Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA SPIKKA IL-GVERN TA' MALTA MINISTRU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI T-TRADEMARK IRREĠISTRA U D-DISINN QABEL TAGĦMLU PUBBLIKU TIEGĦEK 'Il-Kunsilli Lokali jeħtieġu aktar għodod u setgħat' IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Ir-Reġjun qal li s-sitwazzjoni f 'ħafna mid-disa' lokalitajiet li jaqgħu taħtu saret insostenibbli, filwaqt li sostna li l-problema mhi- jiex sempliċement każijiet iżolati ta' skart li ma jinġabarx, iżda nuqqas ripetut ta' osservanza tal-obbligi stabbiliti fil-kuntratt. Fost in-nuqqasijiet iddokumen- tati, ir-Reġjun semma problemi marbuta mal-għadd ta' vetturi li suppost ikunu qed joperaw f 'kull lokalità, ġbir tal-iskart barra mill-ħinijiet stabbiliti, u nuqqasijiet fis-sistema tal-GPS li għandha tip- permetti l-monitoraġġ tal-vetturi. Skont il-kundizzjonijiet kun- trattwali, il-vetturi għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' GPS, filwaqt li r-Reġjun għandu jkollu aċċess għall-informazzjoni meħtieġa biex ikun jista' jissorvelja s-servizz b'mod effettiv. Il-kuntratt jipprevedi wkoll servizz ta' customer care biex jilqa' l-ilmenti u jindirizza l-problemi fi żmien sagħtejn. Madankollu, in-nuqqasijiet fis-servizz qed ikomplu joħolqu frustrazzjoni fost ir-residenti, li ħafna drabi jduru fuq il-Kunsilli Lokali għall-għajnuna. Ir-Reġjun sostna li minkejja li l-Kunsilli Lokali huma l-ewwel li jirċievu l-ilmenti u l-kritika tar-residenti, is-setgħat tagħhom biex jintervjenu direttament huma limitati. Din is-sitwazzjoni qed ikollha wkoll impatt fuq il-mod kif ir-res- identi jisseparaw l-iskart. Meta l-ġbir ma jsirx kif suppost, ir-resi- denti jistgħu jaqtgħu qalbhom milli jsegwu s-sistema tas-separazzjoni, bil-konsegwenza li jiżdied ir-riskju li skart riċiklabbli jispiċċa fil-boroż suwed. Fost il-proposti li qed jitressqu hemm aktar kontroll diġitali fuq il-ħidma tal-kuntrattur, kif ukoll il-possibbiltà li tiżdied ġurnata oħra għall-ġbir tal-borża tar- riċiklaġġ, bil-għan li jitnaqqas l-iskart li jispiċċa fil-boroż suwed. Madankollu, il-prijorità ewlenija tar-Reġjun tibqa' li l-Kunsilli Lokali jingħataw aktar għodod u setgħat biex ikunu jistgħu jissorveljaw u jinfurzaw l-obbligi tal-kuntrattur. Ir-Reġjun irrikonoxxa wkoll li mhux il-lokalitajiet kollha qed jaffaċċjaw l-istess livell ta' problemi, b'żoni li fihom konċentrazzjoni ak- bar ta' ħwienet u attività kummerċ- jali jkollhom sfidi differenti minn dawk ta' lokalitajiet oħra. Barra minn hekk, il-problema mhijiex attribwita kollha kemm hi lill-kuntrattur, hekk kif in-nuqqas ta' kooperazzjoni minn ċerti res- identi u persuni li ma josservawx ir-regoli tas-separazzjoni tal-iskart qed ikompli jikkomplika s-sitwa- zzjoni. Penali proposti li jammontaw għal mijiet ta' eluf ta' ewro Skont ir-Reġjun, mill-ewwel xhur tal-2023 saru diversi laqgħat u diskussjonijiet mal-kuntrattur, iżda minkejja l-wegħdiet u l-opportuni- tajiet mogħtija biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, ma seħħ l-ebda titjib sostanzjali. Ir-Reġjun qal li diġà ressaq proposti għal penali kuntrattwali li akkumulaw għal mijiet ta' eluf ta' ewro, u issa qed jitlob lill-awtorita- jiet kompetenti jieħdu deċiżjonijiet dwarhom. Ir-Reġjun appella lill-Ministeru responsabbli mill-Gvern Lokali, lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw infurzar strett tal-kun- tratt, flimkien ma' pjan ta' azzjoni li jistabbilixxi responsabbiltajiet u skadenzi ċari. Sostna li fejn il-kuntrattur jibqa' ma jwettaqx l-obbligi tiegħu, għandhom jiġu attivati l-miżuri kuntrattwali u legali applikabbli. Reviżjoni tas-sistema nazzjonali tal-ġbir tal-iskart Lil hinn mill-problemi immed- jati, Reġjun Tramuntana qed jitlob ukoll diskussjoni fuq livell nazz- jonali dwar jekk is-sistema attwali tal-ġbir tal-iskart hijiex adattata għall-ħtiġijiet differenti tal-lokali- tajiet. Ir-Reġjun qed jikkontesta l-ap- proċċ uniformi li bih jitħaddem is-servizz, filwaqt li qed jipproponi li l-Kunsilli Lokali jingħataw aktar flessibbiltà biex jadattaw is-servizz skont ir-realtajiet tal-komunitajiet tagħhom. Saħaq li dan huwa essenzjali mhux biss biex jitjieb is-servizz mogħti lir-residenti, iżda wkoll biex jintlaħqu l-miri ambjentali marbu- ta mas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart. Ir-Reġjun wissa li s-sitwazzjoni ma tistax tibqa' għaddejja sas-sajf li ġej, wisq inqas sa tmiem il-kun- tratt attwali, mingħajr ma tittieħed azzjoni konkreta. "X'inhu l-valur tal-kundizzjoni- jiet kuntrattwali jekk dawn ma jiġux rispettati?" staqsa r-Reġjun, filwaqt li insista li wasal iż-żmien għall-azzjoni u mhux għal aktar wegħdiet. Ir-Reġjun qed jipproponi li tiżdied ġurnata oħra għall-ġbir tal-borża tar-riċiklaġġ

