MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

aħbarijiet IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 • illum 06 Paceville bla filtri: Xorb, ħmieġ Spanjulett bit-tag tirritorna Malta wara li għamlet iċ-ċiklu tal-passa tagħha, iżda nqatlet u ntremiet il- baħar erbat ijiem wara JAELE BORG Ix-xemx għadha kemm bdiet tielgħa fuq il-Bajja ta' San Ġorġ. Fuq ir-ramel u mal-bankini hemm fliexken vojta, laned tal-birra u fdalijiet ta' ikel. Xi żgħażagħ għadhom iduru fit-toroq, oħrajn bilkemm jif- ilħu jimxu, u hemm min spiċċa rieqed barra wara lejl twil ta' xorb. Fi it sigħat, Paceville terġa' tidher bħal kull żona oħra mimlija lukandi, ristoranti u ħaddiema sejrin għax-xogħol. Iżda għalissa għadha tidher il-ħerba li tħalliet mil-lejl ta' qabel. Din il-gazzetta qattgħet ħames sigħat f 'Paceville biex tara x'jiġri tassew f 'wieħed mill-aktar postijiet ta' divertiment f 'Malta matul il-lejl, iżda wkoll biex tiem l-isfidi li jaffaċċjaw il-Pulizija biex iżommu l-ordni. Għax Paceville mhuwiex biss post fejn eluf ta' nies imorru jix- orbu u jiżfnu. Huwa wkoll ċentru kummerċjali li jiġbed investiment qawwi, lokalità fejn l-iżvilupp qed ibiddel il-karattru tat-toroq, u post fejn il-konsegwenzi tad-diverti- ment ma jispiċċawx meta jagħlqu l-klabbs. Nightclubs li bil-liċenzja mhumiex nightclubs Fost l-akbar problemi li sem- mew il-Pulizija hemm waħda li it nies jaħsbu dwarha meta joħorġu għal-lejl: il-liċenzji tal-istabbili- menti. Skont is-Supretendent Melvin Camilleri, għadd ta' postijiet li jilqgħu folol ta' nies jiżfnu u jixorbu sas-sigħat bikrin ta' filgħodu ma għandhomx liċenzja ta' nightclub, iżda joperaw bħala bars b'mużika amplifikata. Il-Pulizija spjegaw li l-istabbil- imenti liċenzjati bħala nightclubs għandhom obbligi partikolari mar- buta mas-sigurtà. Meta post ikun liċenzjat bħala bar, iżda jiffunzjona bħala nightclub, mhux l-istess rekwiżiti kollha jkunu jistgħu jiġu infurzati. Dan joħloq sitwazzjoni fejn l-uffiċjali jistgħu jinnutaw nuqqa- sijiet, iżda ma jkollhomx dejjem il-bażi legali biex jaġixxu. Skont il-Pulizija, hemm night- club wieħed biss f 'Paceville li jopera bil-liċenzja speċifika għal dan it-tip ta' stabbiliment. Hemm ukoll il-kwistjoni tal-multi. L-uffiċjali sostnew li l-penali għal ċerti ksur tal-liġi huma tant baxxi li ma jservux ta' deterrent effettiv. Għal xi negozji, jidher li jkun aktar konvenjenti li jħallsu multa milli jagħmlu l-bidliet meħtieġa. Matul ir-ronda ltqajna wkoll ma' uffiċjal tal-Pulizija li kien għadu kif ta multa fuq il-post. Skont dak li spjegawlna l-uffiċjali, l-għoti ta' dawn il-multi jista' jkollu effett immedjat, tant li xi persuni jagħżlu li jitilqu mill-istabbilimenti meta jaraw li l-Pulizija qed jieħdu passi. Intqal ukoll li hemm nuqqasijiet fil-proċess tal-ħruġ tal-liċenzji u fl-ispezzjonijiet, filwaqt li l-Pulizija qed jitolbu aktar kontrolli u koordinazzjoni bejn l-awtorita- jiet, fosthom l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Xorb, mużika għolja u ftit li xejn kontroll mal-bibien Iżda biex tiem tassew Paceville, trid tidħol fil-klabbs. F'xi postijiet, il-gwardjani tas-sig- urtà jitolbu l-karta