Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
13 arti u kultura IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-Katakombi ta' San Pawl jiċċelebraw l-ewwel Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ta' Malta Il-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat kienu fil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet ta' Heritage Malta tal-kisba storika tas-sit, li sar l-ewwel wieħed f 'Malta li ngħata ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Dan ir-rikonoxximent prestiġjuż kien immarkat bi uħ speċjali tas-sit li ta l-ħajja lil ġrajjietna permezz ta' dawriet gwidati u rikreazzjonijiet ta' Ruma tal- qedem, fil-preżenza tal-Kummissarju Ewropew Glenn Micallef u mistiedna distinti oħrajn. Is-sit ingħata dan l-unur prestiġjuż aktar kmieni din is-sena, u rappreżentanti ta' Heritage Malta rċevewh uffiċjalment waqt ċerimonja li saret susseg- wentement għas-siti magħżula l-ġodda, u li mmar- kat ukoll il-15-il sena taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. Din l-inizjattiva ewlenija fil-qafas 'Cre- ative Europe' tal-Kummissjoni Ewropea tgħaqqad flimkien siti ta' wirt kulturali madwar l-Unjoni Ewropea, rikonoxxuti għall-valur simboliku Ew- ropew għoli tagħhom u għall-kontribut tagħhom lejn it-tiswir tal-identità Ewropea. Il-Katakombi ta' San Pawl kisbu posthom fost dawn is-siti minħabba s-sinifikat storiku straordi- narju tagħhom. Huma l-akbar sit ta' dfin tal-per- jodu klassiku f 'Malta, u jmorru lura għaż-żminijiet Puniċi, Rumani u Biżantini. Is-sit huwa uniku wkoll minħabba li jiġbor flimkien oqbra Lhud, politeis- tiċi u Nsara fl-istess ċimiterju, u b'hekk joffri fost l-eqdem evidenza materjali ta' koeżistenza reliġjuża, diversità u libertà tat-twemmin fl-Ewropa. Fost l-aktar attivitajiet li spikkaw waqt iċ-ċele- brazzjonijiet kien hemm ir-rikreazzjoni ta' purċiss- joni funebri Rumana tal-qedem, li tat lill-viżitat- uri l-opportunità li jesperjenzaw u jieħdu sehem fl-użanzi funebri li kienu jiġu pprattikati fis-sit. Il-purċissjoni bdiet miċ-ċentru tal-viżitaturi u kom- pliet lejn il-Katakombi, fejn atturi rrappreżentaw l-ikla tradizzjonali li l-qraba tal-mejjet kienu jaqsmu flimkien biswit il-qabar. Żjarat gwidati mill-kuraturi u sessjoni interattiva bl-isem 'Staqsi lill-Kuratur' offrew aktar tagħrif dwar l-istorja u l-arkeoloġija tas-sit, filwaqt li l-viżitaturi ċkejknin gawdew tfittxi- ja għat-teżor u middew idejhom f 'attività ta' skavar. Għal din l-okkażjoni, il-Kummissarju Ewropew għall-Ekwità Interġenerazzjonali, iż-Żgħażagħ, il-Kultura u l-Isport, Glenn Micallef, ingħaqad mal-Ministru għall-Arti, il-Kultura u l-Wirt Naz- zjonali, Malcolm Paul Agius Galea, id-Direttur tal-Bureau taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, Vincente Curie, u ċ-Chairman ta' Heritage Malta, Mario Cutajar. L-aġenzija issa qed timmira li twettaq il-proġett ippreżentat bħala parti mill-proċess għaċ-ċertifi- kazzjoni, sabiex dan il-kumpless ta' dfin isir des- tinazzjoni storika u edukattiva saħansitra aktar interessanti. Il-pjanijiet jinkludu tibdil fiċ-ċentru tal-viżitaturi, aġġornament tal-ispazji tal-wirjiet, il-ħolqien ta' padiljun fejn jiġu spjegati l-elementi tas-sit li jirriflettu l-valuri taċ-Ċertifikat tal-Pat- rimonju Ewropew, żona ta' skavar għal attivitajiet immirati lejn it-tfal u ż-żgħażagħ, u t-titjib tal-gwi- da bl-awdjo biż-żieda ta' aktar għażliet ta' lingwi Ewropej. Dawn l-iżviluppi għandhom jgħinu biex is-sinifikat Ewropew tas-sit jitwassal aħjar. L-entratura (fuq nett) tiftaħ għall fuq l-ikbaar katakomba f 'Malta moħbija taħt biċċa art miżmuma b'reqqa (xellug)

