MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Xjenza Malta u l-ESA jkomplu jikkoperaw biex isaħħu l-opportunitajiet fis-settur spazjali f 'Malta Xjenza Malta, b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), organizzat il-ħames Jum ta' Informazzjoni dwar il-Pjan għall-Istati Kooperattivi Ewropej (PECS), bi tħejjija għall-ħames sejħa għall-proposti ta' Malta, MT5. L-attività, li saret fil-Planetarium tal-Esplora, laqqgħet rappreżentan- ti mis-settur privat, mill-komunità tar-riċerka u minn diversi organ- izzazzjonijiet interessati fl-oppor- tunitajiet li qed jinħolqu fis-settur spazjali. Il-jum ta' informazzjoni pprovda lill-applikanti prospettivi b'infor- mazzjoni u gwida prattika dwar kif jistgħu jiżviluppaw proposti kompetittivi għas-sottomissjoni lill-ESA, filwaqt li kellhom ukoll l-opportunità jiltaqgħu direttament mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Spazjali Ewropea. Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clion Grima qal li l-Gvern se jkom- pli jaħdem biex Malta ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha fis-settur spazjali u jinħolqu aktar opportu- nitajiet għar-riċerkaturi, in-negozji u l-organizzazzjonijiet Maltin. "Is-settur spazjali joffri opportu- nitajiet konkreti għar-riċerkaturi, l-istudenti u n-negozji Maltin biex ikomplu jiżviluppaw l-għarfien tagħhom u jikkompetu fuq livell Ewropew. Permezz tal-kollaborazz- joni mal-Aġenzija Spazjali Ewropea u programmi bħall-PECS, qed nibnu l-kapaċitajiet meħtieġa biex aktar ideat u talent lokali jinbidlu fi proġetti ta' riċerka u innovazzjoni b'impatt reali. L-impenn tagħna huwa li nkomplu niħu aktar bibien sabiex Malta tkun parteċi- pant attiv fl-ekosistema spazjali Ewropea," qal il-Ministru Grima. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżeku- ttiv ta' Xjenza Malta Silvio Scerri saħaq fuq l-importanza li jinħolqu aktar opportunitajiet għall-organ- izzazzjonijiet Maltin biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom b'mod dirett fis-settur spazjali Ewropew. "L-ambizzjonijiet spazjali ta' Malta jiddependu fuq il-kollabo- razzjoni bejn il-komunità tar-riċer- ka, is-settur privat u l-għarfien espert li għandna f 'pajjiżna. Il-pro- gramm PECS jipprovdi opportu- nità importanti biex organizzazz- jonijiet Maltin jittrasformaw l-ideat u l-kapaċitajiet tagħhom fi proġetti b'potenzjal internazzjonali. Is-sejħa MT5 se tkompli tgħin biex it-talent lokali jkun f 'pożizzjoni li jisfrutta dawn l-opportunitajiet," qal Scerri. Matul l-attività saret ukoll is-ses- sjoni Space needs what you know – How terrestrial expertise can become space-relevant, immexxija minn Dr Jennifer Ngo Anh mill- ESA. Din iffukat fuq kif għarfien, teknoloġiji u kompetenzi żviluppati f 'setturi li tradizzjonalment mhum- iex marbuta mal-industrija spazjali jistgħu jiġu adattati għal applikazz- jonijiet u sfidi fis-settur tal-ispazju. Dr Ngo Anh spjegat li organiz- zazzjoni m'għandhiex għalfejn tkun diġà attiva fis-settur spazjali biex tkun tista' tagħti kontribut f 'dan il-qasam. "L-għarfien espert żviluppat f 'setturi li jmorru lil hinn mill-in- dustrija spazjali tradizzjonali jista' jgħin biex jiġu indirizzati sfidi reali fis-settur spazjali. Il-programm PECS tal-ESA joħloq din il-kon- nessjoni billi joffri opportunità lill-organizzazzjonijiet biex jieħdu l-għarfien li diġà għandhom u jesploraw kif dan jista' joħloq valur fis-settur spazjali," qalet Dr Ngo Anh. Matul il-Jum ta' Informazzjoni, rappreżentanti tal-ESA taw aktar tagħrif dwar is-sejħa MT5, qasmu esperjenzi minn sejħiet preċedenti u taw pariri prattiċi dwar kif jistgħu jissaħħu l-proposti. Benefiċjarji preċedenti tal-programm PECS qasmu wkoll l-esperjenzi tagħhom fl-implimentazzjoni ta' proġetti taħt dan il-programm. L-attività ntemmet b'laqgħat individwali bejn applikanti pros- pettivi u rappreżentanti tal-ESA, li matulhom setgħu jiġu diskussi ideat għal proġetti u l-potenzjal tagħhom taħt il-programm PECS. Sal-ewwel kwart tal-2026, Malta kellha 12-il kuntratt operattiv taħt il-PECS f 'oqsma bħall-Osservazz- joni tad-Dinja, it-Telekomunika- zzjoni, it-Teknoloġiji Ġenerali, l-Edukazzjoni u x-Xjenza. Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, Xjenza Malta qed tkompli tappoġġa lill-komunità lokali biex issaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha, tiżviluppa proġetti ġodda u tisfrutta aktar opportunitajiet fi ħdan l-eko- sistema spazjali Ewropea. Il-Ministru għall-Ġustizzja, ir- Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima (lemin) qal li l-Gvern se jkompli jaħdem biex Malta ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha fis-settur spazjali

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 October 2026