Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
D ejjem sostnejna li għalina l-INK- LUŻJONI mhijiex biss kelma, iżda impenn li nsarrfu f 'miżuri konk- reti li jagħmlu differenza fil-ħajja tan-nies. Ħidmietna fis-snin li għaddew huma aktar minn prova ta' dan. Il-Budget għas-sena 2027 huwa tkomplija ta' twettiq ta' dan l-impenn. Imma mhux biss. Huwa Budget ta' serħan il-moħħ. Huwa Budget li jkompli jistimulak taħdem aktar għax qed jirrifletti riżultati miksubin b'għaqal u ħidma determinata. Nemmen li s'issa x'aktarx li diġà smajtu mhux ħażin dwar il-miżuri li tħabbru u li għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta' kull Malti u Għawdxi, hi x'inhi l-età, ħidmietu, iċ-ċirkostanzi individwali. Budget li tista' tiġbru f 'sentenza waħda: Budget li jaħseb għal kollox u għal kulħadd. Fl-ispazju limitat disponibbli għal kitbieti se nagħti ħarsa ħafifa lejn dak li tħabbar fil- Budget fejn jirrigwarda l-inklużjoni. Miżuri li jirriflettu twettiq ta' dak imwiegħed fl- aħħar Manifest Elettorali tal-Partit Laburis- ta. Huwa fatt magħruf li intervent bikri u ter- apija minn età żgħira huma l-akbar investi- ment għal inklużjoni vera. B'konformità ma' dan se ngħinu fl-ispejjeż kollha marbuta ma' terapija meħtieġa għal tfal b'diżabilità taħt it-18-il sena. Ċertament li din il-miżura hija ta' soljev kbir għall-ġenituri u għall-familji ta' dawk ikkonċernati. Miżura oħra li tfisser twettiq ta' wegħda elettorali oħra tirrigwarda il-Carers Grant li titħallas lil ġenituri li ma jistgħux jaħdmu minħabba d-diżabilità severa ta' wliedhom. Minn Jannar li ġej se nibdew it-triq biex din l-għotja tiġi ekwivalenti għall-Paga Minima Nazzjonali. Bħala l-ewwel pass f 'din id-di- rezzjoni, il-Carers Grant se titla' għal €7,500 fis-sena. Barra minn hekk dawk il-ġenituri li ma jaħdmux iżjed minn 20 siegħa part-time fil-ġimgħa se jibdew jibbenefikaw xorta mill-għotja iżda bir-rata preżenti ta' nofs il-Paga Minima Nazzjonali netta. Miżura oħra ta' benefiċċju tirrigwarda anzjani li jimpjegaw carer full-time. Sal-lum dawn l-anzjani kienu jingħataw għajnuna li tammonta għal €9,000 fis-sena. Minn Jan- nar li ġej din l-għajnuna se tiżdied bi €800 u se tilħaq €9,800 fis-sena. Bħal kull sena tħabbret żieda fil-Paga Minima Nazzjonali li tinkludi iż-żieda għall-għoli tal-ħajja (COLA). Dawn se jkunu riflessi f 'rati ogħla li jitħallsu lil mad- war 15,000 persuna b'diżabilità u carers u persuni li jirċievu l-assistenzi soċjali. L-Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Sev- era se tiżdied b'€9.37 fil-ġimgħa waqt li l-As- sistenza għal Diżabilità, l-Assistenza għal Persuni b'Vista Batuta, il-Benefiċċju għal Diżabilità, l-Allowance Miżjuda għal Carers, l-Allowance għal Carers u l-Assistenza Soċ- jali se jiżdiedu b'€6.41 fil-ġimgħa. Miżura oħra li tħabbret fil-Budget u li hija pass ieħor fit-twettiq ta' wegħda elettorali oħra, tikkonċerna persuni b'diżabilità li jirċievu pensjoni kontributorja u li qa- bel kienu jirċievu xi forma ta' benefiċċju għad-diżabilità, jew pensjoni għal korriment fuq ix-xogħol, riċentement mal-pensjoni bdew jitħallsu 10% tal-benefiċċju li kienu intitolati għalih qabel laħqu l-età tal-irtirar u tilfuh meta ħadu l-pensjoni. Minn Jannar li ġej dan il-persentaġġ se jiżdied għal 20% sakemm eventwalment fis-snin li ġejjin jitla' għal 50% u b'hekk tkun twettqet kompletament il-wegħda elettorali. Trattajt biss parti mill-Ministeru fir-re- sponsabbiltà tiegħi bħala Ministru u x'bene- fiċċji hemm biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta' dawk ikkonċernati. Dawk li jeħtieġu spalla. Spalla li dejjem sabu fi gvernijiet Laburisti ta' kull żmien. Spalla li se jibqgħu jsibu. Spalla li tajjeb li wieħed jipparagunaha ma' dak li qegħdin jaffaċċjaw popli oħrajn f 'pajjiżi viċin tagħna. Budget li huwa aktar minn prova li dak li nwiegħdu nwettquh. I l-Budget għall-2027 ħalla warajh mistoqsija fundamentali li, fil-fehma tiegħi, għadha mingħajr tweġiba: fejn irid iwassalna l-Gvern? Għal dawn l-aħħar tlettax-il sena, il-poli- tika ekonomika tal-Gvern kienet ibbażata, fil-biċċa l-kbira tagħha, fuq tkabbir ekono- miku sostnut minn żieda fil-popolazzjo- ni, fil-ħaddiema barranin u fit-turiżmu. In-negozji ġew imħeġġa