tal-identità. F'oħrajn, jidher li biżżejjed tgħaddi minn quddiem il-bieb biex tidħol. Ġewwa, il-mużika tant tkun għolja li diffiċli tisma' lil xi ħadd jitkellem miegħek. It-taħlita ta' rwejjaħ ta' xorb, sigaretti elettroniċi u għaraq timla l-arja, filwaqt li l-art ta' xi stabbilimenti tkun twaħħal mix-xorb li jkun waqa' mal-art. It-toilets lanqas ma joffru wisq serħan. F'wieħed mill-klabbs, l-art kienet imxarrba u mimlija toilet paper, b'għadd ta' tfajliet jistennew wara xulxin biex jużaw waħda miż-żewġ kabini. Mara mixħuta mal-art, bi flixkun vodka maġenbha It-toroq ta' Paceville huma storja oħra. It-taraġ prinċipali jkun mimli nies għaddejjin minn klabb għall- ieħor. Il-mużika minn diversi stabbilimenti titħallat, waqt li pro- moturi jippruvaw jiġbdu l-klijenti b'offerti ta' xorb irħis u dħul b'xejn. Iżda fost il-folol ta' żgħażagħ jieħdu gost, hemm ukoll dawk li jkunu xorbu aktar milli jifilħu. Barra wieħed mill-klabbs sibna mara bla żarbun mixħuta mal-art, bi flixkun vojt tal-vodka Absolut maġenb rasha. Sħabha kienu qed jippruvaw iqajmuha, iżda hi baqgħet mal-art u għamlitilhom sinjal biex iħalluha. Meta għaddejna mill-istess post it tal-ħin wara, il-mara kienet għadha mixħuta mal-art, iżda din id-darba kienet imdawra minn uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Community Policing Team (CoMIT), li kienu qed jassistuha u jagħmlu ċert li ma kien ġralha xejn. F'postijiet oħra, kien hemm nies bilqiegħda jew mixħutin fuq il-bankini, uħud f 'kundizzjoni li tqajjem tħassib. Xi każijiet ta' per- suni taħt l-effett tax-xorb jispiċċaw jeħtieġu l-intervent ta' ambulanza. F'każ ieħor, il-Pulizija sabu mara u s-sieħeb tagħha mixħutin mal-art f 'parkeġġ. L-uffiċjali vverifikaw l-identità tagħhom u kkonfermaw li s-sitwazzjoni kienet marbuta ma' intossikazzjoni, u mhux ma' reat kriminali. Għalhekk issejħet am- bulanza biex tingħata l-assistenza medika meħtieġa. "Is-saħħa qabel kollox," qal wieħed mill-uffiċjali. F'nofs dan kollu, jgħaddu wkoll Qattajna ħames sigħat fit-toroq ta' Paceville flimkien mal-Pulizija. Bejn stabbilimenti li joperaw b'liċenzji differenti minn dak li wieħed jistenna, nies fis-sakra, ġlied, skart u negozji li jagħmlu l-flus mid-divertiment, toħroġ stampa ta' lokalità li billejl tinbidel f 'dinja għaliha. Spanjulett mara, li kienet salvata wara li ntlaqtet minn tir, ingħatat il-kura meħtieġa u ġet segwita permezz ta' apparat tal- GPS tul il-Mediterran, inqatlet erbat ijiem biss wara li rritornat Malta. L-apparat tal-GPS irreġis- tra l-aħħar movimenti tagħha fiż-żona tal-Fiddien, qabel ma' d-data mill-GPS uriet li l-fdal- ijiet tagħha spiċċaw fil-wiċċ tal-baħar 'il barra minn Miġra l-Ferħa. Imsemmija Għasri wara l-lokalità f 'Għawdex fejn ġiet salvata fil-31 ta' Ottubru 2025, din l-ispanjulett kienet waħda minn erba' għasafar tal-priża li BirdLife Malta irrijabilitat u li għamlitil- hom apparat tal-GPS bħala parti mill-proġett Wings of Hope, iffi- nanzjat mill-Malta Environment Foundation. Wara li rċeviet il-kura veterinarja u għaddiet minn proċess ta' rijabilitazzjoni, ġiet ri- laxxata f 'Foresta 2000, il-Mellieħa, fl-10 ta' Frar 2026. Wara li qattgħet xahrejn fiż-żo- na