Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547168
X 'jiswa li ngħallmu priġu- nier sena fil-ħabs, jekk meta toħroġ nagħlqulu l-bieb tax-xogħol? X'jiswa li nitkellmu dwar ir-riabil- itazzjoni, jekk il-kundanna tibqa' ssegwi għall-ħajja kollha? U x'qegħdin niggwadanjaw bħala soċjetà meta lil min irid jibda mill-ġdid inħalluh mingħajr opportunità? Sentenza mogħtija mill-Im- ħallef Rachel Montebello fil-5 ta' Ottubru tqajjem proprju dawn il-mistoqsijiet. Il-każ kien jirrigwarda persuna li kienet taħdem bħala xufier, iżda Transport Malta rriutat li ġġed- didilha l-permess, magħruf bħala driver's tag, minħabba kundanna għal reati relatati mal-prostituzz- joni. Il-qafas legali jinsab fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 499.68. Ir-regolament 39(1)(d) jesiġi li xufier ikun ta' kondotta u reputazzjoni tajba. Huwa proprju r-regolament 9(1) (a)(ii) li jeskludi persuni misjuba ħatja ta' certi reati milli jistgħu qatt jiksbu tag biex jaħdmu ta' xufiera. Il-konsegwenza hija esklużjoni permanenti, mingħajr ma Trans- port Malta setgħet tikkunsidra ż-żmien li għadda minn meta persuna kkomettiet reat, l-imġiba tagħha kemm fil-ħabs kif ukoll wara u r-riabilitazzjoni tal-per- suna. Il-Qorti, f 'dan il-każ, sabet ksur tal-Artikolu 8 tal-Konven- zjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jipproteġi d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Għaliex il-ħajja privata mhijiex biss dak li jiġri wara l-bieb tad-dar. Tinkludi wkoll l-identità tagħna, id-dinjità tagħna u, anke l-ħajja fuq il-post tax-xogħol tagħna. Interessanti li l-Qorti osser- vat kif ċerti kundanni għal reati vjolenti jwasslu għal esklużjoni limitata fiż-żmien, filwaqt li dawk imsemmija fil-Kapitolu 63 tal-Liġijiet ta' Malta jistgħu jwasslu għal esklużjoni għal dejjem. Din id-distinzjoni ma nstabitx oġġettivament ġustifikata. Il-Qorti ma qalitx li kull persu- na b'kundanna għandha tingħata tag ta' xufier. Iżda sostniet il-ħtieġa ta' evalwazzjoni individwali, ibbażata fuq kriterji stabbiliti, b'possibbiltà ta' reviżjoni quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni Ammin- istrattiva. Ma nistgħux nippretendu li per- suna tirriforma ruħha, filwaqt li nibqgħu nittrattawha daqslikieku qatt ma tista' tinbidel. Aħsbu it fl-investiment li jsir fit-taħriġ fil-ħabs. Persuni jingħataw opportunità jitgħallmu, jiksbu ħiliet u jħejju ruħhom għal ħajja differenti. Pereżempju priġunieri mħar- rġin fis-sengħa tal-elettriku biex ġaladarba joħorġu mir-REWS jin- talab ukoll ċertifikat tal-kondotta. Dan ma jfissirx li kull kundan- na twassal awtomatikament għal riut. Iżda jqajjem mistoqsija importanti: kif qed tiġi evalwata l-kondotta, u kemm qed jingħata piż lir-riabilitazzjoni? Huwa importanti li electrician jagħmel xogħlu sew. Iżda kun- danna li m'għandha x'taqsam xejn mal-kompetenza jew mal-integrità professjonali għandha, waħedha, tipprekludi opportunità ta' xog- ħol? Ma jagħmilx sens li ninvestu fit-tagħlim ta' sengħa, imbagħad noħolqu ostakli mhux ġustifikati għall-eżerċizzju tagħha. U hemm dimensjoni oħra li ħafna drabi ninsewha: il-familja. Min joħroġ mill-ħabs, mhux dejjem jirritorna għal ħajja mingħajr responsabbiltajiet. Hemm min għandu tfal x'jgħajjex, manteniment xi jħallas, ġenituri dipendenti fuqu, kera u djun. Kif nistennew li missier iħallas il-manteniment lil uliedu jekk nagħmluhielu impossibbli li jsib xogħol? It-tfal m'għandhomx jispiċċaw iħallsu prezz ieħor għall-iżbalji tal-ġenituri tagħhom. U dan mhuwiex biss argument soċjali. Huwa wkoll argument dwar is-sigurtà tagħna lkoll. L-impjieg stabbli jista' jgħin biex jitnaqqas ir-riskju tar-reċidiviżmu. Meta persuna ssib ruħha eskluża ekonomikament u soċjalment, it-triq lejn ir-rintegrazzjoni ssir aktar diffiċli. It-tieni opportunità mhijiex premju għall-kriminalità. Hija investiment biex il-kriminalità ma terġax isseħħ. Dan il-liġi kienet diġà rrikon- oxxietu, qabel is-sentenza li semmejt aktar 'il fuq. L-artikolu 43A tal-Kapitolu 516, introdott bl-Att XXV tal-2025, jimponi fuq l-awtoritajiet pubbliċi d-dmir li jagħmlu ħilithom biex jiffaċilitaw ir-riabilitazzjoni ta' persuni b'kundanni kriminali. Fejn il-liġi tagħtihom diskrezzjo- ni, għandhom jikkunsidraw jekk awtorizzazzjoni tistax tingħata taħt kundizzjonijiet minflok tiġi rriutata. Barra minn hekk, l-Artikolu 43B jipprevedi Bord li jista' jeżam- ina lmenti dwar restrizzjonijiet fuq il-liċenzjar. Għalhekk, il-mistoqsi- ja llum mhijiex biss jekk il-liġi tagħrafx il-prinċipju tat-tieni opportunità, iżda jekk dan il-prinċipju hux qiegħed jitħad- dem b'mod effettiv fil-prattika. Fl-2022, Il-Prim Ministru Robert Abela kien tkellem dwar l-importanza tat-tieni opportunità waqt żjara fil-Caritas u tkellem speċifikament fuq il-problemi fil-liċenzji li għandhom jiġu solvuti. Għalhekk l-awtoritajiet issa jridu jsegwu d-direzzjoni li ngħataw, kemm politika kif ukoll ġuridika. Nemmen li għandna nirrevedu l-esklużjonijiet awtomatiċi, nintro- duċu evalwazzjonijiet individwali u nassiguraw deċiżjonijiet motiva- ti u suġġetti għal reviżjoni. Mhux kull riskju jista' jiġi aċċettat. Id-drittijiet tal-vittmi u s-sigurtà pubblika jibqgħu funda- mentali. Imma lanqas ma nistgħu nkomplu nagħlqu kull bieb lil min ikun ġenwinament irid jibni ħajja ġdida. Għax jekk il-piena tkun intem- met, iżda l-opportunità li tgħix b'dinjità tibqa' miċħuda, irridu ni- staqsu: il-kastig verament spiċċa? It-tieni ċans ma jistax jibqa' kliem sabiħ. Irid ikun bieb li verament jinfetaħ. Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD 10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 T'OTTUBRU 2026 • illum opinjoni It-tieni ċans ma jistax jieqaf mal-bieb tal-ħabs Min joħroġ mill-ħabs, mhux dejjem jirritorna għal ħajja mingħajr responsabbiltajiet