jinvestu, jespandu l-operat tagħhom u jimpjegaw aktar nies biex ilaħħqu mad-domanda. Iżda llum, wara snin li fihom din il-poli- tika ħalliet pressjoni dejjem tikber fuq l-in- frastruttura, it-toroq, is-servizzi pubbliċi u l-kwalità tal-ħajja, il-Gvern jidher li qed ibiddel ir-rotta. Il-problema mhijiex li qed jirrikonoxxi l-ħtieġa għal bidla b'mod partikolari fil-liv- elli tal-popolazzjoni u fil-kwalita tat-turist. Anzi, din il-bidla ilha meħtieġa. Il-proble- ma hi li qed ibiddel il-miżuri mingħajr ma jippreżenta direzzjoni politika ċara. Fil-Budget tħabbru żidiet sostanzjali fit-tariffi marbuta mal-ħaddiema minn pajjiżi terzi, fosthom għal applikazzjoni ġdida ta' permess tax-xogħol u kif ukoll tiġdid tal-permess. Żdiedet ukoll l-ekokon- tribuzzjoni fuq l-akkomodazzjoni turistika, b'rati ta' €8 jew €10 għal kull lejl, skont it-tip ta' akkomodazzjoni. Dawn huma miżuri li se jkollhom imp- likazzjonijiet fuq in-negozji, il-ħaddiema u l-konsumaturi. Iżda x'inhu l-għan aħħari tagħhom? Il-Gvern irid inaqqas id-dipendenza ekonomika fuq il-ħaddiema barranin? Irid inaqqas l-għadd ta' turisti? Jew sempliċe- ment irid jiġbor aktar dħul mill-istess attività ekonomika? Irid ibiddel il-mudell ekonomiku? Dawn huma tliet għanijiet differenti li jeħtieġu direzzjonijiet differenti. U jekk l-għan hu li nnaqqsu d-dipendenza fuq iż-żieda fil-popolazzjoni, il-poplu Malti ħaqqu jkun jaf b'kemm, f 'liema settu- ri, f 'liema żmien u b'liema alternattivi ekonomiċi. Ma tistax tindirizza problema strutturali billi sempliċement tagħmilha aktar għalja. Hemm ukoll il-kwistjoni ta' min event- walment se jġorr dawn l-ispejjeż. In-negoz- ji li jiddependu fuq il-ħaddiema barranin mhux neċessarjament jistgħu jassorbu kull żieda. Hemm riskju reali li parti minn dawn l-ispejjeż tgħaddi għand il-konsuma- tur, permezz ta' prezzijiet ogħla għall-pro- dotti u s-servizzi. B'hekk, miżura maħsuba biex tindirizza pressjoni fuq il-popolazzjoni tista' tis- piċċa żżid il-pressjoni fuq l-għoli tal-ħajja, mingħajr garanzija li tindirizza l-problema oriġinali. Aktar minn hekk, jekk il-Gvern qed jitlob kontribuzzjonijiet ġodda, għandu jispjega fejn se jiġu investiti dawn il-flus. Se naraw investiment konkret fit-trasport pubbliku, fit-toroq, fl-isptarijiet, fl-iskejjel u fis-servizzi essenzjali? U kif se jitkejjel ir-riżultat? Jew se jmorru biex jitħallas l-in- fiq irresponsabbli tiegħu bħall-konsulenzi tal-ħbieb tal-ħbieb u r-reklamar partiġġjan tiegħu? Għax mhuwiex biżżejjed li nagħrfu l-problemi li ħoloq mudell ekonomiku. Irridu wkoll pjan biex insolvuhom. Għalhekk ilna ninsistu fuq l-evoluzzjoni tal-mudell ekonomiku: mudell li ma jibqax ikejjel is-suċċess sempliċement mill-għadd ta' ħaddiema u turisti li nattiraw, iżda mill-produttività, il-valur miżjud u l-kwal- ità tal-ħajja li noħolqu. Din hi wkoll ir-raġuni wara l-proposta għal awtorità responsabbli mill-ippja- nar tal-livelli tal-popolazzjoni, li tevalwa l-ħtiġijiet ta' kull settur ekonomiku u torbothom mal-kapaċità infrastrutturali tal-pajjiż. Dan ma jfissirx li ma kienx hemm miżuri pożittivi fil-Budget. Iżda l-miżuri individwali, tajbin kemm ikunu tajbin, ma jistgħux jieħdu post viżjoni ekonomika komprensiva. Il-pajjiż għandu bżonn direzzjoni li tagħ- ti ċertezza lin-negozji, pjan fit-tul għall-in- frastruttura u miri ċari għall-popolazzjoni, it-turiżmu u l-produttività. Għax fl-aħħar mill-aħħar, Budget għandu jkun aktar minn eżerċizzju ta' kif jinġabru u jitqassmu l-flus. Għandu jkun espressjoni ta' fejn irridu nieħdu lil pajjiżna. U hija proprju dik id-direzzjoni li għad- na qed nistennew. "Il-Gvern irid inaqqas id-dipendenza ekonomika fuq il-ħaddiema barranin? Irid inaqqas l-għadd ta' turisti? Jew sempliċement irid jiġbor aktar dħul mill-istess attività ekonomika? Irid ibiddel il-mudell ekonomiku?" Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat JULIA FARRUGIA PORTELLI Shadow Minister għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi DARREN CARABOTT Prova oħra li dak imwiegħed jitwettaq Budget b'miżuri, iżda x'direzzjoni se nieħdu? opinjoni IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 08 intervent bikri u terapija minn età żgħira huma l-akbar investiment għal inklużjoni vera

