MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Ix-xows teatrali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jagħtu l-ħajja lill-kotba Maltin għal qarrejja żgħar Il-Festival Nazzjonali tal- Ktieb, organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se jsir fiċ-Ċentru għall-Fieri u l-Konvenzjonijiet f 'Ta' Qali bejn l-4 u t-8 ta' Novembru, jistieden lil viżitaturi minn kull qasam tal-ħajja, bi programm dinamiku li jiċċelebra l-aspetti kollha tal- kultura tal-ktieb. Bħala ċelebrazzjoni tal-ktieb fil-ħafna forom tiegħu, il-Festival qatt ma qagħad lura mill-espe- rjenzi multimedjali li joħorġu mill-kelma miktuba. Din is-sena mhix eċċezzjoni, billi l-qar- rejja għandhom stedina waħda x'jilqgħu – li jiskopru l-istorja – tkun xi tkun il-forma tagħha. Din is-sena, il-Festival se jkollu tliet xows teatrali ispirati minn xogħlijiet riċenti ta' letteratura Maltija għat-tfal u ż-żgħażagħ. Dawn ix-xows, li ġew adat- tati għall-palk u se jittellgħu minn More or Less eatre taħt id-direzzjoni artistika ta' wieħed mill-produtturi ewlenin tat-teat- ru, Malcolm Galea, kollha huma mmirati għal etajiet differen- ti. Dan jiżgura inklussività u aċċessibbiltà, u jorbot mal-impenn tal-Festival li jippromwovi kultura ta' qari u xiri ta' kotba fost dawk li jżuruh. "L-adattamenti tal-kotba, kemm jekk huma drammi, films, sensiliet televiżivi jew musicals, dejjem iżidu mal-viżibbiltà tat-test oriġinali. Wara li jesperjenzaw ktieb f '45 minuta, hemm ċans akbar li t-tfal jaqraw il-ktieb u jesperjenzaw l-istorja sħiħa," qal Galea, filwaqt li żied jgħid li l-kumpanija hija ħerqana li titlaq minn idea diġà sħiħa u ffurmata, u li tintepretaha bil-mod uniku tagħha. Bħala parti minn din l-inizjat- tiva, se jittellgħu x-xows li ġejjin matul il-Festival: Glenda u l-Magna tal-Granita • Adattat mill-ktieb tal-ista- mpi ta' Claudia Aloisio • Għall-etajiet 5-8 snin • Fl-4, is-7 u t-8 ta' Novemb- ru fl-10:00 • Bis-sehem ta' Naomi Said u Leanne Abela Glenda dejjem lesta taqbeż u tilgħab, imma missierha dejjem imwaħħal mal-mowbajl u ma tantx għandu ħin għaliha. Darba minnhom, in-Nanna tagħtiha rigal speċjali ħafna: magna antika tal-granita li ilha għand familthom għal ħafna u ħafna snin. Miksija bi dwal, ħsejjes u buttuni, il-magna tagħmel l-aqwa granita li qatt daqet Glenda. Imma għandha wkoll ħafna sigrieti … sigrieti li jistgħu jbiddlu ħajjet Glenda, kif ukoll ħajjet il-familja tagħha, mil-lejl għan-nhar. Lesti biex tiskopru l-misteri maġiċi ta' din il-magna tal-granita flimkien ma' Glenda? Irvin Vella – Il-Każ tal-Bottegin tax-Xorti • Adattat mir-rumanz ta' John A. Bonello • Għall-etajiet 8-12-il sena • Fl-4, is-7 u t-8 ta' Novembru fis-14:00 • Bis-sehem ta' James Ryder u Malcolm Galea Xi ħadd daħal fil-Bottegin tax-Xorti u għamel straġi. X'kienu qegħdin ifittxu, u għaliex? Peress li Madame Delphia kapaċi taqra x-xorti, kieku forsi kien jirnexxilha tiskopri min għamel dan. Sfortu- natament, hi spiċċat barra minn sensiha fl-isptar. Galea qal, "Din rajnieha bħala opportunità biex noħolqu logħba teatrali fejn l-udjenza tista' tgħin lil Irvin isolvi l-każ. L-istorja għandha potenzjal immersiv enormi fejn l-udjenza tista' tfittex il-ħjiliet f 'kull xena u tiddiskutihom ma' Irvin qabel ma tiddeċiedi min hu s-sus- pettat ewlieni fi tmiem ix-xow." Ella • Adattat mir-rumanz ta' Rita Grech • Għall-etajiet 12-16-il sena • Fl-4, is-7 u t-8 ta' Novemb- ru fis-18:00 • Bis-sehem ta' Angele Galea, Amelie Calleja Agius u Matteo Camilleri Testa Minn meta mietet omm Ella, missierha kien għaddej minn żmien diffiċli u taha għax-xorb. Meta Ella ħasbet li s-sitwazzjoni ma setgħetx tiggrava aktar minn hekk, missierha beda joħroġ ma' mara ġdida, li marret toqgħod magħhom flimkien ma' binha. F'daqqa waħda, Ella ssib ruħha f 'diżgwid ma' kulħadd, u l-unika persuna li tifhim- ha hi oħt ommha, iz-Zija Jeanella. Galea jiddeskrivi Ella bħala, "l-istorja ta' Ċiklem- fusa mogħtija laqta moderna Maltija" bi storja taż-żgħażagħ li tmiss ma' suġġetti bħal xi jfisser li tkun ġenitur, bħan-niket wara l-mewt, u r-relazzjonijiet taż- żgħażagħ. Id-dħul għax-xows kollha huwa bla ħlas, iżda kull min beħsiebu jatten- di jrid jirreġistra fuq Eventbrite. Ella hija "l-istorja ta' Ċiklemfusa mogħtija laqta moderna Maltija"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026