Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
02 aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 • illum L-Avukat José Herrera, li rrappreżenta lil Scerri Urry, iddeskriva s-sentenza bħala waħda "storika", u qal li tindirizza dak li sejjaħ inġustizzja serja fil-mod kif kienu jiġu trattati każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' manteniment Il-Qorti sabet li 14-il xahar ħabs għal raġel li ma setax iħallas il-manteniment kienu sproporzjonati, u ordnat li s-sentenzi jibqgħu sospiżi sakemm huwa jkompli jħallas l-arretrati Qorti ssib li ħabs għal nuqqas ta' ħlas ta' manteniment kien sproporzjonat minħabba impossibbiltà finanzjarja JAELLE BORG Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali sabet li piena effettiva ta' 14-il xahar ħabs imposta fuq raġel li ma setax iħallas il-manten- iment kienet sproporzjonata u kisret id-dritt tiegħu taħt l-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea. Is-sentenza, mogħtija mill-Im- ħallef Lawrence Mintoff, kienet tittratta l-każ ta' Christopher Scerri Urry, missier ta' tlett itfal, li kien ġie ordnat iħallas €400 fix-xahar għal wild minn relazzjoni preċedenti u €650 fix-xahar għaż-żewġt itfal tiegħu miż-żwieġ. Scerri Urry sostna li d-dħul tiegħu ma kienx biżżejjed biex ikopri aktar minn €1,000 fix-xahar f 'manteniment u li, għalhekk, kien spiċċa f 'sitwazz- joni fejn kien impossibbli għalih li jwettaq l-obbligi kollha tiegħu. Huwa kien sussegwentement ikkundannat għal madwar 14-il xahar ħabs fuq sensiela ta' każiji- et kriminali dwar nuqqas ta' ħlas ta' manteniment. Il-Qorti sabet li, fil-perjodi koperti mill-akkużi, Scerri Urry ma kienx f 'qagħda finanzjarja li tippermettilu jħallas il-manten- iment, b'mod partikolari wara li tilef ix-xogħol u għadda minn diffikultajiet finanzjarji matul il-pandemija tal-Covid-19. Hija qalet li fil-fatt kien spiċċa f 'sitwazzjoni ta' impossibbiltà li jagħmel il-ħlasijiet dovuti. Madankollu, il-Qorti għamli- tha ċara li ma kinitx qed tapplika direttament il-prinċipju ad impossibilia nemo tenetur biex teskludi r-responsabbiltà krim- inali tiegħu. Minflok, l-impos- sibbiltà finanzjarja kienet fattur essenzjali meta ġiet biex tevalwa jekk il-piena ta' ħabs kinitx spro- porzjonata. Il-Qorti osservat ukoll li l-ħabs seta' jagħmel is-sitwazzjoni agħar, billi jċaħħad lir-raġel mill-opportunità li jaħdem u jħallas dak li kien dovut. Fil-fatt, wara li ngħata ordni proviżorja li ħarġitu mill-ħabs, Scerri Urry sab impjieg ġdid, beda jħallas il-manteniment u l-arretrati u reġa' żamm kuntatt kontinwu ma' wliedu. Il-Qorti nnotat li l-ommijiet tat-tfal ukoll ikkonfermaw li kien qed jonora l-impenji tiegħu. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkonkludiet li l-ħabs effettiv ma kienx proporzjonat, mhux biss fir-rigward ta' Scerri Urry iżda wkoll għal uliedu u l-ommijiet, peress li waqt li kien il-ħabs ma setax jiġġenera dħul biex iħallas il-manteniment. Il-Qorti għalhekk sabet ksur tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni Ewropea, li jipproteġi kontra trattament inuman jew degra- danti. Minflok ħassret is-sentenzi kriminali, il-Qorti ordnat li l-eżekuzzjoni tagħhom tibqa' sospiża sakemm Scerri Urry jkompli jħallas regolarment l-arretrati skont il-ehimiet li għamel mal-ommijiet ta' wliedu. Jekk jaqa' lura b'żewġ paga- menti jew aktar, is-sospensjoni titneħħa u s-sentenzi ta' ħabs jerġgħu jsiru effettivi. Jekk iħallas dak kollu dovut, is-sen- tenzi jistgħu eventwalment jiġu dikjarati bla effett wara talba lill-Qorti tal-Appell Kriminali. L-Avukat José Herrera, li rrappreżenta lil Scerri Urry, id- deskriva s-sentenza bħala waħda "storika", u qal li tindirizza dak li sejjaħ inġustizzja serja fil-mod kif kienu jiġu trattati każijiet ta' nuqqas ta' ħlas ta' manteniment. Herrera qal li qabel persuna li titlef xogħolha u ma tkunx finanzjarjament kapaċi tħallas setgħet xorta tispiċċa l-ħabs, fil- waqt li rimedju dwar l-ammont tal-manteniment kien ikollu jintalab separatament quddiem il-Qorti tal-Familja, proċess li seta' jieħu żmien twil. Huwa qal li s-sentenza tagħraf għall-ewwel darba, f 'dan il-kuntest, li l-impossibbiltà finanzjarja trid tittieħed bis-ser- jetà meta tkun qed tiġi evalwata piena ta' ħabs. AVVIŻ TA' SEJĦA NUMRU 18 FAVUR PROPOSTI GĦAL PROĠETTI TAĦT IL- FOND GĦAS- SIGURTÀ INTERNA (FSI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-Unjoni Ewropea jixtieq javża li ser tiġi mnedija s-sejħa favur proposti għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Fond għas-Sigurta' Interna (FSI) taħt il-qasam imsemmi: Objettiv Speċifiku 3: li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, it-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti, riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà, inkluż permezz ta' kooperazzjoni akbar bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u s-sħab privati fi Stati Membri differenti. Is-sejħa proposta se tikkontribwixxi lejn il-prijorità ta' finanzjament relatata mat-'titjib tal-kapaċitajiet tal- awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ta' partijiet interessati ewlenin oħra sabiex jipprevjenu u jindirizzaw b'mod aktar effettiv ir-reati u d-diskors ta' mibegħda, permezz tat-twettiq ta' programmi ta' taħriġ immirati u l- istabbiliment jew it-titjib ta' mekkaniżmi li jiffaċilitaw ir-rappurtar u l-identifikazzjoni tal-vittmi.' Il-formola tal-applikazzjoni elettronika flimkien mad-dokumenti b'noti gwida ddettaljati dwar l-eliġibilità u l- indikaturi jinstabu fuq is-sit https://fondi.eu/what-funding-is-available/. L-applikanti huma mistiedna jdaħħlu l- formola tal-applikazzjoni kompluta sa nofsinhar tal-Ġimgħa 12 ta' Frar 2027. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm FSI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp- content/uploads/2026/01/ISF-MT-Programme-v.3.0.pdf , sabiex jaraw jekk il-proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Mistoqsijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Ser issir sessjoni ta' informazzjoni ddedikata relatata ma' din is-sejħa aktar tard matul is-sena. L-applikanti prospettivi huma mħeġġa jsegwu s-sit elettroniku Fondi.eu u l-pjattaformi uffiċjali tal-midja soċjali għal aktar informazzjoni dwar id-data, il-ħin u d-dettalji tar-reġistrazzjoni.

