Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
H emm differenza fundamentali bejn gvern li jissellef biex jinvesti fil-futur u gvern li jissellef biex jiffinanzja l-preżent. It-tnejn iżidu d-dejn pubbliku, iżda l-konsegwenzi ekonomiċi tagħhom jistgħu jkunu radikalment differenti. Din hija d-diskussjoni li Mal- ta għandha tagħmel illum dwar il-finanzi pubbliċi tagħha. Mhux biżżejjed li nħarsu lejn id-defiċit bħala persentaġġ tal-Prodott Gross Domestiku, jew lejn id-dejn bħala ċifra assoluta. Irridu nistaqsu għaliex qed nissellfu, fejn qed imorru l-flus mislufa u x'qed inħallu warajna għall-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Jekk l-infiq defiċitarju jkun qed jiffinanzja infrastruttura produttiva, proġetti li jżidu l-kapaċità ekonomika tal-pajjiż, inaqqsu l-ispejjeż tal-produzz- joni, itejbu l-produttività u jiġġeneraw qligħ ekonomiku fit-tul, jista' jkun hemm argu- ment ekonomiku serju favur tali investiment. Imma d-dejn ma jsirx in- vestiment sempliċement għax il-Gvern isejjaħlu hekk. Inves- timent pubbliku veru għandu jkollu objettiv, skeda, spiża, valutazzjoni tar-riskju u, fuq kollox, riżultat li jista' jitkejjel. Jekk proġett iffinanzjat mid-de- jn ma jżidx il-kapaċità produt- tiva tal-ekonomija, ma jtejjibx l-effiċjenza jew ma joħloqx assi li jibqa' jservi lill-pajjiż, il-piż finanzjarju tiegħu jibqa' fuq il-kontribwent. Hawnhekk tidħol id-differ- enza bejn nefqa kapitali u nefqa rikorrenti. Nefqa kapitali tista' toħloq assi li jintużaw u jit- gawdew jew joħolqu għal snin. Skola ġdida, sistema tat-trasport aktar effiċjenti, infrastruttu- ra tal-ilma, interkonnettività tal-enerġija, infrastruttura diġitali jew investiment li jżid il-produttività tal-ekonomija jistgħu jkollhom benefiċċju li jestendi ferm lil hinn mis-sena li fiha jsir l-infiq. In-nefqa rikorrenti hija differenti. Pagi, pensjonijiet, trasferimenti, sussidji, servizzi u spejjeż operattivi oħra huma meħtieġa biex il-Gvern jopera. Ħafna minn dawn huma assolu- tament leġittimi u essenzjali. Il-problema tqum meta n-nefqa rikorrenti tikber b'mod strutturali aktar malajr mill- kapaċità tal-ekonomija li tiffi- nanzjaha partikolarment l-infiq rikorrenti amministrattiv. Jekk gvern jibda jissellef b'mod sistematiku biex ikopri nefqa li terġa' tirrepeti ruħha kull sena, id-dejn ma jkunx qed joħloq assi li jiġġenera qligħ. Ikun qed jiffinanzja l-ispejjeż tal-lum permezz tad-dħul ta' għada. Dan mhuwiex argument kon- tra n-nefqa pubblika. Huwa ar- gument favur il-kwalità tagħha. Malta ilha tgawdi minn tk- abbir ekonomiku qawwi, żieda fl-impjiegi u żieda fid-dħul tal- Gvern. Iżda ekonomija li tikber ma tfissirx awtomatikament li kull żieda fin-nefqa pubblika hija sostenibbli. Il-mistoqsija għandha tkun jekk il-produttività u l-kapaċità produttiva tal-ekonomija hum- iex qed jikbru bl-istess ritmu tal-obbligi li qed jinħolqu. Jekk id-dejn jiżdied iżda l-produttiv- ità ma titjiebx, il-pajjiż ikun qed jakkumula obbligi mingħajr ma joħloq biżżejjed kapaċità ġdida biex iħallashom. Dan huwa partikolarment importanti għal Malta minħab- ba d-daqs limitat tal-ekonomija tagħna. Għandna riżorsi limita- ti, spazju limitat u infrastruttura li diġà tinsab taħt pressjoni. Għalhekk kull ewro li jissellef il-Gvern għandu jiġi kkunsidrat mhux biss bħala nefqa, iżda bħala obbligu futur. Ma nistgħux inħarsu lejn id-dejn biss