Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
Il-wirjiet tagħhom tant kienu popolari li riduhom kull nightclub, wara anki l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u fl-aħħar il-produttur Hal Wallis li malajr ikkonvinċiehom biex jiffirmaw kuntratt ta' ħames snin ma' Paramount Pictures għal 10,000 dollaru fil-ġimgħa. F'Hollywood bdew b'My Friend Irma u warajh My Friend Irma Goes West, bis-soltu parodiji tan-navy, army, ċirkwiti ta' tlielaq taż-żwiemel u anki Westerns li kummidjanti ta' qabel bħal Laurel u Hardy kienu jwettqu. F'okkaż- jonijiet oħra, Jerry Lewis kien jieħu ċans jikkomponi għalih innifsu l-karattru innoċenti, buffu jew injorant – nofsu Lhudi, nofsu li għadu jiddependi fuq ommu jew li spiċċa qabel iż-żmien mill-iskola. Lewis kien ikun sikwit ibbuljat u pproteġut mill-kunfidenti Martin li dejjem ħsiebu jisseduċi lit-tfajliet u jkanta bil-kalma jew b'mużika jazz kanzunetti bħal Inamorata, Simpatico jew at's Amore, waqt li sieħbu kien jorqod f 'xi kaxxa tas- silġ u jitħabbeb ma' xi tifla kerha bil-ħadid ġo ħalqha biex tirranġa snienha. Wara numru ta' films diretti bl-istess formula b'diretturi effiċ- jenti bħal George Marshall, Martin u Lewis iltaqgħu mal-eċċellenti Norman Taurog u Frank Tashlin li kienu jafu dwarhom sewwa u kif isolvu l-problemi tagħhom billi fasslu pjanijiet penetranti għali- hom. Il-films kollha li dawn it-tnejn ħadmu, huma: 1949 – My Friend Irma; 1950 – My Friend Irma Goes West, At War With e Army; 1951 – at's My Boy, Sailor Beware; 1952 – Jumping Jacks, e Stooge; 1953 – Scared Stiff, e Caddy, Money From Home; 1954 – Living It Up, ree Ring Circus; 1955 – You're Never Too Young, Artists And Models; 1956 – Pardners, Hollywood Or Bust. Fost l-aħjar films tagħhom insibu: e Stooge (1952). Direttur Norman Taurog. Jaħdmu wkoll Polly Bergen, Eddie Mayehoff u Richard Erdman. Bill Miller (Martin) li għandu wirja mużikali hu mkabbar bih innifsu u jħobb l-attenzjoni pubblika fuqu stess, imma s-suċċess tiegħu hu dovut għall-assistent mhux magħruf tiegħu (Lewis). Scared Stiff (1953). Direttur George Marshall. Atturi oħrajn huma Dorothy Malone, Lizabeth Scott u Carmen Miranda. Meta jkunu mixlija b'delitt, kantant fin-nightclubs (Martin) u tfajjel li jaħdem fil-kċina (Lewis) isibu ruħhom fi gżira fil-Karibew fejn jidhru l-ispirti u anki l-gangsters. Kummiedja ħelwa. M'hemm xejn tal-biża'. You're Never Too Young (1955). Dirett minn Norman Taurog. Jidh- ru wkoll Diana Lynn, Nina Foch u Raymond Burr. Meta wieħed li qed jaspira li jsir barbier b'kumbi- nazzjoni jinvolvi ruħu f 'serqa ta' djamant imprezzabbli, bilfors ikollu jittrasforma ruħu bħal tifel ta' 12-il sena. Il-konsegwenzi ta' wara huma tassew umoristiċi. Artists And Models (1955). Dirett minn Frank Tashlin. Magħhom jaħdmu wkoll Shirley MacLaine, Dorothy Malone, Eddie Mayehoff u Anita Ekberg. Rick Todd (Martin) juża l-ħolm tas-sieħeb tiegħu fil-kamra, Eugene (Lewis) bħala l-bażi tal-ktieb ko- miku li jagħmillu suċċess. B'ħafna nisa sbieħ u personalment inqisu l-aħjar film tagħhom. Hollywood Or Bust (1956). Di- rettur Frank Tashlin. Jaħdmu wkoll Pat Crowley, Anita Ekberg u Maxie Rosenbloom. Kantant (Martin) li m'għandux biex iħallas lil wieħed li jieħu l-imħatri jingħaqad ma' wieħed baħnan (Lewis) iffissat fuq il-films u li għandu kelb kbir, fuq karozza miuħa sejrin lejn Hollywood. Dan kien l-aħħar film tagħhom. Wara, dawn iż-żewġ atturi sseparaw minħabba differen- zi kreattivi u l-frustazzjoni ta' Dean Martin li sar jidher qisu paljett ta' Jerry Lewis, dejjem jiddomina l-azzjoni bil-mutetti tiegħu. B'din il-firda, Dean Martin akkwista diversi rwoli ġo pro- duzzjonijiet serji bħal e Young Lions, Rio Bravo, Some Came Running u Toys In e Attic. Jerry Lewis kixef it-talent kbir li jippossiedi bħala produttur, direttur, attur u anki kant fil-films tiegħu stess. Meta l-Paramount Pictures waqqfu l-kuntratti kollha li kellhom fil-bidu tas-snin sittin, żammew biss lil Jerry Lewis taħt kuntratt sa kważi l-aħħar tad-diċennju sittin. Ta' min ikun jaf ukoll li l-attur Malti Joseph Calleia ħadem magħhom f 'e Caddy fl-irwol ta' Papa Anthony fejn Dean Martin ikanta at's Amore, waħda mill-kanzunetti li għamlitlu suċċess kbir. 14 films IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-kummiedji popolari ta' Dean Martin u Jerry Lewis IT-TIENI PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Scared Stiff (1953) Hollywood or Bust (1956)

