Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
"Aħna, il-politika tagħna, ma nfassluhiex minn wara l-keyboard, iżda minn dak li jkellmuna dwaru in-nies." 10 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum opinjoni Ministru għall-Akkomodazzjoni u l-Artijiet OWEN BONNICI D in il-ġimgħa kellna Kabinett man-nies u kien interessanti ħafna. Kull laqgħa tal-Kabinett hi interessanti, għax matulha jittieħdu deċiżjonijiet importanti li jaffettwaw il-familji Maltin u Għawdxin. Iżda kull meta jkun hemm Kabinett man-nies, joħorġu ideat li għalina, bħala membri tal-Kabinett, iservu mitqlu deheb. Minnhom nit- għallmu, u nimu ferm aħjar, l-aspirazzjonijiet, u l-ħtiġijiet tan-nies. Permezz tagħhom nigg- vernaw aħjar. Bis-saħħa tagħhom, inwettqu politika aħjar. Il-laqgħa tal-Kabinett tat-Tlieta kienet okkażjoni minn dawn, fejn smajna suġġerimenti tajbin ħafna. Dan kollu qed iseħħ fil- kuntest tal-ewwel 100 jum ta' Gvern Laburista ġdid, u hekk kif issa qed inħejju għall-ewwel baġit ta' dan il-Gvern Laburista. Minn fomm in-nies Dak li jagħmel Kabinett man- nies interessanti, u ta' valur, huwa l-fatt illi ma nkunux biss politiċi nisimgħu lil xulxin, iżda jkollna persuni, u anke professjonisti, li jaħdmu f 'oqsma differenti tal- ħajja u li jagħtu pespettiva siewja dwar ir-riformi li diġà bdejna nimplimentaw u dwar l-isfidi li għad fadlilna quddiemna. Għal- ija, din hija eżattament id-disk- ussjoni li pajjiżna għandu bżonn: waħda li tħares lejn il-politika mhux bħala lista ta' miżuri, iżda bħala mezz biex intejbu l-ħajja tan-nies. Rachel Scicluna Bħala l-Ministru politika- ment responsabbli mis-settur tal-akkomodazzjoni, u l-artijiet, laqatni partikolarment dak li qalet Dr Rachel Scicluna dwar l-akkomodazzjoni. Dr Scicluna, esperta fil-qasam, spjegat kif dar mhijiex sempliċement proprjetà imma hija s-sigurtà tal-familja, il-post fejn trabbi lil uliedek, fejn tilqa' lill-ġenituri tiegħek u fejn tibni parti mill-futur tiegħek. Għalhekk, il-politika tal-akkomo- dazzjoni għandha tkun politika li tagħti stabbiltà u serħan il-moħħ. Huwa proprju għalhekk li fl-ewwel mitt jum, jien iffukajt, u qed niffoka, b'saħħti kollha, biex inkomplu nwettqu skemi, u inċentivi ta' fejda għan-nies fejn tidħol l-akkomodazzjoni soċjali, u affordabbli. Ġiet estiża l-għa- jnuna għall-first-time buyers, inkluż b'għajnuna akbar għal persuni b'diżabilità, filwaqt li qed jitfasslu wkoll miżuri biex ikun hemm aktar protezzjoni u ċertez- za għal dawk li jgħixu f 'akkomo- dazzjoni soċjali. Deċiżjoni importanti kienet illi l-benefiċċju tal-akkomodazzjoni ma tistax titneħħa l-għajnuna f 'daqqa minn familja li tkun għadha qed tadatta għal bidla fid-dħul tagħha. Għalhekk ġie in- trodott mekkaniżmu ta' tapering fuq sentejn, biex it-tranżizzjoni tkun gradwali u ma toħloqx xokk finanzjarju. Dr Scicluna fakkritna wkoll illi l-kwalità tal-ħajja tiddependi wkoll mill-komunità li ngħixu fiha: minn toroq li fihom tista' timxi b'mod sigur, minn spazji fejn it-tfal jistgħu jkunu indip- endenti, minn postijiet