MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

M eta nitkellmu dwar l-ekonomija ta' pajjiż, l-ewwel ċifra li ħafna drabi nisimgħu hija r-rata tat-tkabbir. Għal Malta, il-previżjoni tal-Kummissjoni Ew- ropea hija ta' tkabbir reali tal-PDG ta' 3.7% fl-2026 u 3.6% fl-2027. Dawn huma ċifri pożittivi u ma għandniex għalfejn ninjorawhom. Iżda ċifra waħda, waħedha, ma tgħidilniex jekk pajjiż hux qed isir post aħjar fejn tgħix. Għalhekk il-mistoqsija tiegħi mhijiex jekk l-ekonomija Maltija hix tikber. Il-mistoqsija hija: x'qed jikber? Qed tikber il-produttività? Qed jikbru l-pagi reali? Qed titjieb il-kwalità tal-ħajja? Qed insiru aktar effiċjenti? Qed ninvestu f 'in- frastruttura li tiflaħ għall-pajjiż li qed nibnu? Qed insaħħu s-servizzi pubbliċi? U, fuq kollox, dan it-tk- abbir huwa sostenibbli? Dawn huma l-mistoqsijiet li għandu jwieġeb il-Budget 2027. Il-Kummissjoni Ewropea tgħid li t-tkabbir Malti huwa mħaddem minn konsum privat u pub- bliku qawwi, turiżmu u setturi tas-servizzi bħall-IT, is-servizzi finanzjarji u professjonali. Fl-istess waqt, il-Kummissjoni tistenna li t-tkabbir jonqos xi it fl-2027 minħabba nuqqas ta' ħaddiema u domanda esterna aktar dgħajfa. Tgħid ukoll li l-impjiegi kom- plew jikbru, sostnuti fost affarijiet oħra minn influssi ta' ħaddiema barranin. Dan kollu jgħidilna xi ħaġa im- portanti. L-ekonomija qed tikber, iżda rridu nħarsu aktar fil-fond lejn il-magna li qed tmexxi dak it-tkabbir. Jekk it-tkabbir jiddependi dejj- em aktar fuq li jkollna aktar nies jaħdmu, aktar konsum u aktar attività ekonomika, hemm limitu għal dan il-mudell. Malta hija pajjiż żgħir. Għandna art limitata, infrastruttura limitata u riżorsi limitati. Ma nistgħux nibqgħu nkejlu s-suċċess biss billi nżidu l-volum. Irridu nibdew inkejlu kemm qed noħolqu valur. Il-produttività hija waħda mill-aktar kelmiet importanti fid-diskussjoni ekonomika, iżda it nisimgħuha fid-dibattitu politiku. Produttività ogħla tfisser li b'kull siegħa ta' xogħol, b'kull magna, b'kull investiment u b'kull riżorsa, noħolqu aktar valur. Dan huwa t-tkabbir li għandna nsegwu. Għax jekk ekonomija tikber għax għandha aktar nies jaħdmu, dan mhux l-istess bħal ekonomija li tik- ber għax kull ħaddiem qed joħloq aktar valur. L-ewwel mudell jista' jżid id-daqs tal-ekonomija. It-tieni jista' jżid il-ġid u l-kompetittività tal-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea nnifisha tinnota li l-popolazzjoni attiva u l-impjiegi qed jikbru, iżda li n-nuqqas ta' ħaddiema għadu persistenti. Dan għandu jkun sinjal li rridu niffukaw aktar fuq il-ħiliet, it-taħriġ, it-teknoloġija u l-inno- vazzjoni. Imbagħad hemm il-pagi. Jekk ngħidu li l-ekonomija qed tikber bi 3.7%, familja ma tħossx dik il-fig- ura direttament. Tħossha fil-paga tagħha, fil-prezzijiet li tħallas, fil-kera jew fil-pagament tad-dar, fil-kontijiet u fil-kwalità tas-servizzi li tirċievi. Il-Kummissjoni Ewropea tistenna li l-pagi nominali jibqgħu jikbru, iżda fl-istess ħin tistenna inflazzjoni ta' 2.7% fl-2026. Għal- hekk, id-diskussjoni dwar il-pagi trid tkun ukoll diskussjoni dwar il-poter tal-akkwist. Ma jagħmilx sens li nirrakkon- taw storja ta' tkabbir ekonomiku lil familja li, minkejja li d-dħul tagħha żdied, tħoss li l-ħajja saret aktar diffiċli. Bl-istess mod, ma nistgħux nit- kellmu dwar tkabbir mingħajr ma nitkellmu dwar l-infrastruttura. Jekk għandna aktar nies, aktar karozzi, aktar negozji u aktar attività, iżda t-toroq, it-trasport, l-enerġija, l-ilma, is-servizzi tas-saħħa u spazji pubbliċi ma jlaħħqux, allura rridu nistaqsu jekk dak it-tkabbir hux qed jinbidel fi kwalità ta' ħajja aħjar. L-ekonomija mhijiex xi ħaġa separata mill-ħajja tan-nies. Hija l-ħajja