MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 27 September 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1546783

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 27 TA' SETTEMBRU 2026 • illum 04 Turiżmu: Sajf ta' lmenti u kaos GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA' FEJN L-IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK IL- JUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU ◆ SIGURTA' ◆ LIKWIDITA' ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista' jitla' jew jinżel sa meta jimmatura) Dipartiment tat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant'Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125 Investiment Sod Ħruġ ta' €300,000,000 Malta Government Stocks – b'rata ta' imgħax fissa STOCKS TAL-GVERN TA' MALTA STOCK TAL-GVERN Il-prezz għal kull Stock elenkat f' (i) u (ii) hawn fuq li qegħdin jiġu offruti għas-sottoskrizzjoni lill- membri tal-pubbliku għandu jiġi stabbilit il-Ħamis, 1 ta' Ottubru 2026 u jkun ibbażat bejn wieħed u ieħor fuq il-prezz fis-suq sekondarju u jitħabbar permezz ta' Stqarrija għall-Istampa maħruġa mid- Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI). _______ Stocks tal-Gvern ta' Malta b'rata ta' imgħax fissa L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta' €300,000,000 Stock tal-Gvern ta' Malta f'xi wieħed jew f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ stocks: Is-somma li għandha tinġabar tista' tiżdied b' €200,000,000 oħra f'każ li d-domanda tkun aktar mill- ammont offrut. Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta' €499,900 kull persuna f'xi wieħed jew f'kull wieħed mit-tlett stocks li qegħdin jiġu offruti, jiftħu t-Tnejn, 5 ta' Ottubru 2026 fit-8.30 a.m. u jagħlqu fis-2.30 p.m. tal-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2026. Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f'offerti b'irkant jiftħu nhar il- Ġimgħa, 9 ta' Ottubru 2026 u jagħlqu f'nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni, fid- diskrezzjoni tal-Accountant General. Il-formoli tal-applikazzjoni jistgħu jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand il-Membri kollha tal-Borża ta' Malta u Provdituri oħra awtorizzati ta' Servizzi ta' Investiment, fid-dati msemmija. Formoli tal- applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq is-sit elettroniku tat-Teżor https://treasury.gov.mt/servizzi/ mill-Ġimgħa, 2 ta' Ottubru 2026. (i) 4.30% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2037 (It-Tieni Ħruġ) u (ii) 4.50% Stock tal-Gvern ta' Malta li jimmatura fl-2041 (It-Tielet Ħruġ) IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Saru diversi rapporti lill-pulizija dwar storbju f 'Ta' Qali. F'Set- tembru biss, Ta' Qali ospita jew kien marbut ma' diversi festivals internazzjonali, fosthom Breaking Borders, WAH Malta, Freedom Street, FUSE Malta u Forward Mo- tion. Ħafna minn dawk li lmentaw qalu li ngħataw l-impressjoni li ma setax jittieħed intervent minħabba li l-avvenimenti kellhom permess mill-Awtorità Maltija għat-Tu- riżmu. F'nofs Settembru, filmati mxerr- da fuq il-midja soċjali wrew xeni ta' diżordni marbuta ma' nies li kienu qed jattendu l-Freedom Street Europe Festival u li qabżu l-barriers biex jidħlu fis-sit. Din il-gazzetta saqsiet lill-Minis- tru għat-Turiżmu Jo Etienne Abela x'tip ta' turist Malta trid tattira fis-snin li ġejjin, jekk il-Gvern iridx li l-pajjiż ikun magħruf internaz- zjonalment bħala destinazzjoni għall-parties u l-festivals, u kif qed jiddefinixxi konkretament it-ter- minu "turist ta' valur ogħla". Bqajna mingħajr risposta. Fl-2025 Malta qabżet għall-eww- el darba l-erba' miljun turist, b'4.02 miljun wasla u nefqa turistika totali ta' madwar €3.9 biljun. In-nefqa medja għal kull turist kienet ta' €971. Il-Gvern stess qal li jrid jiffoka inqas fuq in-numru assolut ta' wasliet u aktar fuq kemm jonfqu l-viżitaturi, kemm idumu Malta u fuq turiżmu matul is-sena kollha. Aktar kmieni din is-sena, il-Gvern qal li l-għan tiegħu huwa li jattira aktar viżitaturi li jonfqu aktar u li jsaħħaħ it-turiżmu fix-xhur barra l-istaġun tas-sajf. Il-kwistjoni mhijiex jekk Malta għandhiex ikollha nightlife jew festivals. Il-nightlife ilu parti mill-prodott turistiku Malti, u avvenimenti internazzjonali jistgħu jġibu eluf ta' viżitaturi, joħolqu xogħol u jiġġen- eraw attività ekonomika. Il-mistoqsija hija kemm il-Gvern irid li dan il-mudell jiddefinixxi lil Malta bħala destinazzjoni, u jekk hemmx strateġija ċara dwar il-bi- lanċ bejn dan it-tip ta' turiżmu u setturi oħra bħat-turiżmu kulturali, sportiv, tan-negozju u dak marbut mal-istorja u l-wirt tal-gżejjer. Lil Abela staqsejnih ukoll jekk, fid-dawl tal-ilmenti mir-residenti u l-inċidenti ta' dan is-sajf, il-Gvern hux se jirrevedi l-mod kif festivals internazzjonali kbar jiġu approva- ti, liċenzjati jew appoġġjati qabel is-sajf li ġej. Għalissa, tibqa' nieqsa tweġiba politika ċara għal mistoqsija li tolqot mhux biss l-industrija tu- ristika iżda wkoll lil dawk li jgħixu fil-lokalitajiet fejn dan il-prodott qed jiġi ospitat. Meta Malta tippromovi lilha nnifisha barra minn xtutha, għal xiex trid tkun magħrufa — u lil min eżatt qed tipprova tattira? Jekk il-mira hi tassew turist ta' valur ogħla, il-Gvern għad irid jisp- jega mhux biss kemm dan it-turist jonfoq, iżda x'impatt iħalli warajh. Il-ministru tat-turiżmu Jo Etienne Abela ma weġibx mistoqsijiet li sarulu minn dil-gazzetta

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 27 September 2026