fejn l-anzjani jistgħu jiltaqgħu u minn trasport pubbliku aċċessibbli. Manuel Debono Tkellem ukoll il-Professur Ma- nuel Debono, li ffoka l-intervent tiegħu fuq l-importanza ta' kwal- ità ta' ħajja aħjar. Il-Prof. Debono spjega kif id-dinja tax-xogħol qed tinbidel, u prattiċi bħar-remote working jistgħu jagħtu aktar flessibbiltà lill-ħaddiema, jgħinu fil-bilanċ bejn il-ħajja u x-xog- ħol u, fejn applikabbli, inaqqsu l-pressjoni fuq l-infrastruttura tagħna. Qal illi din mhijiex biss kwistjoni ta' teknoloġija; hija wkoll kwistjoni ta' kif irridu nfasslu soċjetà li taħdem aħjar għan-nies. Dwar ir-remote work- ing, u prattiċi flessibbli tax-xog- ħol, jintqal ħafna. Hawn min jargumenta, speċjalment minn min iħaddem, li jekk persuna ma tkunx l-uffiċċju, hemm ċans li tkun inqas produttiva. Mingħajr ma wieħed jiġġeneralizza, jien ma naqbilx ma' dan il-ħsieb. Jidhirli li persuna motivata tagħmel xogħol ferm aħjar, u inċentivi bħal remote working, fost oħrajn, jagħmluha aktar possibbli li persuna tibbilanċja l-impenji tax-xogħol, u tal-familji, u twet- taqhom it-tnejn li huma aħjar. Tracy Lee Vidal Is-saħħa kollox, u l-intervent ta' Dr Tracy Lee Vidal kien proprju dwar dan. Dr Vidal irreferiet għal miżuri li qed inaqqsu l-burokrazija u jagħtu aktar spazju lill-professjonisti mediċi biex jieħdu deċiżjonijiet fl-interess tal-pazjent. Il-messaġġ tagħha kien ċar: sistema tas- saħħa effiċjenti għandha tilħaq lill-pazjent kemm jista' jkun viċin tiegħu, fil-komunità, filwaqt li tkompli tinvesti fl-isptarijiet u fl-infrastruttura speċjalizzata. Gvern Laburista huwa sinoni- mu mal-qasam tas-saħħa. Dan il-Gvern Laburista ġdid qed ikompli jinvesti b'saħħtu kollha f 'dan il-qasam taħt it-tmexxija tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Ian Borg. Tant li fl-aħħar jiem rajna l-bidu tax-xogħlijiet li se jwasslu għal dipartiment ġdid tal-emerġen- za, filwaqt li tobba tal-familja jistgħu jaċċessaw aħjar rekords mediċi tal-pazjenti tagħhom. Dan huwa qasam essenzjali u Gvern Laburista se jkompli jwettaq b'saħħtu kollha fih. Luke Zarb Cousin Imbagħad kien hemm il-per- spettiva tat-turiżmu minn Luke Zarb Cousin. Anke hawn, il-kontribut kien interessanti għax irrikonoxxa kemm hu b'saħħtu s-settur, iżda fl-istess ħin tkellem dwar il-ħtieġa li s-suċċess ikun sostenibbli u li l-benefiċċji jinfirxu matul is-sena. L-idea li Malta tkompli tissaħħaħ bħala destinazzjoni fix-xhur tax-xit- wa għandha wkoll dimensjoni ekonomika u soċjali: aktar attività matul is-sena tfisser aktar stabbiltà għan-negozji u aktar sostennibbiltà. Kien tassew Kabinett tan- nies interessanti u importanti. Preġju tal-Partit Laburista huwa li dejjem iħoss il-polz tan-nies, u saqajh mal-art, jiem il-ħtiġijiet tan-nies. Aħna, il-politika tagħna, ma nfassluhiex minn wara l-key- board, iżda minn dak li jkellmu- na dwaru in-nies. Dak li jintqal lilna mill-Kabinett tan-nies, isib ruħu fid-deċiżjonijiet li nieħdu u li jkunu ta' fejda għan-nies. Lit- teralment, politika ta' min-nies, għan-nies. Min-nies, għan-nies

