Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314
15 kotba IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil- ġimgħa, Ħaley Xuereb tħares lejn il-ktieb Katabasis tal-perit Richard England. Meta perit jimmaġina l-infern u jidħol fih Aktarx kull perit, f 'xi punt jew ieħor ta' ħajtu, teċitah il-premessa li jibni belt kollha tiegħu mill-qiegħ: mingħajr ebda indħil skifuż tal-Awtorità tal-Ippjanar, mingħajr permessi, mingħajr it-terribbli Abbozzi 143 u 144… U Richard England donnu rnexxielu jsib l-uniku post fejn ħadd ma jista' jeħodha kontra xi disinn tiegħu. Bena belt fl-infern. Katabasis (ippubblikat minn Kite Group) miktub bl-Ingliż, u huwa trattat, proża u arti. Għażilt li nikteb dwaru purament minħabba l-interess u l-faxxinu li l-mitoloġija Griega ilha tqan- qal fija minn mindu qrajt silta minn Percy Jackson, tradotta għall-Malti fil-Kalejdoskopju tas- Sitt Sena tal-primarja (jidhirli). Bħal Dante qablu, in-narratur jinżel f 'dak li l-awtur isejjaħ- lu l-"Hadean-Hell", taħlita tad-dinja ta' taħt tal-Griegi u l-infern tal-Kristjani. Idawruh u jindukrawh matul il-vjaġġ tnejn mill-iżjed infami tal-Bibb- ja: Kajjin u Ġuda. F'din id-dinja hemm seba' ċittadelli mibnija minn materjal prezzjuż differenti, waħda għal kull wieħed mis-seba' rjus tad-dnubiet il-mejta. Kollha xogħol l-anġlu Mulciber, li tkeċċa mill-ġenna u tar sa Malta minn Paradise Lost ta' Milton. Katabasis, kelma li bejn wieħed u ieħor tfisser "inżul", hija triq imħaffra mill-passi tal-awturi. Bdejna minn Orfew, li fil-ġenn tal-imħabba niżel ifittex lil Ewrid- iċi, għaddejna minn Dante, li niżel ifittex lil ruħu stess, u kom- plejna ma' C.S. Lewis, għaddej fuq tal-linja f 'e Great Divorce. Imma naħseb li, iżjed milli mappa tal-infern, il-ktieb huwa mappa tal-awtur innifsu. Il-para- doss hu li bilkemm insiru nafu lin-narratur. Lejn l-aħħar, kważi en passant, jgħidilna li ltaqa' mad-dellijiet ta' ħbieb li kienu għadhom kemm mietu, u li din kienet l-iżjed parti li weġġgħe- tu. Imma qatt ma naraw wisq minnha. Ma' kull ċittadella, England jorbot ħaġra prezzjuża u silta mużikali: Goldsmith, Wagner, Ligeti, Penderecki. U jiddeskrivi lil kull waħda. Il-Pandaemoni- um hu "a cyclopean otherworld architectural amalgam of various heterogeneous typologies". Naħseb nagħmillu iżjed ġustizzja jekk inħallih bl-Ingliż. Kull ċittadella hi formulajka. Sa ma wasalt fil-ħames dnub mejjet, bdejt nistennieha. Pjaneta. Kulur. L-għassies tal-grada. Ħaġra prezzjuża, u silta mużikali. Għal seba' darbiet. U kollha miżgħu- da b'ismijiet li rajna kemm-il darba fil-mitoloġija. Insibu lil Bellerofonte, Issjone, Agamen- nun, Arakne u Sisifu. Lotterija tal-ismijiet. U bħal kull dilettant tal-mi- toloġija li f 'xi punt jieħu l-mit favorit tiegħu u jimmaġina lilu nnifsu flok l-eroj, England jagħżel