MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 1 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

Il-President tal-MHRA, Tony Zahra, jikkritika ż-żieda qawwija fl- Ekokontribuzzjoni u jwissi li din se toħloq piżijiet ġodda fuq l-operaturi turistiċi 07 intervista illum • IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 'It-turiżmu qed jerfa' l-piżijiet tal-Budget' Wara t-tħabbira tal-Budget, rajna diversi reazzjonijiet minn għaqdiet differenti. Fir-reazzjoni tagħkom, l-MHRA esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-piżijiet finanzjarji li l-miżuri ekonomiċi jistgħu jpoġġu fuq l-indus- trija tat-turiżmu. Għaliex esprimejtu dan it-tħassib? Fil-Budget kien hemm żieda fl-Ekokon- tribuzzjoni, minn €1.50 kuljum għal €8 għal dawk li joqogħdu fil-lukandi u €10 għal dawk li jagħżlu akkomodazzjoni għal żmien qasir. Il-qabża minn €1.50 għal €8 jew €10 hija waħda sostanzjali u tpoġġi l-kon- tribuzzjoni li titħallas lill-Gvern minn dan is-settur fost l-ogħla fl-Ewropa. Hemm ukoll miżuri oħra li jaffettwaw lill-industrija, fosthom dawk marbuta mal-ħaddiema minn pajjiżi terzi, magħrufa bħala t-ird Country Nationals (TCNs). Dawn il-ħaddiema issa se jkunu suġġetti għal żidiet sostanzjali fit-tariffi tal-appli- kazzjonijiet tax-xogħol, filwaqt li se jitilfu wkoll il-benefiċċju tat-trasport pubbliku b'xejn. Naħseb li parti mill-industrija tagħna se jkollha tassorbi dawn l-ispejjeż biex tnaqqas il-piż fuq il-ħaddiema. Meta nħares lejn industriji oħra, ma narax miżuri simili li ttieħdu fil-konfront tagħhom. Għaldaqstant, wieħed jasal għall-konklużjoni li huwa s-settur tat-tu- riżmu li qed jerfa' l-piżijiet tal-Budget. Dawn it-tip ta' taxxi u kontribuzz- jonijiet fuq it-turisti huma pjuttost komuni f'pajjiżi oħra. Madankollu, f'Malta rajna żieda sostanzjali, par- tikolarment fil-każ tal-lukandi, fejn il-kontribuzzjoni telgħet minn €1.50 għal €8. Taħseb li forsi f'Malta konna mdorrijin inħallsu kontribuzzjonijiet relattivament baxxi? Il-kwistjoni mhijiex li konna mdorrijin inħallsu kontribuzzjonijiet baxxi. Qabel, din il-kontribuzzjoni lanqas biss kienet teżisti. Is-sena li għaddiet konna qed inħallsu 50 ċenteżmu, ammont li kien baxx ħafna. Imbagħad żdiedet għal €1.50, jiġifieri żieda ta' 200%, u issa minn €1.50 telgħet għal €8. Din hija qabża enormi. Aħna m'aħniex ngħidu li Malta għandha tkun eċċezzjoni u li m'għandu jkun hemm l-ebda kontribuzzjoni. Iżda jekk se ssir żie- da daqshekk kbira, din għandha tiddaħħal b'mod gradwali u mhux kollha f 'daqqa. Din hija r-raġuni għaliex qed nagħmlu sforzi biex din il-miżura tinbidel. Barra minn hekk, il-miżura se tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar. Meta tintroduċi kon- tribuzzjonijiet bħal dawn, għandek tagħmel dan fil-bidu tal-istaġun turistiku, li jibda fl-1 ta' April. Meta tintroduċi żieda bħal din b'avviż daqshekk qasir, tkun qed toħloq ħafna problemi għall-operaturi, speċjalment fejn jidħlu dawk it-turisti li diġà għamlu l-prenotazzjonijiet tagħhom. Fil-fatt, tkun qed iddaħħal il-miżura f 'nofs l-istaġun u mhux fil-bidu tiegħu. Apparti dawn il-kontribuzzjonijiet, il- Gvern ħabbar ukoll żidiet fuq it-turisti li jżuru Kemmuna u dawk li jinżlu Mal- ta minn vapuri tal-kruċieri. Taħseb li dawn iż-żidiet, flimkien ma' dawk fuq l-akkomodazzjoni għal żmien qasir, jistgħu jaffettwaw l-immaġni ta' Malta bħala destinazzjoni turistika? Irridu nikkunsidraw li t-turisti li jinżlu minn vapuri tal-kruċieri u jqattgħu it sigħat Malta jonfqu medja ta' madwar €60. Madankollu, dawn it-turisti jużaw ukoll l-infrastruttura u l-ispazji tal-pajjiż. Huma jduru Malta, jużaw it-trasport u jagħmlu użu mill-istess servizzi li jużaw turisti oħra. Għaldaqstant, għandhom iħallsu kon- tribuzzjoni bħalma jħallas kull turist ieħor. Ma narax għaliex għandu jkun hemm distinzjoni bejniethom. Fil-fatt, kienet tkun ħaġa ħażina kieku turist li jasal Malta fuq vapur tal-kruċieri ma jħallasx din il-kontribuzzjoni, filwaqt li turist li joqgħod f 'lukanda jkollu jħallasha. Il-kontribuzzjoni ta' €10 hija l-istess bħal dik applikabbli