tan-nies. Għalhekk il-Budget 2027 għandu jagħmel bidla fil-mod kif nitkellmu dwar is-suċċess. Ma rridux biss inkunu nafu kemm kiber il-PDG. Irridu nkunu nafu kemm żdiedet il-produttività, kif inbidlet il-paga reali, kemm qed ninvestu f 'in- frastruttura, kemm qed intejbu s-servizzi pubbliċi u x'qed nagħmlu biex it-tkabbir ikun sostenibbli. Dan huwa importanti wkoll għall-finanzi pubbliċi. Il-Kummissjoni Ewropea qed tipproġetta li d-defiċit tal-Gvern jibqa' taħt it-3% tal-PDG, bi 2.2% fl-2026 u 2.1% fl-2027, filwaqt li d-dejn pubbliku mistenni jistabbi- lizza madwar 46% tal-PDG. Iżda l-istess previżjoni tgħid li n-nefqa tal-Gvern se tkompli tiżdied b'mod sinifikanti fl-2026, inkluż minħab- ba l-ispiża ogħla tas-sussidji fuq l-enerġija. Dan jurina għaliex it-tkabbir ekonomiku ma jistax ikun skuża biex ma nitkellmux dwar l-għażliet. Jekk il-PDG qed jikber, dan ma jfissirx li għandna spazju bla limitu biex nonfqu. Lanqas ma jfisser li kull nefqa pubblika hija investi- ment. Irridu niddistingwu bejn nefqa li toħloq valur fit-tul u nefqa li sempliċement tkabbar il-kontiji- et tal-Gvern. L-istess jgħodd għall-inves- timent privat. Malta għandha bżonn kapital li jżid il-produt- tività, joħloq impjiegi ta' kwalità u jgħin biex l-ekonomija tagħna ssir aktar reżiljenti. Ma nistgħux nibqgħu nistrieħu fuq mudell fejn aktar bini, aktar konsum u aktar popolazzjoni jitqiesu awtomatika- ment bħala sinjal ta' suċċess. Il-veru suċċess huwa meta l-pajjiż ikun kapaċi jagħmel aktar b'inqas pressjoni fuq ir-riżorsi tiegħu. Huwa għalhekk li l-Budget għandu jkun Budget ta' kwalità, mhux sempliċement Budget ta' kwantità. Irridu nistaqsu fejn qed in- poġġu l-flus pubbliċi u x'ritorn qed niksbu. Irridu nistaqsu jekk il-prijoritajiet tagħna humiex qed isaħħu l-ekonomija ta' għaxar snin oħra, mhux biss isolvu problema ta' sena. U dan jitlob ukoll li nieqfu nużaw it-tkabbir bħala tweġiba għal kull mistoqsija. Tkabbir ekonomiku għandu jkun mezz biex nilħqu soċjetà aktar b'saħħi- tha, mhux għan fih innifsu. Jekk wara snin ta' tkabbir għadna naffaċċjaw pressjoni fuq id- djar, it-traffiku, l-infrastruttura, il-produttività u l-finanzi pubbliċi, allura għandna nagħmlu l-mis- toqsijiet it-tajba u nibdlu l-pri- joritajiet fejn hemm bżonn. Dan huwa l-impenn li għandu jiggwida kull deċiżjoni ekonomika. Għax it-tkabbir ta' 3.7% huwa numru. Il-futur ta' Malta mhuwiex numru. Il-futur huwa familja li tista' tixtri jew tikri dar b'mod diċenti. Huwa żagħżugħ li jista' jibqa' jgħix u jaħdem f 'pajjiżu. Huwa negozju li jista' jinvesti u jikkompeti. Huwa ħaddiem li jara l-paga tiegħu tiżdied f 'termini reali. Huwa in- frastruttura li ma tfallix taħt il-piż tat-tkabbir. Huwa servizz pubbli- ku li jagħti riżultat. U huwa pajjiż li ma jgħixx illum billi jissellef il-futur ta' għada. Għalhekk, meta l-Gvern jgħid li Malta se tikber bi 3.7% din is-sena u bi 3.6% is-sena d-dieħ- la, it-tweġiba tiegħi mhijiex li dan it-tkabbir m'għandux valur. It-tweġiba hija li rridu nkunu aktar ambizzjużi. Irridu nistaqsu x'qed jikber, għal min qed jikber u x'qed inħallu warajna. Għax Malta m'għandhiex bżonn sempliċement ekonomija akbar. Għandha bżonn ekonomija aħjar, aktar produttiva, aktar kompetitti- va u aktar sostenibbli. Dan għan- du jkun il-kejl veru tal-Budget 2027. opinjoni illum • IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 09 "Tkabbir ekonomiku għandu jkun mezz biex nilħqu soċjetà aktar b'saħħitha, mhux għan fih innifsu" Shadow Minister għall-Finanzi ADRIAN DELIA Tkabbir ta' 3.7%... imma x'qed jikber? Jekk ngħidu li l-ekonomija qed tikber bi 3.7%, familja ma tħossx dik il-figura direttament

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026