Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546637
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 20 TA' SETTEMBRU 2026 IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Avukat veteran li tkellem ma' din il-gazzetta beda minn mis- toqsija aktar bażika: jekk kellhom isiru verifiki dwar dak li l-ġurati setgħu qalu jew kitbu dwar il-każ, għaliex dawn il-verifiki ma sarux qabel ma bdew jisimgħu l-provi? Għaliex issa? Skont dan l-istess avukat għal kważi għaxar snin, il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, l-inves- tigazzjoni li segwiet u l-proċeduri kontra Yorgen Fenech kienu fiċ-ċentru tad-dibattitu pubbliku Malti. Kien hemm snin ta' protesti, kampanji, dibattiti politiċi, pro- grammi televiżivi, artikli, posts u kummenti fuq il-midja soċjali. Kien hemm politiċi, attivisti, avukati, u għaqdiet li esprimew opinjonijiet kontinwament dwar il-każ u dwar dawk involuti fih. F'dan il-kuntest, kemm hu real- istiku li wieħed jippretendi li ġurat possibbli jkun wasal fil-Qorti mingħajr qatt ma sema', ħaseb jew qal xejn dwar wieħed mill-aktar każijiet pubbliċizzati fil-pajjiż? "Din hija storja mimlija kummenti. Kulħadd xi darba jew oħra tefa' kumment," kien il-qofol tal-osservazzjoni tal-avukat. U proprju għalhekk, sostna, il-kuntest ta' kull kumment huwa essenzjali. Hemm mod li kumment magħmul snin qabel il-ġuri. Huwa mod ieħor il-pressjoni fuq ġurat waqt il-proċess, kuntatt mhux permess ma' xi persuna marbuta mal-kawża, tentattiv ta' influwenza jew xi forma ta' korruzzjoni. Kieku ħarġet prova ta' xi ħaġa minn dawn tal-aħħar, is-sitwazz- joni tkun ta' gravità kompletament differenti. Imma jekk il-kwistjoni hija x'kiteb xi ħadd snin qabel fuq Facebook, allura l-ewwel mis- toqsija trid tkun x'qal, meta qalu u f 'liema ċirkostanzi. Hawnhekk tinsab il-kontradizz- joni li ġuri mill-ġdid jista' jesponi b'mod brutali. Dr Michael Schriha spjega lil din il-gazzetta li jekk il-Qorti tal-Appell tordna li l-każ jerġa' jin- stema', kollox jerġa' lura għall-ist- adju ta' qabel il-ġuri. "Dak li sar diġà jerġa' jsir. Il-proċeduri kollha jkunu l-istess. Immorru lura għall-istatus ante, jiġifieri għaż-żmien ta' qabel il- ġuri," qal. Jiġifieri x-xhieda jerġgħu jissejħu. Ir-recordings jerġgħu jinstemgħu. L-evidenza terġa' titressaq. U fuq kollox: trid tintgħażel ġurija ġdida. Hawnhekk il-kwistjoni ssir ferm aktar ikkumplikata milli tidher. Il-ġurament li jieħdu l-ġurati taħt l-Artikolu 612 jitlob minn- hom li ma jħallux il-mibegħda, il-biża' jew il-ġibda tal-qalb jinflu- wenzawhom u li jiddeċiedu skont dak li jisimgħu quddiemhom. Franco Debono, li ma riedx jidħol fil-mertu tal-każ ta' Fenech, fakkar ukoll fil-mekkaniżmu li diġà tipprovdi l-liġi waqt l-għażla tal-ġurati. Taħt l-Artikolu 611(2), ġurat jista' jiġi kkontestat mingħajr ma tingħata raġuni jew "for cause", jiġifieri għal raġuni speċifika li l-Qorti trid tiddeċiedi jekk hix