għal kategoriji oħra ta' tu- risti u, għall-inqas f 'dan ir-rigward, inħoloq ċertu bilanċ. Madankollu, taħseb li dawn iż-żidiet jistgħu jwasslu għal tnaqqis fl-għadd ta' turisti li jagħżlu li jżuru Malta? Jiena ma naħsibx li l-ammont huwa daqshekk drammatiku li se jbiddel is-sitwa- zzjoni b'mod sinifikanti. Irridu nżommu f 'moħħna wkoll dak li qalilna l-Gvern, jiġifieri li kellu tliet għażliet quddiemu: jew jgħolli l-prezz tal-enerġija, jew iżid il-VAT, jew jgħolli l-kontribuzzjoni fuq it-turisti. It-turisti li jiġu Malta qed jibbenefikaw minn prezzijiet tal-enerġija li huma baxxi ħafna, kif ukoll minn rata tal-VAT li hija aktar baxxa minn dik ta' pajjiżi oħra. U fir-rigward tat-turiżmu intern? Taħseb li dawn iż-żidiet jistgħu jaf- fettwaw ukoll lill-Maltin li jagħżlu li jqattgħu btala fil-lukandi jew f'akko- modazzjoni turistika f'Malta stess? Iva, naħseb li se jkun hemm effett fuq it-turiżmu intern. Kieku kien hemm xi sistema li permezz tagħha l-Maltin ikunu eżentati milli jħallsu din il-kontribuzzjoni, kienet tkun soluzzjo- ni aħjar. Madankollu, jidher li l-Gvern ma sabx soluzzjoni għal din il-kwistjoni. Għaldaqstant, nemmen li se jkun hemm impatt fuq il-Maltin li jagħżlu li jqattgħu btala f 'pajjiżhom. Issa rridu naraw jekk dan l-impatt hux se jkun wieħed sostanzjali jew relattivament żgħir, iżda nemmen li xi effett se jkun hemm. Kemm l-MHRA kif ukoll il-Gvern u għaqdiet oħra ilhom jinsistu fuq il-ħtieġa li Malta tagħti aktar impor- tanza lill-kwalità tat-turiżmu milli lill-kwantità. Taħseb li dawn il-miżuri jistgħu jgħinu lil Malta tattira turisti ta' kwalità ogħla? Il-kwalità ma tinkisibx billi timponi taxxa fuq it-turist. Il-kwalità tinkiseb billi żżomm il-pajjiż ħafna aktar nadif milli hu llum, billi toffri servizzi ta' livell ogħla u billi tagħmel dak kollu meħtieġ biex tattira turisti li jfittxu esperjenza ta' kwalità. Jekk wieħed jinżel fit-triq ewlenija tal- Belt Valletta, jiġifieri Triq ir-Repubblika, jista' jieħu l-impressjoni li jinsab f 'xi suq f 'Katanja jew f 'Sirakuża, aktar milli fit- triq ewlenija tal-belt kapitali ta' Malta, li suppost tirrifletti l-kwalità li rridu noffru bħala destinazzjoni. Fis-17 ta' Settembru, l-MHRA ltaqgħet mal-Prim Ministru u ppreżentat sensiela ta' proposti għat-titjib tas-settur turistiku. Tista' tispjega x'kienu wħud mill-miżuri ewlenin li ressaqtu? Il-miżuri li ressaqna ma kinux mar- buta direttament mal-Budget. Fil-fatt, fil-preżentazzjoni tagħna kien hemm 28 proposta li kienu mmirati biex ngħollu l-livell tal-kwalità tas-settur turistiku f 'Malta. Waħda mill-affarijiet li tkellimna dwar- hom kienet il-ħtieġa li nindirizzaw ċertu aġir mhux xieraq minn xi turisti. Matul din is-sena kellna xi inċidenti li kienu jinkludu mġiba mhux xierqa min-naħa ta' turisti. Għaldaqstant, qed nagħmlu enfasi fuq il- ħtieġa li s-sena d-dieħla nniedu kampanja bl-isem Enjoy and Respect. Il-messaġġ ta' din il-kampanja jkun ċar: ejja Malta, gawdi ż-żjara tiegħek u ħu gost, iżda fl-istess ħin irrispetta lill-popolazzjoni lokali u lill-pajjiż. Jekk ma tagħmilx dan, iridu jittieħdu passi kontrik. Kemm minn dawn it-28 proposta li ressaqtu ġew milqugħa mill-Gvern? Naħseb li forsi kollha ġew milqugħa, għaliex dawn il-proposti ma kinux se jkoll- hom impatt dirett fuq il-Budget. Fil-biċċa l-kbira tagħhom, kienu miżuri li ma jirrikjedux nefqa finanzjarja kbi- ra biex jiġu implimentati. Kienu aktar proposti ta' natura amministrattiva u titjib fil-mod kif qed jitmexxew ċerti affarijiet. Fl-aħħar nett, kieku kellek tagħżel proposta waħda minn dawk li ressaq- tu li ma ngħatatx biżżejjed attenzjoni fil-Budget, liema tkun u għaliex? Għalija, waħda mill-aktar affarijiet importanti hija proprju l-inizjattiva Enjoy and Respect. Irridu niżguraw li dawk kollha li jiġu Malta jirrispettaw lill-poplu Malti u lill- pajjiż tagħna. Jekk xi ħadd jiġi Malta u jonqos milli juri dan ir-rispett, għandu jkun hemm azzjoni konkreta kontrih. Dan huwa aspett li nemmen li rridu nagħtuh prijorità.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 1 November 2026