Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547433
intervista IL-ĦADD 1 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 06 André Callus jakkuża lill-Gvern li qed jisfrutta sentiment razzist li, skontu, inħoloq mill- politika ekonomika tiegħu stess, filwaqt li jinsisti li dawn il-miżuri mhumiex se jnaqqsu n-numru ta' ħaddiema barranin f'Malta 'Din hija t-triq għall-faxxiżmu' JAELLE BORG Il-Budget ta' din is-sena inkluda diversi miżuri marbuta mat-trasport pubbliku u s-servizz taċ-childcare, li mhux se jibqgħu jingħataw b'xejn lill-ħaddiema minn pajjiżi terzi. Lil hinn mill-impatt finanzjarju fuq dawn il-ħaddiema, kemm taħseb li dawn id-deċiżjonijiet jistgħu jaffettwaw l-integrazzjoni tagħhom fis-soċjetà Maltija? L-ewwel nett, il-miżuri li ttieħdu huma ħafna u ma jikkonċernawx biss servizzi li sa issa kienu jingħataw b'xejn lil dawn il-ħaddiema u li issa se jkollhom iħallsu għalihom. Hemm ukoll miżuri oħra. Pereżempju, biex iġeddu l-permess tagħhom u jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu Malta, dawn il-ħaddiema se jkollhom iħallsu miżati ferm ogħla. Dan ovvjament se jpoġġi piż finanzjarju kbir fuqhom u jagħmilha aktar diffiċli għalihom biex joħorġu minn sitwazzjonijiet ta' impjieg abbużiv, għaliex kull darba se jkollhom jerġgħu jħallsu miżati li għal ħafna minnhom jistgħu jkunu diffiċli biex ilaħħqu magħhom. Il-problema ewlenija hija li dan il-piż finanzjarju qed jitpoġġa fuq dawk li l-inqas jifilħuh. Nafu kemm mill-istatistika kif ukoll mill-esperjenza li dawn huma fost il-ħaddiema bl-inqas dħul u li ħafna minn- hom jinsabu f 'sitwazzjonijiet ta' vulnerab- biltà. Iżda, kif għedt tajjeb int, il-kwistjoni mhi- jiex biss waħda finanzjarja. Hemm ukoll il-messaġġ soċjali li qed nibagħtu. Dan huwa messaġġ li l-Gvern ilu jibgħat għal ħafna snin, jiġifieri li dawn il-ħaddiema għandhom valur biss bħala għodda ekono- mika, qishom magni li tużahom u mbagħad tarmihom. Qisu l-uniku valur tagħhom huwa li jiġu Malta biex jaħdmu u biex ħad- dieħor jagħmel il-qligħ minn fuqhom. Dan il-messaġġ ilu jinbena mill-2013, meta Joseph Muscat, flimkien ma' Clyde Caruana, li dak iż-żmien kien imexxi l-Job- splus u llum huwa l-Ministru għall-Finanzi, kienu ħejjew pjan biex jinġiebu għexieren ta' eluf ta' ħaddiema barranin. Dawn huma ħaddiema li m'għandhomx vot u li għand- hom inqas drittijiet fis-soċjetà, bil-għan li jaħdmu b'pagi baxxi u b'hekk jinħoloq tkabbir ekonomiku bbażat fuq l-isfrutta- ment tagħhom. Issa, b'dawn il-miżuri, dak il-messaġġ kompla jissaħħaħ. Qed ngħidu uffiċjalment li rridu pajjiż mibni fuq is-segregazzjoni, fejn grupp kbir ta' ħaddiema, li jammonta għal madwar 30% tal-ħaddiema f 'Malta, jitqies bħala klassi inferjuri, li qiegħda hawn biss biex tintuża għall-benefiċċju tal-ekonomija. Dan huwa perikoluż mhux biss minħabba l-piżijiet finanzjarji li se jkollhom iġorru dawn il-persuni, iżda wkoll għas-soċjetà Maltija kollha. Jiena ngħidha bħala Malti: din hija t-triq li twassal għall-faxxiżmu. Meta soċjetà tibda tqis parti kbira mill-ħaddiema tagħha bħala nies inferjuri, li jistgħu jiġu sfruttati u li għandu jkollhom inqas drittijiet minn ħaddieħor, tkun qed tinħoloq mentalità perikoluża ħafna, li diffiċli ħafna teħles minnha. Intom għedtu wkoll li l-Gvern qed jissodisfa sentiment razzist. Taħseb li dawn il-miżuri ttieħdu biex jiġu indirizzati ċerti problemi ekonomiċi, jew inkella bħala reazzjoni għall-frus- trazzjoni tal-pubbliku dwar in-numru ta' ħaddiema barranin f'Malta? F'dan il-każ, il-Gvern qed jisfrutta senti- ment li ħoloq hu stess permezz ta' politika ekonomika li ma tagħmilx sens. Jiena wieħed minn dawk li nemmen li Malta għandha numru eċċessiv ta' ħaddiema barranin, bħalma nemmen li għandna wkoll turiżmu eċċessiv. Pajjiżna ma jiflaħx għat-tip ta' tkabbir ekonomiku li rajna f 'dawn l-aħħar snin. Dan il-mudell ekonomiku wassal biex jinħolqu ħafna aktar postijiet tax-xogħol