MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 13 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546554

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

I llum il-ġurnata, il-Pride saret titqies donnha ċele- brazzjoni biss u għalkemm hemm ħafna kisbiet li għandna nkunu kburin bihom, huwa importanti li niakru li l-Pride dejjem tibqa' forma ta' protesta. Fil-fatt, il-kunċett tal-Pride nibet minn protesta fi Stonewall, bar ġewwa New York fl-Istati Uniti, fl-1969 u spuntat minħab- ba l-vjolenza ta' kuljum li n-nies kwir kienu jaffaċċaw mill-pulizija. Fl-istess ħin, kienet kulmi- nazzjoni tal-ħafna forom ta' oppressjoni li n-nies kwir kienu jesperjenzaw f 'soċjetà eteronor- mattiva, fejn il-valuri tal-familja nukleari jkunu l-prijorità ta' kif pajjiż jitmexxa, kemm fl-aspett ekonomiku, kif ukoll dak soċjali. Minħabba l-kuraġġ ta' dawn in- nies, bdew iseħħu aktar Prides kif nafuhom illum il-ġurnata, u issa wasalna f 'punt li nistgħu niċċele- braw ukoll ir-rebħiet. Għal żmien twil f 'Malta, taħt il-ħakma kolonjali tal-Knisja u tal-Ingliżi, il-komunità kwir ukoll kienet tesperjenza trattament inġust. Stajt tkun ikkriminalizzat jekk tkun raġel li tħobb raġel. Ħafna nisa liżbjani sabu diffi- kultajiet biex ikollhom relazzjoni- jiet, peress li mara kellha tidde- pendi fuq raġel sabiex ikollha stabbiltà finanzjarja jew jekk riedet familja. Fl-istess ħin, fl-irħula Maltin xorta kont issib rispett min-nies tar-raħal. Kienu jgħixu pjuttost fil-paċi ma' nies li forsi kienu jissejħu 'strambi', għax kienu żewġ nisa jgħixu flimkien, jew għax kienu kkunsidrati bħala mara-raġel. Dawn in-nies kienu jgħixu ħajjithom b'mod alternat- tiv mill-konfini tal-ġeneru kif determinati mis-soċjetà. Fl-1973, Dom Mintoff id- dikriminalizza l-omosesswalità; madankollu, Malta baqgħet issofri l-impatt negattiv li ħallew warajhom il-kodiċi penali tal-In- gliżi, kif ukoll il-kliem aħrax tal-knisja li kompliet tħambaq li l-atti omosesswali huma dnub. Fid-disgħinijiet, kien hemm grupp t'attivisti li waqqfu organizzazzjoni li kien jisimha 'Hands'. Il-mira tal-grupp, li kien magħmul minn voluntiera u mmexxija mit-Taqsima tal-Edu- kazzjoni tas-Saħħa u l-Kumitat Nazzjonali dwar l-AIDS, kienet biex iqajmu kuxjenza fuq il-mar- da kiefra tal-AIDS u jxandru informazzjoni fuqha. Kienu talbu wkoll li l-gvern jibda jara li din il-marda taffetwa lil kulħadd u ma jibqgħux iwaħħlu fis-sess bejn l-irġiel gay u effettivament fl-irġiel gay infushom. Għadna sal-lum inbatu biex ikollna infrastruttura soda għas- saħħa sesswali u kura affordab- bli u aċċessibbli għal kulħadd hawn Malta u għad hawn stigma enormi dwar l-HIV. Fl-2004, ġiet organizzata l-ewwel Pride mill-MGRM, bl-għan li tinħoloq iktar viżibiltà tal-komunità kwir f 'Malta u biex jipprotestaw kon- tra l-istigma u n-nuqqas ta' drit- tijiet li nies omosesswali u trans kienu jiġu jsibu ma' wiċċhom ta' kuljum. Kien bis-saħħa tal-ew- wel protesta u l-ħafna li seħħew warajha li l-gvern sema' u kellna kambjament fil-liġi, pereżemju li nies LGBTQIA+ jistgħu jiżżewġu biċ-ċivil. Min-naħa l-oħra, dan it-tip ta' aġir jista' jiġi msejjaħ pinkwash- ing. Dan isir meta xi pajjiżi jew korporazzjonijiet jużaw l-iskuża li huma jappoġġjaw id-drittijiet tan-nies LGBTQIA+ iżda dan ma jirriflettix fl-azzjonijiet tagħhom. Nistgħu naraw kif il-gvern Malti jgħid li jħares id-drittijiet kwir