MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1031 €1.50 IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 PAĠNA 8 Żbalji fid-dati u fl-artikoli tal-liġi: Kemm-il każ waqa' minħabba żball? IKOMPLI F'PAĠNA 4 IKOMPLI F' PAĠNA 3 L-GĦARQUB TA' AKILLE TA' ROBERT ABELA Għal Robert Abela, Johann Buttigieg ilu żmien ħafna aktar minn sempliċi uffiċjal tal- Gvern. Huwa sar simbolu ta' viżjoni partikolari tal-ippjanar f 'Malta: Awtorità tal-Ippjanar li trid tħaffef il-permessi, tnaqqas l-ostakli għall-iżvilupp u żżomm il-magna tal- kostruzzjoni ddur. Dak li qed jiġri madwar Butt- igieg jista' jkun wieħed mill-it punti fejn il-korazza politika li biha Abela jidher kważi impermeab- bli qed issib l-għarqub ta' Akille tagħha. Għaxar NGOs talbu t-tkeċċi- ja tiegħu u saħansitra azzjoni kriminali, filwaqt li grupp ta' 13-il assoċjazzjoni ta' residenti għamlu talba simili. Aktar tard, koalizzjoni ta' għaqdiet ambjentali u residenti bagħtet ittra direttament lil Abela titlob it-tneħħija ta' Buttigieg u investigazzjoni indipendenti. U l-kampanja ma waqfitx hemm. Fl-aħħar jiem, Moviment Graffitti u Friends of the Earth Malta interrompew konferenza dwar "iċ-ċittadin, l-ambjent u l-iżvilupp" fejn Buttigieg kellu jipparteċipa, filwaqt li l-Kamra tal-Periti stess qajmet mistoqsijiet dwar kunflitti ta' interess, fosthom il-fatt li Buttigieg huwa direttur ta' kumpanija ta' konsulenza fil-qa- sam tal-ippjanar u l-arkitettura waqt li jokkupa l-kariga ta' Execu- tive Chairman tal-PA. JAELLE BORG Il-gvern jinsisti li jrid jattira turiżmu ta' kwalita'. Iżda dak li ddefinixxa s-sajf kienu l-parties, festivals internazzjonali, boat parties, ilmenti dwar storbju, skart u mġieba ħażina flimkien ma' xeni ta' kaos. Turiżmu ta' kwalità jew gżira tal- parties? Il-Ministru għat-Turiżmu sieket fuq x'tip ta' turist Malta trid tattira wara x-xeni ta' kaos f'Ta' Qali u numru ta' rapporti fuq storbju esaġerat, skart bl-addoċċ u mġieba ħażina Dak li qed jiġri madwar Buttigieg jista' jkun wieħed mill-ftit punti fejn il-korazza politika li biha Abela jidher kważi impermeabbli qed issib l-għarqub ta' Akille tagħha Nies li attendew il-Freedom Street Europe Festival qabżu l-barriers biex jidħlu fis-sit Fi protesta quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar is-Sibt, attivisti reġgħu talbu lill-Gvern ineħħi lill-Kap Eżekuttiv Johann Buttigieg mill-kariga

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 September 2026