www.illum.com.mt
NRU 1034
€1.50
IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026
PAĠNA 7
Intervista ma'
Marthese Portelli,
Kap Eżekuttiv tal-
Kamra tal-Kummerċ
ARA PAĠNA 5
IKOMPLI F' PAĠNA 3
It-tkabbir tal-popolazzjoni
u t-traffiku huma l-akbar
problemi f 'Malta
JAMES DEBONO
It-tkabbir tal-popolazzjoni
huwa meqjus bħala l-akbar
problema f 'Malta minn 30.4%
ta' dawk li wieġbu għall-
istħarriġ tal-MaltaToday,
segwit mit-traffiku bi 28.6%.
Il-kostruzzjoni tinsab fit-tielet
post b'7.5%, segwita mill-għoli
tal-ħajja b'5.7% u l-korruzzjoni
b'4.8%.
It-tkabbir tal-popolazzjoni u
t-traffiku kienu diġà l-aktar żewġ
problemi li jinkwetaw lill-pub-
bliku fi stħarriġ ippubblikat
f 'Ottubru 2025. Iżda t-tħassib
dwar il-popolazzjoni żdied minn
22.3% għal 30.4%, filwaqt li dak
dwar it-traffiku tela' minn 20.3%
għal 28.6%. Imma t-tħassib dwar
l-għoli tal-ħajja naqas minn 13.4%
għal 5.7%.
It-tħassib dwar it-tkab-
bir tal-popolazzjoni jinkludi
kwistjonijiet bħall-pressjoni
fuq l-infrastruttura u ż-żieda
fid-densità tal-popolazzjoni.
Iż-żieda fil-ħaddiema barranin
issemmiet separatament bħala
l-akbar problema minn 2.7%
ta' dawk li wieġbu. L-istħarriġ
għandu marġni ta' żball ta' ±3.4
punti perċentwali.
Krematorju
fis-Siġġiewi:
'Il-PA għaddiet
romblu minn
fuq il-Kunsill u
r-residenti ' –
is-Sindku
Is-Sindku Ryan Cachia
jgħid li l-Kunsill ma
kellu l-ebda kuntatt
mal-iżviluppaturi
jew mal-Gvern dwar
il-proġett, filwaqt li
jqajjem tħassib dwar in-
nuqqas ta' studju fuq it-
tixrid tal-emissjonijiet
fl-inħawi
It-tkabbir tal-popolazzjoni u t-traffiku huma l-aktar żewġ problemi li jinkwetaw lill-pubbliku,
filwaqt li l-kostruzzjoni tinsab fit-tielet post • It-tħassib dwar l-għoli tal-ħajja, li kien ferm
aktar prominenti sena ilu, naqas sew
Il-proġett se jsir fuq art barra
ż-żona tal-iżvilupp, biswit iċ-
ċimiterju storiku ta' Ta' Brija
30.4% 28.6% 7.5%