MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1036 €1.50 IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 PAĠNI 6-7 Budget 2027: Nitkellmu ma' Tony Zahra u André Callus IKOMPLI F'PAĠNA 2 IKOMPLI F'PAĠNA 3 'Il-ġonna ma jistgħu qatt jiġġustifikaw il-bini sfrenat' QRENDIN JIPPROTESTAW IL-BINI BLA RAŻAN, WAQT LI L-MINISTRU TINAWGURA ĠNIEN JAELLE BORG Dak li kellu jkun ċelebrazzjoni ta' proġett ambjentali ġdid fil-Qrendi spiċċa fi protesta kontra l-iżvilupp eċċessiv, hekk kif ir-residenti wasslu messaġġ ċar lill-Ministru Miriam Dalli: il-ħolqien ta' ġonna u spazji ħodor ma jistax jiġġustifika l-bini bla rażan li, skonthom, qed jhedded il-karattru tar- raħal. Il-protesta paċifika tal- Ġimgħa waqt l-inawgurazzjoni ta' ġnien ġdid xeħtet dawl fuq il-kuntrast bejn il-proġetti ta' tisbiħ u t-tħassib dejjem jikber dwar l-iżvilupp fil-lokalità. Il-kontroversja ddur mal-ap- plikazzjoni PC/00053/26, li tip- proponi żvilupp residenzjali fuq medda ta' madwar 10,447 metru kwadru ta' art mhux mibnija bejn Triq Dun Nerik Mahoney u Triq San Nikola. Il-proposta tipprevedi bini għoli sa 17.5 metri, qrib it-Torri tal-Kaptan, il-Knisja Parrokkjali u ġnien protett, u tqajjem tħas- sib dwar l-impatt fuq il-karattru storiku u rurali tal-Qrendi. Sadanittant, il-Kunsill Lokali tal-Qrendi, immexxi minn maġġoranza Laburista, qed iħejji rappreżentazzjonijiet formali dwar l-applikazzjoni PC/00053/26. 'Jixirqilna li niġu ttrattati b'ġustizzja u rispett, bħal kulħadd' Wara l-miżuri tal-Budget 2027, ċittadini minn pajjiżi barra l-UE jitkellmu dwar il-piż finanzjarju u l-mod kif iħossuhom trattati f'Malta L-inawgurazzjoni spiċċat b'residenti jitolbu l-għajnuna kontra l-iżvilupp eċċessiv. Is- Sindku jgħid li l-Kunsill għandu jirrappreżenta lir-residenti, mhux lill- iżviluppaturi. JAELLE BORG "Jiena nifhem li r-regoli u r-regolamenti jinbidlu, u m'iniex kontra dan. Madankollu, bħala ċittadina minn pajjiż barra l-Unjoni Ewropea, inħoss li l-mod kif qed niġu ttrattati mhuwiex ġust." Se jiżdiedu l-ispejjeż marbuta mal-permessi tax-xogħol għal ċittadini minn pajjiżi terzi Għalkemm il-Ministru Miriam Dalli iltaqgħet mar-residenti li kienu qed jipprotestaw, dawn qalu li baqgħu mingħajr risposti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 November 2026