Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt I d-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela quddiem l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti kien wieħed mill-mumenti li fih Malta setgħet tfakkar lid-dinja li, minkejja d-daqs tagħha, għandha vuċi li tista' tinstema' fuq il-palk internazzjonali. Il-messaġġ tiegħu dwar il-ħtieġa li terġa' tinbena l-fiduċja bejn il-pajjiżi, dwar il-perikli tal-gwerer u l-kunflitti, u dwar l-importanza tal-multilateraliżmu, kien rile-vanti. F'dinja li qed tgħix żmien ta' inċertezza, polarizzazzjoni u kunflitti, Malta għandha kull dritt tinsisti fuq id-djalogu, il-liġi internazzjonali u l-koperazzjoni. Iżda diskors tajjeb huwa biss parti mid- diplomazija. L-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti mhijiex sempliċement avveniment fejn il-mexxejja jitilgħu fuq podju u jagħmlu diskors. Hija waħda mill-akbar oppor-tunitajiet diplomatiċi fis-sena. Fi New York jinġabru mexxejja dinjin, ministri, diplo-matiċi, rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, investituri u mexxejja tan-negozju. Għal Malta, dan għandu jfisser opportunità biex tibni alleanzi, tressaq il-pożizzjonijiet tagħha u tagħmel lobbying dwar il- kwistjonijiet li huma importanti għaliha. Huwa proprju hawn fejn il-vjaġġ ta' Abela jidher li tilef parti mill-potenzjal tiegħu. Il-laqgħat ma' Mayo Clinic u Delta Airlines jistgħu jkunu ta' interess u jista' jkun hemm benefiċċji konkreti minnhom għall-qasam tas-saħħa, l-investiment u l-konnettività. Iżda laqgħat kummerċjali ma jistgħux ikunu s-sostitut għal programm diplomatiku ambizzjuż. Il- mistoqsija għandha tkun: Malta x'riedet tikseb minn din il-ġimgħa, lil hinn mid- diskors tal-Prim Ministru? U mbagħad kien hemm il-pizza. Li Prim Ministru jiekol pizza mhu xejn straordinarju. Li jiltaqa' ma' Malti jew Għawdxi li qed jagħmel suċċess barra minn pajjiżu jista' jkun mument sabiħ u ta' kburija. Iżda meta l-immaġini tal-pizza u l-laqgħa ma' kok Għawdxi jsiru fost l-aktar mumenti viżibbli tal-vjaġġ, wieħed ma jistax ma jistaqsix jekk il-komunikazzjoni tal-Gvern kinitx iffukata fuq il-prijoritajiet it-tajba. Apparti l-fatt li għal snin twal issa, il-Gvern Malti naqqas milli jistieden ġurnalisti oħra biex jattendu għajr għall- PBS li ċertament f 'għajnejn ħafna nies huma portavoce tal-Gvern tal-ġurnata. Malta għandha tradizzjoni diplomatika ferm aktar ambizzjuża minn hekk. Pajjiżna, minkejja d-daqs tiegħu, kellu mumenti fejn irnexxielu jagħmel differenza reali fix-xena internazzjonali. Il-ħidma diplomatika ta' Malta fin-Nazzjonijiet Uniti, l-impenn tagħha favur il-liġi tal- baħar, ir-rwol tagħha fil-Mediterran u l-inizjattivi tagħha favur il-paċi wrew li pajjiż żgħir jista' jkollu influwenza kbira jekk ikollu idea ċara ta' dak li jrid jikseb. Għalhekk, il-kritika mhijiex għad- diskors ta' Abela. Għall-kuntrarju, id- diskors wera li Malta għandha x'tgħid. Il-problema hija dak li jiġri wara. Diplomazija effettiva ma tintemmx meta jitħalla l-podju. Tibda hemm. Trid tkompli bil-laqgħat, bil-kordinazzjoni, bil-persważjoni u bil-bini ta' relazzjonijiet li jibqgħu jħallu l-frott ħafna wara li jintfew il-kameras. Malta għandha leħen li jista' jinstema'. L-isfida għall-Gvern mhijiex li jsib kliem tajjeb biex juża leħnu, iżda li juża kull opportunità internazzjonali biex jagħmel xi ħaġa bih. Diskors qawwi, opportunità mitlufa

