MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 25 October 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547314

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 25 T'OTTUBRU 2026 ħmieġ u liġijiet li ma jlaħħqux mar-realtà it-tfal. Il-Pulizija rrakkontaw kif darba turist Ġermaniż staqsiehom jekk kienx normali li jkun hemm tfal iduru f 'Paceville billejl. Mistoqsija li ġġiegħlek taħseb dwar kemm drajna naraw affarijiet li, għal min iżur iż-żona għall-ew- wel darba, jistgħu jidhru diffiċli biex jiimhom. Anke t-takeaway jista' ssir problema għall-Pulizija Waħda mill-isfidi li semma s-Supretendent Camilleri kienet iż-żieda fil-ħwienet tat-takeaway fit-taraġ ta' Paceville. Wara lejl ta' xorb, ħafna jieq- fu jixtru xi ħaġa tal-ikel qabel imorru d-dar. Iżda din id-drawwa qed toħloq konġestjoni f 'waħda mill-aktar żoni mħaddma mid-dis- trett. Il-klijenti jinġabru quddiem il- ħwienet biex jistennew l-ikel, jieklu jew jitkellmu, filwaqt li oħrajn jippruvaw jgħaddu mit-taraġ. Skont il-Pulizija, dawn il-gruppi jagħmluha aktar diffiċli biex il-folol jibqgħu mexjin u biex l-uffiċjali jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Għalhekk, anke attività sempliċi bħal li tixtri pizza tista' tkompli żżid il-pressjoni fuq żona li diġà tkun iffullata. Mhux kulħadd imur Paceville biex jonfoq: hemm min jaqla' €200 fil-ġimgħa mill-fliexken Fost il-ħafna stejjer ta' Paceville hemm ukoll dik ta' persuni li sabu mod kif jagħmlu l-flus minn dak li jħallu warajhom il-klijenti tal-bars. Tul il-lejl, persuni b'boroż kbar iduru jiġbru fliexken u laned vojta li jistgħu jiġu mifdija permezz tal-iskema BCRS. Meta jimlew il-boroż, imorru sal-karozzi tagħhom, iħottu l-kon- tenituri u jerġgħu lura biex jiġbru aktar. U f 'Paceville, fejn il-konsum tax- xorb huwa kontinwu, ma jonqosx x'jiġbru. Il-Pulizija qalulna dwar raġel li jiġbor dawn il-kontenituri għall-karità u li fix-xhur tas-sajf jirnexxilu jiġbor biżżejjed biex idaħħal madwar €200 fil-ġimgħa. F'distrett fejn ħafna jonfqu mijiet ta' ewro fuq id-divertiment, oħrajn qed jagħmlu l-flus minn dak li dawn iħallu fl-art. L-iskart u l-ġrieden jieħdu post il-folol Hekk kif jgħaddi l-lejl, isir aktar evidenti kemm l-ammont ta' skart huwa problema. Fliexken, tazzi tal-plastik, fdaliji- et tal-ikel u laned ikunu mxerrdin mat-toroq. F'ħin minnhom, rajna ġurdien ħiereġ minn toqba wara li l-folol bdew jonqsu. Hija realtà ferm differenti mill-immaġni ta' Paceville li tidher fir-reklami tal-klabbs u tal-lukandi. Meta n-nies jitilqu, il-problema tal-ħmieġ tibqa' għal min irid in- addaf iż-żona u għal dawk li jgħixu jew jaħdmu fiha. Żona li qed tinbidel Paceville mhux dejjem kienet id-distrett tad-divertiment li nafu llum. L-isem tagħha ġej minn Gi- useppe Pace, avukat u żviluppatur li fis-snin għoxrin u tletin tas-seklu li għadda bena diversi vilel qrib il-baħar f 'San Ġiljan. Maż-żmien, iż-żona żviluppat f 'wieħed mill-aktar ċentri kum- merċjali u turistiċi importanti fil-pajjiż. Illum, bejn lukandi ġodda, ristoranti u proġetti ta' żvilupp, għadhom jeżistu djar tradizzjonali Maltin, uħud minnhom fi stat li juri ċar kemm għaddew snin minn fuqhom. Iżda minkejja l-faċċati li xi kultant jidhru mitluqa, il-valur tal-proprjetà fiż-żona huwa għoli ħafna. F'San Ġiljan hemm djar tradiz- zjonali reklamati għal aktar minn miljun ewro, filwaqt li l-iżvilupp qed ikompli jagħmel pressjoni fuq il-bini antik. F'Lulju, MaltaToday kienet irrappurtat dwar proposta biex dar protetta fi Triq il-Wilga tinbidel f 'guesthouse ta' ħames sulari. Din tifforma parti minn ringiela ta' disat idjar skedati