Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
Films dwar dan il-katastrofu ta' proporzjon imferrex kienu bosta u l-qofol intlaħaq f 'Birth Of A Nation (1915) u Gone With e Wind (1939). Għal żmien twil dan is-suġġett kien maħsub bħala avveniment mhux ekonomiku u dan jikkonfermawh produzzjonijiet bħal e General (1926), So Red e Rose (1935), e Red Badge Of Courage (1951), fost oħrajn li m'għamlux suċċess. L-għajta li sparaw fuq Fort Sumter saret xi ħaġa tad-daħq għal kull udjenza. Ħafna films Western ikkun- sidraw x'ġara wara l-gwerra, bħall-iffurmar ta' gangijiet fosthom ta' Jesse James li jisirqu l-banek u l-ferroviji, Quantrill's Raiders għaqda li attakkat im- ħażen ta' armi f 'Kansas, imma l-konflitt innifsu deher okkaż- jonalment fuq il-liżar ċine- matografiku, forsi wkoll minħab- ba problemi ta' baġit. Drums In e Deep South (1951), Alvarez Kelly (1956), Prince Of Players (1955). Prison- er Of Shark Island (1936), Escape From Fort Bravo (1953), e Outlaw Josie Wales (1976) u e Good, e Bad And e Ugly (1966) kienu produzzjonijiet li missew dan is-suġġett. Shenan- doah (1965) iffoka sewwa fuq il-problema ta' familja waħda. Fis-snin tmenin kien it-TV li qa- bad dan is-suġġett b'enerġija kbira imma mingħajr stil f 'mini-serje bħal Buelah Land, e Blue And e Grey, il-kuluri li s-suldati ris- pettivi ta' kull naħa kienu jilbsu, u North And South. F'sensiliet oħrajn itwal, din l-istorja ġiet rakkontata f 'e Americans u Centennial. Fl-1989 Glory li kien film dwar l-ewwel riġment ta' suldati suwed li ġġieldu għall-Union, rebaħ Oscar. Gettysburg (1993) ikkonċentra fuq il-battalja deċiżiva, produzzjoni maħduma għat-TV bil-ħin ta' erba' sigħat u nofs. Ride With e Devil (1999) kien jelenka l-effetti ta' din il-gwerra fuq grupp żgħir ta' ħbieb u l-familji tagħhom u dawk newtrali li nqabdu fin-nofs bejn iż-żewġ armati ġellieda. Films oħra interessanti kienu e Horse Soldiers (1959), e Beguiled (1971 u 2017), Cold Mountain (2003), Gods And Generals (2003), Lincoln (2012), 12 Years A Slave (2012) u Free State Of Jones (2016). Iż-żewġ naħat kellhom il-kan- zunetti rispettivi tagħhom. Ftit informazzjoni qasira fuq xi whud mill-aqwa films dwar din it-taqtigħa krudila fejn membri tal-istess familja anki ġġieldu fuq naħat opposti, huma: Birth Of A Nation (1915). Di- rettur D. W. Griffith (159 minu- ta). L-istorja epika ta' żewġ familji matul il-gwerra Ċivili Amerikana u anki r-rikostruzzjoni ta' wara għadha taffaxxina sal-preżent. Il-Klu Klux Klan kienu murija f 'dawl erojku, ħaġa li qanqlet kontroversja. Kapulavur assolut taċ-ċinema mutu. Gone With e Wind (1939). Dirett minn Victor Fleming (222 minuta). Ħafna jqisuh bħala l-klassiku ta' kull żmien; żgur l-aktar wieħed li rawh nies (ħareġ kemm-il darba, mill-bil- jetti li nbiegħu). "Soap opera" ta' żmien il-Gwerra Ċivili bi Scarlett O'Hara (Vivien Leigh li rebħet Oscar) bħala mfissda, supperva, tfajla sabiħa tas-Sud, Clark Gable (bħala l-lagħabi Rhett Butler) li fl-aħħar tant iddejqu li jabband- unaha. Il-ħruq tal-belt ta' Atlanta, Georgia, tassew sekwenza im- pressjonanti. Shenandoah (1965). Direttur Andrew McLaglen (105 minuti). Storja tassew kommoventi ta' ar- mel minn Virginia (James Stew- art), indifferenti għall-gwerra bejn l-Istati Amerikani sakemm il-familja tiegħu tkun involuta, jiġġieldu maż-żewġ naħat – aħwa kontra aħwa. e Good, e Bad And e Ugly (Il Buono, il Brutto, il-Cat- tivo) (1966). Dirett minn Sergio Leone (161 minuta). Fi żmien il-Gwerra Ċivili, tliet imbruljuni (Clint Eastwood, Lee Van Cleef u Eli Wallach) qegħdin ifittxu teżor tal-Konfederati moħbi f 'qa- bar mhux immarkat, kull wieħed minnhom għandu it infor- mazzjoni diversa. Din it-tfittxija twila jkollha tieqaf meta jsibu ruħhom involuti f 'din il-ġlieda qalila. Film Taljan, b'ħafna atturi Amerikani popolari sewwa mad- war il-globu. Gettysburg (1993). Dirett minn Ronald Maxwell (248 minuta). Rikreazzjoni manjifika li tħallik bla nifs dwar l-aktar battalja famuża tal-Gwerra Ċivili Ameri- kana. Partijiet mill-aqwa maħdu- ma f 'Gettysburg Military Park. Lincoln (2012). Id-direttur hu Steven Spielberg (150 minuta). L-aħħar xhur fil-ħajja tal-Presi- dent Abraham Lincoln u l-isforzi tiegħu biex jgħaddi it-"13th Amendment" – liġi li tillibera lill-ilsiera waqt li jipprova jip- perswadi lil ibnu biex ma jidħolx fl-armata tal-Union. Din il-gwerra mdemmija tibqa' bħala tiira monumentali fl-is- torja tal-pajjiż u suġġett dejjem importanti għall-films tal-futur. 14 films IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-gwerra ċivili Amerikana fuq il-liżar il-kbir L-EWWEL PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 19˚Ċ Temp Xemxi li jsir ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral li bil-mod jiżdied għal ftit qawwi Viżibilità Tajba Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Good, The Bad and The Ugly (1966) Birth of a Nation (1915)

