MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

analiżi IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum 04 Tista' tkun kontra r-razziżmu u xorta JAELLE BORG Qatt ktibt kumment dwar ir- razziżmu fuq Facebook? Qatt ħadt sehem f 'diskussjoni dwar il-moħqrija tal-annimali? Għal ħafna nies, dawn jistgħu jidhru mistoqsijiet ordinarji, dwar opinjonijiet li jesprimu fil-ħajja ta' kuljum mingħajr ma jagħtuhom wisq importanza. Iżda x'jiġri meta dawn l-istess opinjonijiet jistgħu jinfluwenzaw id-deċiżjoni ta' persuna dwar jekk akkużat huwiex ħati jew innoċenti? Jista' kumment fuq il-midja soċjali, diskussjoni bejn il-ħbieb jew twemmin per- sonali jwassal biex persuna titqies bħala mhux adattata biex isservi ta' ġurat? Dawn il-mistoqsijiet ħadu di- mensjoni legali fil-bidu tal-ġuri ta' Lorin Scicluna, eks suldat tal-Forzi Armati ta' Malta akkużat bil-qtil ta' Lassane Cisse, meta d-difiża talbet li l-ġurati prospettivi jiġu mistoqsi- ja dwar il-fehmiet tagħhom fuq ir-razziżmu u l-moħqrija tal-ann- imali. Skont rapporti tad-19 ta' Ottub- ru, il-mistoqsijiet kienu jinkludu jekk il-ġurati prospettivi kinux ħadu sehem f 'dibattiti dwar dawn is-suġġetti jew esprimew ruħhom dwarhom fuq il-midja soċjali. Il-kwistjoni tqajjem mistoqsija aktar fundamentali dwar is-sistema tal-ġurija: kemm jista' jkun im- parzjali ġurat li, bħal kull persuna oħra, jidħol fl-awla tal-qorti bl-es- perjenzi, il-fehmiet u l-konvinz- jonijiet li żviluppa matul ħajtu? U fuq kollox, fejn għandha tinġibed il-linja bejn opinjoni personali u preġudizzju li jista' jċaħħad lil akkużat mid-dritt għal smigħ ġust? Għaliex ir-razziżmu sar kwistjoni fl-għażla tal-ġurati? Il-mistoqsijiet li tqajmu qabel l-għażla tal-ġurati jridu jiniehmu fil-kuntest tal-każ li jinsab quddiem il-Qorti. Scicluna qed jaffaċċja disa' kapi ta' akkuża, fosthom il-qtil volontar- ju ta' Lassane Cisse, li nqatel fis-6 ta' April 2019, u l-attentat ta' qtil ta' Mohammed Jallow, Ibrahim Bah u May Malimi f 'inċidenti li seħħew fl-istess żona. Fil-uħ tal-ġuri, l-avukata tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali Abigail Caruana Vella ppreżentat il-pożizzjoni tal-Prosekuzzjoni li l-qtil kien motivat minn mibegħda razzjali. Madankollu, hawnhekk hemm distinzjoni legali importanti. Scicluna mhuwiex mixli b'reat separat imsejjaħ "qtil b'motivazz- joni razzista". Fost l-akkużi tiegħu hemm l-omiċidju volontarju u l-attentati ta' omiċidju volontar- ju. Hija l-Prosekuzzjoni li qed issostni li l-allegati attakki kienu motivati minn mibegħda lejn persuni minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom. Il-fatt li l-Prosekuzzjoni qed tallega motivazzjoni razzista ma jfissirx li din diġà ġiet ippruvata. Lanqas ma jfisser li l-ġurati jistgħu jibdew il-proċess bil-konklużjoni li l-akkużat huwa ħati. Scicluna qed iwieġeb mhux ħati u jibqa' preżunt innoċenti sakemm il-ħtija tiegħu ma tiġix stabbilita skont il-liġi. Iżda meta wieħed mill-elementi li l-Prosekuzzjoni qed tenfasizza huwa l-mibegħda razzjali, il-fehmi- et personali tal-ġurati dwar dan is- suġġett jistgħu jqajmu mistoqsijiet dwar l-imparzjalità tagħhom. Li tkun kontra r-razziżmu jfisser li int preġudikat? Hawnhekk tqum waħda mill-ak- tar mistoqsijiet interessanti. Jekk persuna tgħid li topponi r-razziżmu, dan għandu jpoġġi f 'dubju l-kapaċità tagħha li tid- deċiedi każ fejn