tal-Fiddien, Għasri passiet lejn Sqallija fil-bidu ta' April, qabel kompliet lejn in-Nofsinhar tal-Italja, fejn stabbiliet ruħha qrib Corato, f 'Puglia. Id-data li nġabret mill-apparat tal-GPS issuġġeriet li setgħet bejtet f 'binja rurali f 'żona mħawla bis-siġar taż-żebbuġ. Wara li qattgħet is-sajf fl-Italja, fil-ħarifa bdiet tpassi lejn in-Nofsinhar, u l-GPS ikkonfer- ma li rritornat Malta l-Ġimgħa li għadda filgħodu. "L-ispanjulett ingħatat it-tieni ċans wara li ntlaqtet minn tir. Irkuprat, qasmet il-Mediter- ran, qattgħet is-sajf fl-Italja u sabet it-triq lura lejn Malta. Din hija xhieda mill-isbaħ ta' dak li jista' jinkiseb permezz tal-ħidma tagħna ta' salvataġġ u rijabilitazz- joni," qal Nicholas Barbara, Kap tal-Konservazzjoni ta' BirdLife Malta. Skont id-data tal-GPS, l-aħħar movimenti tal-ispanjulett nhar it-Tlieta 20 ta' Ottubru, kienu qrib mansab u dura fiż-żona tal-Fid- dien. Fis-7pm, id-data rreġistrat il-pożizzjoni tagħha fil-mansab u temperatura tal-ġisem li kienet tindika li l-għasfur kien mejjet. Minn mindu rritornat Malta ġimgħa ilu, id-data kienet turi li kienet qed tistrieħ fl-istess siġra fiż-żona tal-Fiddien. Sussegwentement, l-apparat tal-GPS indika li l-fdalijiet tagħha intremew il-baħar 'il barra minn Miġra l-Ferħa dik il-lejla. Fid-9pm tal-ġurnata tat-Tlieta, l-GPS ir- reġistra data mill-baħar taħt Miġra l-Ferħa, b'temperatura tal-baħar ta' 26°C u altitudni ta' żero metri, li tindika li kien fil-livell tal-baħar. Il-Pulizija mill-Environment Pro- tection Unit (EPU) ġew infurmati u wettqu investigazzjonijiet fuq il-post. L-apparat baqa' jżomm f 'wiċċ l-ilma u jittrasmetti data għas-sigħat ta' wara, u dan kien jindika li kien għadu mwaħħal mal-għasfur. It-tentattivi biex l-għasfur jinġabar mill-baħar ġew imxekkla mill-kundizzjoni- jiet ħżiena tal-baħar. Il-Ġimgħa, l-GPS waqaf jittrasmetti d-data. "Li nitilfuha erbat ijiem biss wara li rritornat Malta, wara li segwejna l-vjaġġ tagħha lejn l-Italja u lura minn Frar 'l hawn, hija xi ħaġa ta' dispjaċir kbir. Dan juri biċ-ċar kemm il-problema persistenti tal-qtil illegali tal-għas- afar f 'Malta hija serja, tant li lanqas għasfur li ntlaqat minn tir, rrijabilitajnih u tajnih it-tieni ċans ma rnexxielu jeħlisha minn dawk li, għal xi raġuni jew oħra, huma determinati li joqtlu dawn l-għasa- far. L-għasfur jew intlaqat minn tir u waqa' fil-mansab, jew inqatel fil-mansab. Meta l-persuna li sabet l-għasfur lemħitu, ippanikjat malli rat li dan l-għasfur protett kellu l-apparat tal-GPS imwaħħal miegħu, u marret lejn Miġra l-Ferħa biex tarmih il-baħar," qal Nicholas Barbara. BirdLife Malta qed tappella lil kull min għandu informazzjoni li tista' tgħin biex tiġi identifikata l-persuna responsabbli għall- qtil tal-ispanjulett nhar it-Tli- eta filgħaxija biex jgħaddi din l-informazzjoni b'mod anonimu fuq 79255697 jew jikkuntattja direttament lill-EPU. L-ispanjulett huwa fost l-għasafar tal-priża li jiġu ippersegwitati l-aktar f 'Malta, partikolarment matul il-passa tal-ħarifa L-għan tal-Pulizija huwa li jkun hemm preżenza li tiskoraġġixxi inċidenti qabel ma jseħħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026