bħala proporzjon tal-PDG u ngħidu li kollox jinsab taħt kontroll. Il-kwalità tad-dejn hija im- portanti daqs il-kwantità tiegħu. Jekk €100 mislufa jwasslu għal €150 jew €200 ta' valur ekono- miku futur, il-loġika ekonomika hija waħda. Jekk l-istess €100 jintużaw biex ikopru spiża li tin- temm illum u ma toħloq l-ebda assi jew kapaċità produttiva ġdida, il-loġika hija kompleta- ment differenti. Din hija wkoll kwistjoni ta' ekwità bejn il-ġenerazzjoni- jiet. Meta nissellef biex nibni infrastruttura li se tintuża minn uliedna u neputijietna, hemm rabta bejn min iħallas u min jibbenefika. Iżda meta nissellef biex niffinanzja konsum tal- lum, il-ġenerazzjonijiet futuri jistgħu jispiċċaw iħallsu għal benefiċċju li ma rċevewx huma. Għalhekk, il-politika fiska- li għandha tkun ibbażata fuq dixxiplina u mhux fuq sempliċi kapaċità li wieħed jissellef. Il-Gvern għandu jkun kapaċi juri lill-Parlament u lill-pub- bliku kemm mid-defiċit qed imur għal investiment kapitali reali u kemm qed imur biex ikopri nefqa rikorrenti. Għandu jispjega wkoll liema proġetti qed jiffinanzja, x'inhu r-ritorn ekonomiku mistenni u jekk dak ir-ritorn hux qed jitkejjel. Din mhijiex kwistjoni teknika għall-ekonomisti biss. Hija kwistjoni li tolqot lil kull familja Maltija. Għax id-dejn tal-Gvern mhuwiex flus astratti. Huwa obbligu li finalment irid jiġi ffinanzjat mit-taxxi, mid-dħul tal-Istat jew mit-tnaqqis ta' nefqa oħra fil-futur. Gvern responsabbli għandu jkun lest jagħmel għażliet dif- fiċli. Mhux kull nefqa tajba llum hija neċessarjament investiment tajjeb għal għada. Il-pajjiż għandu bżonn in- frastruttura aħjar, iżda għandu bżonn ukoll produttività ogħla. Għandu bżonn servizzi pubbliċi ta' kwalità, iżda għandu jiżgura li dawn ikunu finanzjarjament sostenibbli. Għandu jappoġġja lill-familji u lin-negozji, iżda għandu jara li s-sussidji u l-għa- jnuniet ma jsirux sostitut per- manenti għal riformi strutturali. Id-dejn innifsu mhuwiex il-problema. Id-dejn mingħajr investiment produttiv huwa l-problema. Dan huwa l-punt li għandu jkun fil-qalba tad-diskussjo- ni fiskali tagħna. Malta ma tistax tkompli tkejjel is-suċċess ekonomiku biss bil-livell ta' attività li qed noħolqu llum. Irridu nkejlu wkoll kemm minn din l-attività qed tibni kapaċità għal għada. Il-baġit għandu għalhekk ikun aktar minn lista ta' miżuri popolari u allokazzjonijiet finanzjarji. Għandu jkun pjan kredibbli dwar kif pajjiż żgħir jista' jżomm il-finanzi tiegħu sostenibbli, jinvesti fejn hemm l-ogħla valur ekonomiku u jn- aqqas id-dipendenza fuq id-de- jn biex jiffinanzja l-konsum. Jekk irridu nħallu pajjiż aktar b'saħħtu lill-ġenerazzjoni li ġejja, ma nistgħux inħallu warajna biss aktar infiq u aktar obbligi. Irridu nħallu warajna assi, produttività, infrastruttura u ekonomija li kapaċi tiġġenera l-ġid meħtieġ biex tħallas id-de- jn tagħha. Għax id-dejn jista' jiffinanzja l-futur. Imma jista' wkoll jisraq mill-futur. Id-dif- ferenza tinsab f 'kif jintuża. opinjoni illum • IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 09 "Gvern responsabbli għandu jkun lest jagħmel għażliet diffiċli. Mhux kull nefqa tajba llum hija neċessarjament investiment tajjeb għal għada." Shadow Minister għall-Finanzi ADRIAN DELIA Nefqa defiċitarj: Nissellfu biex ninvestu jew biex nikkunsmaw iktar? Id-dejn ma jsirx investiment sempliċement għax il-Gvern isejjaħlu hekk