lil Mulciber bħala l-eroj tiegħu. Mulciber, jgħidilna, ma waqax minħabba l-kburija. Irħielha lejn l-infern għax xeba' sal-ponta ta' mnieħru bir-regoli tal-awtorita- jiet tal-ippjanar tal-ġenna, u issa jisħet il-burokrazija u l-arkitet- tura "Mammon-worshipping" li tinbena għall-flus. U l-qarrej Malti ma jistax ma jitbissimx! Katabasis ta' England qisu "trip" ġo moħħu. Naraw b'xiex inhu ppreokkupat: bin-nu- meroloġija, bil-golden ratio, bil-mużika, bil-bini. Insiru nafu iżjed dwar il-ħalliem milli dwar il-ħolma tiegħu. England jargu- menta li l-infern ma jistax ikun etern u li l-ħniena t'Alla tegħleb kollox. Il-ktieb ifuħ ukoll b'riħa ta' e Da Vinci Code. U lil hinn mill- kubrit u l-ġojjelli, il-ktieb jippro- va jkun ktieb filosofiku. England jieħu l-apokatastasis ta' Oriġene, it-tama li kulħadd fl-aħħar isalva, u jippreżentaha bħala xi ħaġa 'ovvja'. Iżda qatt ma jiffaċċja l-mistoqsija ta': jekk il-kastig ma għandux tmiem u l-ġustizzja ma għandhiex piż, x'jiġri meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa 'ħażina'? Fuq il-bieb tal-infern ta' Dante hemm miktub li "il-Ġustizzja ċaqilqet lil min għamilni". Eng- land iwarrab dik il-frażi. Imma ma jpoġġi xejn minflokha. U n-narratur donnu joħroġ mill-es- perjenza, minkejja li jgħidilna li ħareġ "enriched and ameliorated", bl-istess vuċi u ħsieb. Hekk kif kont naqra l-ktieb, ix- xewqa li jkolli pinna ħamra biex nikkoreġi it mill-iżbalji l-ħoxnin kibret kemxejn. Per eżempju, l-awtur jgħidilna li Erkole qatel lil Ċerberu, jew li Pilatu kien il-qassis il-kbir, jew li l-Pi hu 3.1459. Ate, minn alla tar-rovina, issir l-alla tar-regħba. Tifone, minn mostru bin Gaia, isir Titan. U l-prożatur qatt ma jistħi juża żewġ kelmiet jew tlieta avolja waħda kienet taqdih. Għandna l-bombastiċità ta' kliem bħal "lapidifying petrifying". Fi ktieb li ċarament sar b'ħafna ħsieb, dawn l-irqaqat iniggżu iżjed milli jeħtieġ. Id-disinn tal-ktieb sabiħ ħafna, tant li xi paġni tkun tixtieq tqegħedhom fi gwarniċ. Għandna poeżiji akrostiċi u kwadru maġi- ku. L-awtur però ma jistaħbiex wara subgħajh: xi tpinġijiet saru bl-għajnuna tal-AI. Hi kemxe- jn ironika meta tqis li fl-aħħar kapitlu, Khronos jagħti l-prietka lin-narratur dwar kif l-AI se toqtol il-kreattività fil-bniedem. Imbagħad, fl-aħħar, l-awtur jinqeda bil-ktieb biex jgħidilna naħlu inqas, nirriċiklaw iżjed u nibżgħu għall-ilma. Imma jekk il-ktieb jgħidilna li kulħadd se jsalva fl-aħħar, għaliex din il-biża' u l-insistenza kollha? Katabasis għandu bosta difetti. Jixxennaq għal editur, u huwa mogħni sa ruħ ommu b'kull isem mitoloġiku popolari. Imma minkejja li jitlob paċenzja kbira mill-qarrej, fl-aħħar mill-aħħar huwa interessantissimu: ħol- ma tbaqbaq u frustranti ta' raġel li qatta' ħajtu jfassal spazji għall-oħrajn, u fl-aħħar bena wieħed għalih.