imma l-Equality Bill damet snin fuq l-ixkaffa u għadha ma saritx liġi. Mingħajr dawn il-liġijiet, nies LGBTQIA+ isibu ħafna diffikultà biex ikollhom protezzjoni fuq il-post tax-xogħol u jaffaċċjaw abbużi jew ġieli anke jispiċċaw imkeċċija abbażi tas-sesswalità tagħhom. Grazzi għall-ħidma ta' attivisti kwir u l-alleati tagħhom, l-abbozz inbidel u issa għandu bil-mod jgħaddi mill-parlament għal aktar bidliet. Hemm ukoll lok fejn nen- fasizzaw li ġieli hate crimes li jiġu rrapportati lill-Pulizija ma jin- fetaħ l-ebda każ għalihom għax ma jarawhomx bħala hate crimes, pereżempju l-każ tal-2023, fejn raġel attakka xi persuni li kienu fil-Pride t'Għawdex u l-Qorti qa- let li l-attakk kien motivat minn mibegħda imma ma kienx hate crime. Nerġgħu naraw kif avolja Malta għandha dawn il-liġijiet, mhux dejjem ikunu infurzati fil-prattika. Apparti minn hekk, f 'Malta, m'għandniex protezzjonijiet sodi sabiex nipprovdu sistema ġusta għal refuġjati li jfittxu kenn f 'Malta, speċjalment migranti LGBTQIA+ li jispiċċaw jagħmlu snin f 'ċentru ta' detenzjoni. Nies trans, non binary jew intersessi jġarrbu ħafna tbatija mentali per- ess li dawn iċ-ċentri huma segre- gati skont il-ġeneru u ma jkunux jistgħu jaċċessaw is-servizzi mediċi li jkollhom bżonn. Tajjeb li nimu li ħafna mit-tbatijiet li ngħaddu minn- hom huma marbutin flimkien u tajjeb li nħarsu lejn tbatijiet li nies LGBTQIA+ jgħaddu minnhom madwar id-dinja. Aħna nemmnu li ħadd ma jista' jkun liberu qabel kulħadd ma jkollu ugwaljanza vera. Jekk nieħdu l-Europride tal- 2023, naraw kif il-Moviment Graffitti, flimkien m'organiz- zazzjonijiet oħra, talbu li l-kant- anta Netta ma tipparteċipax fil-kunċert tal-Europride, peress li taqbel ma' Netenyahu, il-Prim Ministru ta' Iżrael, u tappoġġja l-politika tal-gvern Iżraeljan li qed iwettaq oppressjoni kbira fil-Palestina. Dan ukoll kien eżempju ċar ta' pinkwashing għax il-gvern Malti ħalla lill-gvern Iżraeljan jieħu sehem f 'Europride fejn suppost in-nies kwir jiċċelebraw id-drit- tijiet tagħhom, però fl-istess ħin, il-ġenoċidju tal-Palestinjani, ink- luż ta' dawk kwir, għadu għaddej sal-lum. Huwa faċli ħafna li nikkun- sidraw lil nies kwir Maltin bħala nies li issa għandhom kull dritt li jistħoqqilhom ikollhom, u li b'hekk għandhom ikunu kun- tenti bl-istatus quo. Però l-ebda kwistjoni ma tista' tħares lejha seperatament mill-bqija tal-qa- għda politika fid-dinja u f 'Malta. Kollha kemm aħna ngħixu taħt l-istess ħakma kapitalista li tagħti valur biss lill-produzzjoni tal-ma- terjaliżmu sfrenat. X'jiswa li tikseb id-drittijiet et- eronormattivi, bħaż-żwieġ, meta mbagħad ma tkunx tista' tgawdi lil pajjiżek minħabba t-tibdil fil-klima jew il-ħafna kostruzzjo- ni li qed jeqred l-ambjent tagħna? Bħal kull sena, il-Moviment Graffitti jimxi bi protesta fil-marċ tal-Pride, bit-tama li nfakkru lin- nies li l-prinċipju tagħna huwa ċar: Ħadd mhu liberu, sakemm kulħadd ikun ħieles tassew. Attivista tal-Moviment Graffitti ANNALISE EBEJER "Għadna sal- lum inbatu biex ikollna infrastruttura soda għas-saħħa sesswali u kura affordabbli u aċċessibbli għal kulħadd hawn Malta u għad hawn stigma enormi dwar l-HIV" 08 aħbarijiet IL-ĦADD 13 TA' SETTEMBRU 2026 • illum opinjoni Għalfejn għad għandna bżonn il-Pride? L-ewwel Pride kienet organizzata mill-MGRM fl-2004

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 13 September 2026