l-akkuża ta' qtil hija akkumpanjata minn allegazzjoni ta' motivazzjoni razzista? Il-fatt li persuna għandha konvinzjonijiet morali ma jfissirx awtomatikament li mhijiex kapaċi tiddeċiedi każ kriminali b'mod imparzjali. Hemm differenza bejn li persuna tikkundanna r-razziżmu bħala prinċipju u li tkun diġà ffurmat opinjoni dwar il-ħtija ta' akkużat partikolari. Ġurat jista' jkun kontra r-razziżmu u xorta jkun kapaċi jisma' l-provi, jevalwa x-xhieda u jikkonkludi li l-Prosekuzzjoni ma rnexxilhiex tipprova l-akkużi lil hinn minn kull dubju raġonevoli. Bl-istess mod, ġurat li ma jkunx esprima fehmiet pubbliċi dwar ir-razziżmu mhux neċessarjament ikun ħieles minn kull preġudizzju. L-imparzjalità ma titkejjilx sempliċement minn dak li persuna tkun qalet pubblikament, iżda mill-kapaċità tagħha li tiddeċiedi mingħajr ma tħalli fehmiet jew interessi personali jiddeterminaw il-verdett. Il-kwistjoni għalhekk mhijiex jekk ġurat jistax ikollu opinjoni, iżda jekk dik l-opinjoni tistax tfixkel id-dmir tiegħu li jiġġudika skont il-provi. Il-liġi tippermetti li ġurat jiġi mistoqsi taħt ġurament L-għażla tal-ġurati mhijiex formalità amministrattiva. Hija parti mill-garanziji li għandhom jiżguraw proċess kriminali ġust. L-Artikolu 611 tal-Kodiċi Krim- inali Malti jistabbilixxi l-proċedu- ra li permezz tagħha jintgħażlu l-ġurati u kif il-Prosekuzzjoni jew id-difiża jistgħu joġġezzjonaw għall-għażla ta' persuna partikolari. Il-liġi tagħmel distinzjoni bejn żewġ tipi ta' oġġezzjoni. L-ewwel waħda hija magħrufa bħala peremptory challenge, fejn parti tista' toġġezzjona għall-għażla ta' ġurat mingħajr ma jkollha tagħti raġuni. F'ġuri b'akkużat wieħed, kemm il-Prosekuzzjoni kif ukoll l-akkużat għandhom dritt għal tliet oġġezzjonijiet ta' dan it-tip. It-tieni waħda hija challenge for cause, jiġifieri oġġezzjoni bbażata fuq raġuni speċifika. F'dan il-każ, tkun il-Qorti li tiddeċiedi jekk ir-raġuni mogħtija tiġġustifikax li l-ġurat jitwarrab. Il-liġi tippermetti wkoll li l-ġurat prospettiv jintalab iwieġeb mis- toqsijiet taħt ġurament sabiex tiġi stabbilita r-raġuni għal oġġezzjoni bħal din. Dan ifisser li l-mistoqsijiet dwar il-fehmiet tal-ġurati jistgħu jiffur- maw parti minn proċess legali biex jiġi stabbilit jekk hemmx raġuni li tista' taffettwa l-imparzjalità tagħhom. Madankollu, li ssir mistoqsija ma jfissirx awtomatikament li t-tweġiba twassal għall-esklużjoni ta' persuna mill-ġurija. Il-Qorti trid tevalwa ċ-ċirkostan- zi skont il-liġi. X'jiġri jekk ġurat ikun diġà esprima opinjoni fuq Facebook? Il-midja soċjali żżid dimensjoni oħra ma' din il-kwistjoni. Illum, opinjoni li persuna tespri- mi f 'kumment jew f 'diskussjoni online tista' tibqa' aċċessibbli għal snin twal. Persuna li tkun ikkummentat dwar ir-razziżmu, l-immigrazzjoni jew każ kriminali partikolari tista' aktar tard tissejjaħ biex isservi ta' ġurat f 'każ li jolqot l-istess suġġetti. Iżda wieħed irid jagħmel distinzjoni bejn tipi differenti ta' kummenti. Qabel ma bdiet tinstema' l-prova fil-ġuri dwar il-qtil ta' Lassane Cisse, il-proċess tal-għażla tal-ġurati qajjem mistoqsija legali interessanti: sa fejn tista' tasal l-opinjoni personali ta' persuna qabel ma titqies bħala preġudizzju? Lorin Scicluna (xellug) jinsab akkużat bil-qtil ta' Lassane Cisse Souleymane (lemin) fl-2019

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026