valida. Il-liġi saħansitra tippermetti lill-Avukat Ġenerali jew lill-ak- kużat jitolbu li ġurat iwieġeb taħt ġurament għal mistoqsijiet biex jiġi stabbilit jekk teżistix raġuni għall-esklużjoni tiegħu. Jekk ikun hemm ġuri ieħor, dak il-proċess jista' jsir wieħed mill-aktar sensittivi li qatt rajna. Se jkun biżżejjed li xi ħadd ikun kiteb kumment fuq Facebook? Xi ngħidu għal like? Share? Kumment dwar Fenech iżda mhux dwar il-ħtija tiegħu? Kritika lejn il-Pulizija? Appoġġ għal Daphne? Kumment politiku? U x'jiġri jekk il-persuna lanqas tiakar li, sitt jew seba' snin qabel, kienet kitbet xi ħaġa? Jekk il-linja ssir li kull min qatt esprima opinjoni għandu prob- lema biex joqgħod fuq ġurija, inkunu qed nersqu lejn mistoqsija ħafna ikbar mill-każ Fenech. F'Malta, jistgħu tassew jinstabu biżżejjed nies eliġibbli li qatt ma kkummentaw dwar dan il-każ? U hemm riskju prattiku ieħor. Jekk issa kulħadd jiem li kumment pubbliku dwar il-każ jista' jkun biżżejjed biex ġurat po- tenzjali jiġi skartat, x'qed iwaqqaf persuna li ma tridx tintgħażel milli tagħmel proprju hekk? Persuna li ma tridx tqatta' ġimgħat maqtugħa mill-ħajja tagħha tista', fit-teorija, tagħmel post jew kumment qabel l-għażla u tagħmilha ħafna aktar diffiċli biex tintgħażel. Dak ikun preċedent perikoluż mhux biss għal dan il-ġuri iżda għas-sistema tal-ġurija nnifisha. Il-ġurati fil-każ Fenech għam- lu sagrifiċċju sostanzjali. Għal ġimgħat kienu marbuta ma' wieħed mill-itwal u l-aktar proċes- si intensi li rajna. Mhux kulħadd ikun lest jagħmel dak is-sagrifiċċju. U għalhekk il-mod kif jiġu trattati l-ġurati wara l-verdett jista' jkollu konsegwenzi wkoll fuq min ikun lest jagħmel dan id-dmir fil-futur. Il-Qorti tal-Appell, natural- ment, se jkollha quddiemha test legali ferm aktar speċifiku. Appell kontra liberazzjoni ma jistax ikun sempliċement tentattiv biex il-prosekuzzjoni terġa' targumenta l-provi u titlob verdett differenti. Il-liġi titlob irregolarità gravi jew żball legali manifest li seta' affet- twa l-eżitu. U anke jekk tinstab proble- ma fil-proċess, retrial mhuwiex konsegwenza awtomatika. Huwa wieħed mir-rimedji li jistgħu jidħ- lu fis-seħħ skont il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Appell. Imma jekk naslu hemm, il-problema tal-ġurati se terġa' tiġi quddiemna mill-ewwel. Wara snin sħaħ ta' dibattitu nazzjonali dwar Daphne Caruana Galizia u Yorgen Fenech, se jkun hemm bżonn persuni li mhux biss jiddikjaraw li jistgħu jkunu imparzjali, iżda li jistgħu jifilħu wkoll għall-iskrutinju ta' snin ta' attività online. U jekk l-istandard ikun li l-ġurat ideali huwa wieħed li qatt ma qal, kiteb, liked jew shared xejn dwar dan il-każ, il-mistoqsija mhix biss min se jagħmel il-ġuri li jmiss. Il-mistoqsija hija jekk dak il- ġurat jeżistix. Preċedent perikoluż mhux biss għal dan il- ġuri iżda għas-sistema tal-ġurija nnifisha MILL-ĠIMGĦA 2 T'OTTUBRU FUQ TVM+ FL-9.45PM Dr Michael Schriha

