MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 18 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 Żieda fil-każijiet ta' mard b'sintomi simili għall-influwenza 'M'aħniex kontra l-prinċipju tal-kremazzjoni ' JAELLE BORG F'Malta qed tiġi osservata żieda fil-każijiet ta' mard b'sintomi simili għal dawk tal-influwenza, hekk kif jibda l-istaġun tal- influwenza. Dan ġie kkonfermat minn kelli- em għall-Ministeru għas-Saħħa, li madankollu spjega li l-livelli ta' mard li qed jiġu rreġistrati bħalis- sa huma ġeneralment simili għal dawk osservati fl-istess perjodu tas-snin preċedenti. Il-kelliem qal ukoll li s'issa ma ġiet osservata l-ebda żieda fid- dħul ta' pazjenti fl-Isptar Mater Dei. Din ix-xejra qed tiġi osservata fil-bidu tal-istaġun li fih il-viruses respiratorji jibdew jinfirxu aktar, partikolarment hekk kif joqorbu x-xhur tax-xitwa. Skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-influwenza staġjonali fl-Emisferu tat-Tra- muntana ġeneralment tinfirex bejn Novembru u April. Madankollu, mhux kull persuna li jkollha sintomi simili għall-influwenza tkun neċes- sarjament infettata bil-virus tal-influwenza. Dan għaliex diversi viruses respiratorji oħra jistgħu jikkawżaw sintomi simili, fosthom deni, sogħla, uġigħ fil-griżmejn, uġigħ fil-muskoli u għeja. L-aħħar valutazzjoni tal- ECDC, ippubblikata fid-9 ta' Ottubru, turi li l-attività tal-in- fluwenza u tal-virus respiratorju sinċizjali (RSV) għadha baxxa fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u taż-Żona Ekonomika Ewropea. Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkolazz- joni tal-COVID-19 qed tiżdied fl-Ewropa, għalkemm l-impatt tagħha fuq id-dħul fl-isptarijiet għadu limitat. L-ECDC tispjega li l-influwen- za tista' tolqot persuni ta' kull età, iżda ċerti gruppi għandhom riskju akbar li jiżviluppaw kum- plikazzjonijiet serji. Fost dawn hemm l-anzjani, it-tfal żgħar, in-nisa tqal u persuni li jbatu minn kundizzjonijiet mediċi kroniċi. It-tfal huma wkoll fost dawk li jistgħu jkunu aktar suxxet- tibbli għall-infezzjoni. Skont l-ECDC, it-tfal taħt it-18-il sena għandhom probabbiltà akbar li jiġu infettati bl-influwenza meta mqabbla mal-adulti, fost l-oħrajn minħabba li għadhom ma żviluppawx l-istess livell ta' immunità. Sadanittant, persuna li taħdem bħala childcarer f 'ċentru tat- tfal fiċ-ċentru ta' Malta qalet li fl-aħħar ġimgħat innutat żieda fin-numru ta' tfal li qed jimirdu. L-ECDC tfakkar li l-viruses respiratorji jistgħu jinfirxu minn persuna għal oħra permezz tas-sogħla, l-għatis u l-kuntatt ma' jdejn jew uċuħ ikkontami- nati. Għalhekk, fost il-miżuri rakkomandati biex jitnaqqas it-tixrid tal-infezzjonijiet hemm il-ħasil regolari tal-idejn, ventilazzjoni tajba f 'postijiet magħluqa u li persuni li jkunu morda jibqgħu d-dar biex je- vitaw li jgħaddu l-infezzjoni lil ħaddieħor. L-ECDC tenfasizza wkoll l-im- portanza tat-tilqim staġjonali kontra l-influwenza, partikolar- ment għal persuni li għandhom riskju akbar ta' kumplikazzjoni- jiet. Il-Ministeru għas-Saħħa qal li se jkompli jsegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tal-viruses res- piratorji matul ix-xhur tal-ħa- rifa u tax-xitwa, b'attenzjoni partikolari fuq l-influwenza, il-COVID-19 u l-RSV. KREMATORJU FIS-SIĠĠIEWI Diversi viruses respiratorji jistgħu jikkawżaw sintomi simili għal dawk tal-influwenza JAELLE BORG Is-Sindku tas-Siġġiewi, Ryan Cachia, ikkritika bil-qawwa d-deċiżjoni tal-Awtorità tal- Ippjanar li tapprova l-bini ta' krematorju f 'Ta' Brija, u sostna li l-proċess mexa 'l quddiem minkejja l-oġġezzjonijiet tal- Kunsill Lokali u r-residenti. F'kummenti lil din il-gazzetta, Cachia saħaq li l-Kunsill ilu jop- poni l-proġett minn meta nfetħet il-konsultazzjoni pubblika, u spjega li f 'Ġunju li għadda l-kun- silliera kienu approvaw mozzjoni unanimament kontra l-iżvilupp propost. Huwa għamilha ċara li l-oġġez- zjoni tal-Kunsill mhijiex kontra l-kremazzjoni bħala alternattiva għad-dfin tradizzjonali, iżda kontra l-post magħżul għall-bini tal-faċil- ità. "Aħna kontra l-post fejn se jinbena, mhux kontra l-prinċipju tal-kremazzjoni," qal Cachia. Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ip- pjanar ittieħdet fit-8 ta' Ottubru, meta l-Bord approva l-proġett b'seba' voti favur u tnejn kontra. Cachia kien fost iż-żewġ membri li vvutaw kontra l-applikazzjoni. Il-proġett, propost mill-im- prenditur Mario Tonna, se jkun jinsab fuq art barra ż-żona tal-iżvi- lupp, biswit iċ-ċimiterju storiku ta' Ta' Brija. L-ebda kuntatt mal- iżviluppaturi jew mal-Gvern Mistoqsi jekk il-Kunsill kellux xi diskussjonijiet mal-iżviluppaturi wara l-kontroversja li qamet dwar il-proġett, Cachia qal li ma kien hemm l-ebda kuntatt bejniethom. Spjega li l-Kunsill lanqas ma għandu interess li jiltaqa' mal-iżvi- luppaturi, hekk kif il-prijorità tiegħu tibqa' li jirrappreżenta l-in- teressi tar-residenti li qed jesprimu tħassib dwar il-proġett. Is-Sindku żied li lanqas mill- Gvern ma kien hemm komuni- kazzjoni diretta mal-Kunsill dwar il-krematorju, ħlief għall-parteċi- pazzjoni tiegħu fil-laqgħa tal-Bord tal-Ippjanar li fiha ġiet diskussa l-applikazzjoni. "Weġġgħatna ħafna li l-ERA ma oġġezzjonatx" Waħda mill-akbar preokku- pazzjonijiet tas-Sindku hija l-mod kif l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) trattat l-applika- zzjoni. Cachia qal li l-fatt li l-ERA ma ressqitx l-oġġezzjonijiet tagħha fi żmien it-30 jum mogħtija għall-konsultazzjoni wassal biex in- nuqqas ta' risposta tagħha ġie inter- pretat bħala nuqqas ta' oġġezzjoni għall-proġett. "Il-fatt li l-ERA ma tatx oġġez- zjoni fiż-żmien li kellha weġġagħ- na ħafna," qal is-Sindku, filwaqt li sostna li f 'każ ta' din ix-xorta l-awtorità għandha dmir li tesprimi l-pożizzjoni tagħha dwar l-impatt ambjentali. Skont Cachia, il-kwistjoni mhijiex sempliċement jekk l-ERA kellhiex id-dritt tikkummenta, iżda r-responsabbiltà tagħha li tagħti l-parir tekniku tagħha dwar proġett li jista' jkollu implikazzjonijiet fuq l-ambjent u l-komunità tal-mad- war. Tħassib dwar l-emissjonijiet u żoni frekwentati mit-tfal Is-Sindku qajjem ukoll tħassib dwar in-nuqqas ta' studju dwar it-tixrid tal-emissjonijiet fl-arja, magħruf bħala dispersion model- ling study, bħala parti mill-evalwa- zzjoni tal-proġett. Huwa spjega li studju bħal dan huwa importanti biex jiġi stabbilit kif l-emissjonijiet mill-krematorju jistgħu jinfirxu skont id-direzzjoni tar-riħ, u x'impatt potenzjali jista' jkun hemm fuq l-għelieqi u r-resi- denzi fil-viċinanzi. Cachia semma b'mod par- tikolari xenarju fejn ir-riħ ikun ġej mill-Majjistral, li skontu jista' jwassal l-emissjonijiet fid-direzzjo- ni taż-żona urbana tas-Siġġiewi. Huwa rrimarka li f 'din iż-żona hemm diversi faċilitajiet rikreattivi, fosthom il-gym fil-miuħ, il-bandli u l-grawnd tal-futbol, li jintużaw regolarment mit-tfal u l-adolexx- enti. Filwaqt li esprima tħassib dwar ir-riskji potenzjali, Cachia saħaq fuq il-ħtieġa ta' aktar studji tekniċi biex ir-residenti jkollhom stampa ċara tal-effetti li jista' jħalli l-proġett fuq l-inħawi. Il-Kunsill se jikkontesta l-approvazzjoni Il-kummenti tas-Sindku jaslu wara li l-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi ddeċieda li jappella mid-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u jitlob is-sospensjoni tal-permess sakemm jinstema' l-appell. Din id-deċiżjoni ttieħdet waqt laqgħa urġenti tal-Kunsill, li fiha l-kunsilliera reġgħu esprimew l-oppożizzjoni unanima tagħhom għall-proġett. Il-kontroversja dwar il-kremator- ju tqajjem ukoll mistoqsijiet dwar il-mod kif il-proġett ġie evalwat mill-Awtorità tal-Ippjanar, hekk kif l-applikazzjoni ġiet ikkunsidra- ta bħala estensjoni taċ-ċimiterju eżistenti, minflok bħala krematorju indipendenti. Għal Cachia, il-kwistjoni tibqa' waħda ta' rappreżentanza u ta' rispett lejn il-komunità lokali, hekk kif sostna li t-tħassib tar-residen- ti u l-pożizzjoni tal-Kunsill ma ngħatawx il-piż li kien jistħoqqil- hom fil-proċess tal-ippjanar. Is-Sindku tas-Siġġiewi, Ryan Cachia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 18 October 2026