar stabbli. F'dinja dejjem aktar frammentata, il-valur ta' Malta mhux se jitkejjel mid-daqs tagħha, iżda mill-kred- ibbiltà tagħha u mill-kapaċità li tlaqqa' lill-oħrajn u tikkontribwixxi għal soluzz- jonijiet komuni. Beppe Fenech Adami Shadow Minister tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Chris Fearne Ministru għall-Affarijiet Barranin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026