Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
07 intervista illum • IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 'Jekk ma ntejbux il-produttività, se jispiċċaw ibatu l-familji ' – Marthese Portelli "Qed nitolbu wkoll li r-rata tat-taxxa tal- kumpaniji tonqos minn 35% għal 25% għal dawk il- kumpaniji li jkunu konformi mal- obbligi tagħhom, inkluż il-ħlas fil-ħin tat-taxxi " Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tal-Kummerċ twissi li ż-żieda fl-impjiegi u fil-pagi mhix qed tissarraf f 'titjib fil-produttività. F' intervista qabel il-Baġit 2027, Marthese Portelli tisħaq li mingħajr riformi konkreti, il-kompetittività tan-negozji u l-benesseri tal-familji jistgħu jiġu affettwati. JAELLE BORG X'inhuma l-prijoritajiet ewlenin tagħkom għall-baġit 2027? Id-dokument tagħna fih miżuri għall-2027 u riformi fit-tul. Il-prijorità hija l-produttività, biex insaħħu l-kompetit- tività u ntejbu l-kwalità tal-ħajja. Il-pagi qed jiżdiedu b'madwar 4% fis-sena, iżda l-produttività staġnat. L-impjiegi żdiedu b'aktar minn 22% u s-sigħat tax-xogħol bi 23%, filwaqt li l-produttività żdiedet biss b'0.2%. Ma nistgħux inħarsu lejn il-PDG biss. Il-proposti tagħna nfassluhom kmieni biex il-Gvern ikollu żmien jeżaminahom. Riforma ekonomika ma ssirx f 'sena waħ- da; jeħtieġ tibda minn issa. Il-kompetittività u l-produttività jidhru b'mod prominenti fil-proposti tagħkom. X'miżuri għandu jieħu l-Gvern? L-ewwel irridu nimu għaliex qed nagħfsu fuq il-produttività. Meta nqabblu lil Malta ma' pajjiżi Ewropej oħra, iċ-ċifri ma jagħtux stampa sodisfaċenti. Bħala medja, il-pagi qed jiżdiedu b'madwar 4% fis-sena, filwaqt li l-produttività qed tibqa' fl-istess livell jew tonqos. Skont iċ-ċifri li qed nirreferu għalihom, l-impjiegi żdiedu b'aktar minn 22% u s-sigħat tax-xogħol bi 23%, iżda l-produttività żdiedet biss b'madwar 0.2%. Għalhekk ma nistgħux inħarsu biss lejn it-tkabbir tal-prodott domestiku gross. Qed nipproponu aktar appoġġ biex in-negozji jiddiġitalizzaw l-operat tagħhom. Fil-baġit preċedenti kien hemm allokazzjoni ta' €100 miljun għal dan il- għan, iżda, skont l-informazzjoni tagħna, mhux il-fondi kollha kienu nħarġu. Irridu niżguraw li l-miżuri mħabbra jitwettqu tassew u ma jibqgħux jiġu trasferiti minn sena għall-oħra. Qed nitolbu wkoll li r-rata tat-taxxa tal-kumpaniji tonqos minn 35% għal 25% għal dawk il-kumpaniji li jkunu konformi mal-obbligi tagħhom, inkluż il-ħlas fil-ħin tat-taxxi. Ma' dan irridu norbtu inċentivi għal kumpaniji li jerġgħu jinvestu l-profitti tagħhom. Jekk tħalli aktar riżorsi f 'idejn kumpanija, tkun qed tagħtiha opportu- nità tinvesti fit-teknoloġija, fl-effiċjenza u fil-produttività. Ma nistgħux ninsew it-traffiku. Negozju li qabel seta' jagħmel tmien kunsinni fi tliet sigħat, illum forsi jagħmel erbgħa biss minħabba l-konġestjoni. Dak hu tnaqqis reali fil-produttività. Kif ħa tindirizzaw it-traffiku? Nipproponu e-wallet b'sussidju għat- trasport sostenibbli, flimkien ma' żoni ta' konġestjoni. Min jidħol bil-karozza jħallas, iżda l-flus jerġgħu jidħlu fl-e-wallet tiegħu. Irridu wkoll trasport skolastiku ppjanat skont il-lokalitajiet, żoni fejn it-tfal jitwas- slu bil-mixi lejn l-iskola, ħlas għal postijiet riservati u ripetutament mhux użati, u infurzar aħjar tal-parkeġġ. Għat-trasport maqsum tal-impjegati, nipproponu li l-limitu għall-inċentivi fiskali jinżel minn tnax għal erba' persuni. Xi deċiżjonijiet mhumiex popolari, iżda meħtieġa. It- trasport pubbliku ma jaqdix lil kulħadd, u għalhekk l-e-wallet m'għandux ikun limitat għall-karozza tal-linja. Irridu wkoll kontroll fuq żoni ta' tagħbija u ħatt, u kontra parkeġġ doppju li jkomplu joħolqu