fi Grad 2, u l-proposta hija eżempju ieħor tal-bidliet li qed iseħħu fiż-żona. Ekonomija ta' miljuni li ġġib magħha sfidi kbar Għalkemm Paceville għadha magħrufa primarjament għall- ħajja ta' billejl, l-attività ekonomika tagħha llum hija ferm aktar varjata. Il-lukandi, ir-ristoranti, il-kump- aniji tal-gaming, l-iskejjel tal-Ingliż, l-uffiċċji u n-negozji oħra kollha jikkontribwixxu għall-attività kummerċjali tad-distrett. Matul iż-żjara tagħna, uffiċjali tal-Pulizija stmaw li l-attività ekonomika marbuta ma' Pace- ville tirrappreżenta madwar 10% tal-PDG ta' Malta. Iżda dan it-tkabbir iġib miegħu wkoll piż fuq l-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi. Aktar negozji u aktar viżitaturi jfissru wkoll aktar nies fit-toroq, aktar skart u ħtieġa għal aktar kontroll. Il-Pulizija, li jridu jżommu l-ordni f 'żona mimlija nies, ikollhom jaffaċċjaw problemi li jvarjaw minn persuni fis-sakra sa ġlied u konġestjoni. Matul ir-ronda stajna naraw ukoll kif il-Pulizija jirrispondu għal rapporti ta' reati. F'ħin minnhom, wieħed mill-uffiċjali rċieva telefonata dwar każ sus- pettat ta' serq minn fuq persuna qrib l-istabbiliment Footloose. L-uffiċjal beda jagħti struzz- jonijiet biex il-persuni involuti jittieħdu fil-vann tal-Pulizija, filwaqt li talab li jiġi vverifikat jekk mobile kienx insteraq jew sempliċement ma setax jinstab fil-basket tas-sid. Fil-qrib ta' Burger King ikun hemm ukoll għassa mobbli tal- Pulizija, li tippermetti lill-uffiċjali jkunu aktar qrib tal-postijiet fejn iseħħu l-inċidenti u jnaqqsu l-ħtieġa li jirritornaw lejn l-għas- sa tad-distrett. Il-Bajja ta' San Ġorġ: anke 'l bogħod mill-klabbs hemm il-perikli Il-problemi ma jispiċċawx meta wieħed jitbiegħed mit-to- roq ewlenin ta' Paceville. Skont il-Pulizija, il-Bajja ta' San Ġorġ u ż-żoni tal-madwar isiru postijiet fejn jinġabru nies matul il-lejl, speċjalment fis-sajf. Xi wħud imorru hemm biex ikomplu jixorbu, oħrajn ifittxu postijiet aktar rivate, filwaqt li l-iżolament jista' jwassal ukoll għal ġlied jew sitwazzjonijiet perikolużi. Għal din ir-raġuni, suldati li qabel kienu jagħmlu rondi fuq il- bajja ewlenija ġew imċaqalqa lejn żona ta' blat fil-qrib li hija aktar mudlama u iżolata. L-għan huwa li jkun hemm preżenza li tiskoraġġixxi inċiden- ti qabel ma jseħħu. Matul iż-żjara tagħna f 'din iż-żona, sibna ambulanza li kienet waslet biex tassisti persuna taħt l-effett tax-xorb fuq il-bajja. Fil-qrib kien hemm ukoll suldati li kienu qed jagħmlu r-ronda. Paceville tibqa' għaddejja, anke meta l-festa tispiċċa Sas-sebħ, l-istorbju jibda jonqos u t-toroq bil-mod il-mod jitbattlu. Il-ħaddiema tal-indafa jkollhom quddiemhom il-kon- segwenzi ta' lejl ieħor, waqt li n-negozji jibdew iħejju għal ġurnata ġdida. Iżda l-isfidi ta' Paceville ma jistgħux jitkejlu biss mill-am- mont ta' skart li jinġabar jew minn kemm persuni jispiċċaw fis-sakra. Dak li rajna matul dawn il- ħames sigħat juri żona li kibret ekonomikament, iżda fejn il-kon- troll u l-infurzar mhux dejjem jidhru li żammew l-istess ritmu. Fuq naħa hemm l-investiment, it-turiżmu u eluf ta' nies li jid- dependu minn din l-ekonomija. Fuq l-oħra hemm il-problemi tas-sigurtà, il-liċenzji, il-konġest- joni u l-impatt fuq l-ambjent tal-madwar. U waqt li l-aħħar nies jitilqu lejn djarhom, tibqa' mistoqsija waħda: Paceville tista' tibqa' tikber bħala ċentru tad-diver- timent u tan-negozju mingħajr ma l-problemi tagħha jkomplu jikbru magħha? Hekk kif jgħaddi l-lejl, isir aktar evidenti kemm l-ammont ta' skart huwa problema

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 25 October 2026