MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

K ull darba li f 'Malta nid- diskutu l-IVF, il-fokus kważi dejjem ikun fuq il-benefiċċji li dawn it-trattamenti joffru lill-koppji li ma jistgħux ikollhom it-tfal. U huwa ġust li nagħrfu dan il-bene- fiċċju. Għandna nagħmlu dak kollu li hu etikament u xjentifikament pos- sibbli biex ngħinu lil dawk il-koppji li jixtiequ jsiru ġenituri. Iżda hemm aspett ieħor ta' din id-diskussjoni li ma nistgħux nibqgħu ninjoraw. X'se jkun il-futur tal-embrijuni ffriżati li jinħolqu permezz tal-IVF? Illum il-Gvern qed iħejji biex jerġa' jemenda l-liġi dwar l-IVF. Il-Prim Ministru qal li, bħala Oppożizzjoni, m'għandniex nersqu lejn dawn l-emendi b'"moraliżmu eċċessiv". Imma hawnhekk irridu noqogħdu attenti. Li tqajjem mis- toqsijiet etiċi u legali serji mhuwiex moraliżmu. Mhuwiex tentattiv li wieħed jimponi l-fehma tiegħu fuq ħaddieħor. Huwa eżerċizzju leġittimu ta' riflessjoni u skrutinju dwar il-konsegwenzi etiċi, legali u soċjali tad-deċiżjonijiet li jieħu l-Parlament. Wieħed mill-akbar tħassib tiegħi jibqa' dak tal-embrijuni ffriżati. Skont l-aħħar Rapport Annwali tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, sa tmiem is-sena 2024 kien hemm 1,123 embrijun krijopreservat f 'Malta. Sal-lum, l-Awtorità għadha ma ppubblikatx ir-Rapport Annwali għas-sena 2025 u għalhekk dawn huma l-aħħar ċifri uffiċjali disponibbli għall-pubbliku. Din mhijiex statistika li għandha tgħaddi inosservata. Jekk tassew nemmnu li l-ħajja tibda mill-konċepiment, kif dejjem sostnejna, allura dawn mhumiex sempliċement embrijuni ffriżati. Dawn huma 1,123 ħajja umana fl-ewwel stadju tal-iżvilupp tagħha, li jinsabu ffriżati mingħajr triq ċara 'l quddiem. U proprju għalhekk, dawn mhumiex mistoqsijiet li qed nagħmel illum għall-ewwel darba. Huma mistoqsijiet li diġà għamilt fil-Parlament u li, sal-lum, għad- hom ma ngħatawx tweġiba ċara. Staqsejt x'jiġri mill-embrijuni jekk il-ġenituri jiddeċiedu li ma jkunux iridu aktar tfal. Staqsejt x'jiġri jekk il-koppja tissepa- ra. Staqsejt x'jiġri jekk wieħed mill-ġenituri jew it-tnejn imutu. Staqsejt ukoll kemm hemm embri- juni krijopreservati, jekk hemmx reġistru nazzjonali tagħhom, kemm minnhom ġew offruti għad-donazzjoni u jekk qattx kien hemm każijiet fejn id-donazzjoni ta' embrijuni seħħet fil-prattika. Dawn huma mistoqsijiet serji li, sal-lum, għadhom jistennew tweġibiet ċari. U huma mistoqsijiet li m'għand- homx jinteressaw biss lil min għandu tħassib etiku dwar l-iffriżar tal-embrijuni. Għandhom jinter- essaw ukoll lill-koppji li għażlu l-IVF u lil dawk li qed jikkun- sidraw li jagħmlu użu minn dawn il-proċeduri. Wara kollox, huma mistoqsijiet li jolqtu direttament il-futur tal-embrijuni tagħhom u r-responsabbiltajiet li jistgħu jġorru magħhom tul is-snin. Kull koppja għandha dritt tkun taf mhux biss kif jinħolqu dawn l-embrijuni, iżda wkoll x'jista' jiġri minnhom jekk, maż-żmien, iċ-ċirkostanzi tal-ħajja jinbidlu. Li niddiskutu dawn il-mis- toqsijiet mhuwiex attakk fuq dawk il-koppji. Bil-maqlub. Huwa sinjal ta' rispett lejhom u lejn ir-re- sponsabbiltà kbira li ġġib magħha d-deċiżjoni li jinħolqu embrijuni permezz tal-IVF. Il-liġi Maltija tipprova tirreg- ola dawn is-sitwazzjonijiet. Iżda diversi riċerki akkademiċi mwettqa fl-Università ta' Malta eżaminaw proprju l-istatus legali tal-embri- juni krijopreservati, id-donazzjoni tagħhom u t-tilwim li jista' jinqala' bejn il-ġenituri prospettivi. Ir-riċer- katuri jikkonkludu li, minkejja li l-liġi tipprova tipprovdi qafas legali, għad hemm lakuni u inċertezzi dwar kif dawn is-sitwazzjoni- jiet għandhom jiġu indirizzati fil-prattika. Fi kliem ieħor, hemm differenza bejn is-soluzzjonijiet li tipprovdi l-liġi u dak li jista' jiġri fil-ħajja reali. Din mhijiex kwistjoni astratta. Hija realtà li tikkonċerna koppji, familji u embrijuni li diġà jeżistu. F'demokrazija matura, mis- toqsijiet bħal dawn m'għandhomx jitqiesu bħala moraliżmu. Huma parti minn dibattitu serju li għandu jakkumpanja kull bidla fil-liġi, speċjalment meta tkun tinvolvi l-bidu tal-ħajja umana. Għalhekk nirriuta l-idea li dawn huma eżempju ta' "moral- iżmu eċċessiv." Huma mistoqsijiet leġittimi li jitolbu tweġibiet ċari. Huwa faċli nitkellmu dwar kemm qed ngħinu koppji jsiru ġenituri. U iva, dan huwa objettiv nobbli. Imma hemm mistoqsija li l-Gvern ma jistax jibqa' jevita. X'se nagħmlu bl-embrijuni li diġà jeżistu? Jekk nemmnu li kull ħajja umana għandha valur sa mill-konċepi- ment, allura għandna d-dmir nitkellmu wkoll f 'isem dawk l-embrijuni li llum jinsabu ffriżati mingħajr futur ċar. Il-progress xjentifiku huwa ta' ġid meta jkun akkumpanjat minn sens qawwi ta' responsabbiltà etika. Jekk, iżda, nibdew inqisu kull mistoqsija etika jew legali bħala moraliżmu, inkunu qed nagħmlu żball serju. Il-progress f 'dan il-qasam ma jitkejjilx biss b'kemm jirnexxilna ngħinu koppji jsiru ġenituri. Jitkejj- el ukoll b'kemm nirrispettaw kull ħajja li diġà nħolqot. opinjoni illum • IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 09 Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO "Diversi riċerki akkademiċi mwettqa fl- Università ta' Malta eżaminaw proprju l-istatus legali tal-embrijuni krijopreservati, id-donazzjoni tagħhom u t-tilwim li jista' jinqala' bejn il-ġenituri prospettivi " Moraliżmu eċċessiv… jew mistoqsijiet leġittimi? Sa tmiem is-sena 2024 kien hemm 1,123 embrijun krijopreservat f 'Malta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 September 2026