dewmien. Fejn tidħol ir-riforma ekonomika, liema proposti għandhom jingħataw prijorità? Il-manifattura teħtieġ politika industri- jali ċara, krediti tat-taxxa u finanzjament għall-produttività u d-diversifikazzjoni. Nipproponu li l-inċentiv għar-riċerka u l-iżvilupp jiżdied minn 175% għal 200%, u aktar inċentivi għall-venture capital, sa 100% f 'ċerti każijiet. Fit-turiżmu rridu ak- tar kwalità u valur miżjud, mhux sempliċe- ment aktar viżitaturi. Jeħtieġ ukoll tnaqqis fil-burokrazija: informazzjoni mogħtija lil entità governattiva m'għandhiex tintalab mill-ġdid minn oħra. L-entitajiet kultant jagħtu struzzjonijiet differenti lill-istess negozju. Dan jaħli l-ħin u jżid l-ispejjeż. Fil-manifattura, aktar investiment jista' jfisser prodotti ġodda u aktar esportazzjo- ni; fil-qasam turistiku, anke l-kundizzjoni tal-bankini u tal-infrastruttura taffettwa l-esperjenza tal-viżitaturi. Kif għandu jinbidel il-mudell ekonomiku? Irridu nimxu mill-volum għall-kwalità. Fil-migrazzjoni għax-xogħol, il-prijorità għandha tkun setturi essenzjali bħas- saħħa u dawk b'valur miżjud bħax-xjenza, is-servizzi finanzjarji u l-avjazzjoni. Għal ħaddiema barranin speċjalizzati jeħtieġ proċess trasparenti u rapidu. Jekk Malta ddum sitt jew tmien xhur biex tipproċessa applikazzjoni, titlef it-talent lil pajjiżi aktar veloċi. U l-għajnuna lill-familji? Kif ha jibbilanċjahom dawn? Il-ġid tan-negozji u tal-familji huwa marbut. Nipproponu rifużjoni tal-VAT lil min jissostitwixxi apparat domestiku li jikkonsma ħafna enerġija b'apparat aktar effiċjenti. Jeħtieġ ukoll investiment fl-edukazzjoni: ir-riżultati PISA fil-qari, fil-matematika u fix-xjenza huma ink- wetanti. Il-qari hu essenzjali anke għall- użu tal-intelliġenza artifiċjali. L-edukazz- joni mhijiex kwistjoni li tagħti r-riżultati minnufih, iżda jekk ma nindirizzawx in-nuqqasijiet issa se nkunu qed inpoġġu l-futur tal-pajjiż f 'riskju. Intom ottimisti dwar il-baġit? X'rispons irċivejtu mill-gvern? Inkunu nafu meta jitħabbar. Nittamaw li jiġu adottati l-proposti. Il-Gvern irid jagħmel il-parti tiegħu, fosthom fl-effiċjen- za tas-settur pubbliku. Inkwetati wkoll li r-reklutaġġ tal-Gvern jikkompeti mal-pri- vat mingħajr titjib biżżejjed fl-effiċjenza, speċjalment qrib elezzjoni. Aħna niltaqgħu regolarment mal-Gvern u mal-Oppożizz- joni, u ħafna mill-proposti tagħna diġà ġew diskussi. Ma nistgħux nitolbu biss lin-negozji biex isiru aktar effiċjenti; l-amministrazzjoni pubblika trid tagħmel l-istess. X'inhuma l-isfidi li qed jaffaċċjaw in-negozji? Kompetizzjoni inġusta u nuqqas ta' infurzar, inkluż fuq prodotti importati. Il- Gvern m'għandux jikkompeti fejn il-privat jista' jipprovdi s-servizzi. L-għajnuniet għall-avvenimenti jridu kriterji trasparenti. Fl-akkwist pubbliku, mhux dejjem għandu jirbaħ l-irħas prodott; jeħtieġ kontroll li l-kuntratti jitwettqu kif imwiegħed. Jekk kumpanija tirbaħ tender billi twiegħed prodott partikolari u mbagħad tagħti pro- dott inferjuri mingħajr kontroll, tagħmel ħsara lill-kompetituri li jirrispettaw l-ispeċifikazzjonijiet. Din hija wkoll kwist- joni ta' kif jintużaw il-flus pubbliċi. Il-messaġġ finali qabel il-baġit? Il-baġit irid jieħu ħsieb kemm l-as- pett soċjali kif ukoll il-produttività. Jekk in-negozji jitilfu l-kompetittività u l-profitti jonqsu, ibatu wkoll il-ħaddiema u l-familji. Irridu baġit li jieħu ħsieb lil kulħadd. In-negozji għandhom jagħmlu l-parti tagħhom, iżda l-Gvern irid jindiriz- za l-problemi li jxekklu l-operat tagħhom. Il-produttività mhijiex biss kwistjoni ta' profitti; hija marbuta mal-pagi, l-impjiegi u mal-ħajja ta' kuljum tal-familji Maltin. Mingħajr bidla se nitilfu l-vantaġġ kom- petittiv tagħna.