milli l-pajjiż jista' jiflaħ. Fuq medda ta' għaxar snin, il-Gvern ġab madwar 90,000 ħaddiem minn pajjiżi oħra. Ovvjament, meta jkollok tkabbir daqshekk mgħaġġel mingħajr ma l-infrastruttura tiġi aġġornata biex tlaħħaq miegħu, jinħolqu problemi kbar. Minn hemm nibtu l-frustrazzjoni, it-tensjonijiet soċjali u, f 'ċerti każijiet, anke sentimenti razzisti. Issa l-Gvern qed juża dawn is-sentimenti biex jgħakkes lill-ħaddie- ma barranin. Madankollu, il-miżuri li qed jintroduċi bl-ebda mod mhu se jnaqqsu n-numru ta' ħaddiema barranin f 'Malta. Anzi, il-Gvern stess qed jgħid li dan in-numru se jkompli jiżdied. In-numru ta' ħaddiema barranin ma jidde- pendix minn jekk dawn jingħatawx childcare jew trasport pubbliku b'xejn. Hawnhekk mhux qed nitkellmu dwar xi privileġġi speċjali, iżda dwar servizzi li persuni oħra fis-soċjetà diġà għandhom aċċess għalihom. Qed nitkellmu dwar ugwaljanza fit-tratta- ment sabiex ma tinħoloqx segregazzjoni. Il-Gvern ħabbar ukoll żieda fl-ekokon- tribuzzjoni li titħallas minn dawk li joqogħdu f'lukandi u akkomodazzjoni- jiet turistiċi, inklużi l-Maltin. Fid-dawl tad-diskussjoni dwar il-ħtieġa li Malta tattira turiżmu ta' kwalità aktar milli tiffoka fuq il-kwantità, taħseb li din iż-żieda tista' tgħin biex tiġi indirizzata l-problema tat-turiżmu eċċessiv? L-ewwel nett, irrid nagħmel distinzjoni importanti bejn it-turisti u l-ħaddiema bar- ranin. Qed nitkellmu dwar żewġ sitwazzjoni- jiet kompletament differenti. Il-ħaddiema barranin huma persuni li jgħixu hawn u li, irridu jew ma rridux, huma parti mis-soċjetà u minn pajjiżna. It-turist, min-naħa l-oħra, huwa persuna li jiġi Malta għal żjara. Għalhekk, nemmen li huwa ġustifikat li turist jagħti kontribut finanzjarju għall-piż li ż-żjara tiegħu toħloq fuq il-pajjiż. Madankol- lu, aktar mit-turist innifsu, hija l-industrija kollha marbuta mat-turiżmu li għandha tagħti kontribut akbar. Minflok, qed naraw lill-Gvern jagħmel bil-kontra. Il-Prim Ministru għadu kemm żar il-proġett tal-lukanda tad-DB f 'San Ġiljan, li nbena fuq art li jiena nqis li nsterqet mingħand il-poplu. Qed nitkellmu dwar l-art u l-kosta tagħna, li qed jittieħdu biex jinbnew lukandi privati, jinġiebu aktar turisti u jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol. Minflok ma jitfa' piż akbar fuq dawn il-kumpaniji u fuq industrija li qed tik- kontribwixxi għal dan it-tkabbir eċċessiv, il-Gvern qed jagħtihom art bi prezzijiet baxxi ħafna, ibiddlilhom ir-regoli tal-ippjanar u jippermetti li jiġu approvati proġetti kbar. Għalhekk għandna inugwaljanza kbira. Dawk li l-aktar jifilħu jikkontribwixxu mhux qed jintalbu jagħmlu dan, filwaqt li l-piż qed jitpoġġa fuq dawk li l-inqas jifilħuh. Jiena nemmen li t-turiżmu f 'Malta diġà huwa eċċessiv. Jekk irridu nibdew nirreg- olawh bis-serjetà, irridu nibdlu l-politiki strutturali li wassluna għal din is-sitwazzjoni. Pereżempju, irridu nindirizzaw il-politika tal-ippjanar. Kemm se nibqgħu nibnu lukan- di bl-addoċċ? Il-Gvern ħabbar ukoll żidiet fil-pa- ga minima, fil-kumpens għall-għoli tal-ħajja u fil-pensjonijiet tal-anzjani. Meta wieħed iqis iż-żieda fl-ispejjeż tal-ħajja, taħseb li dawn il-miżuri huma adegwati, jew għad hemm kategoriji ta' persuni li mhux qed jingħataw biżżejjed għajnuna? Huwa ċar li għad hemm kategoriji ta' per- suni, inklużi ħaddiema Maltin, li mhux qed jiġu megħjuna biżżejjed. Hawnhekk nerġa' niġi għall-mudell ekonomiku bbażat fuq l-isfruttament li bena l-Gvern. Il-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xog- ħol ma ġewx imtejba b'mod adegwat, la għall-ħaddiema Maltin u lanqas għal dawk barranin. Normalment il-ħaddiema barranin ikunu f 'pożizzjoni aktar vulnerabbli, iżda anke ħaf- na Maltin qed jaffaċċjaw diffikultajiet kbar. Eżempju ċar huwa dak tal-akkomo- dazzjoni. Illum ħafna Maltin, speċjalment iż-żgħażagħ, qed isibuha diffiċli ħafna biex jixtru proprjetà. Biex tixtri post trid tidħol f 'dejn kbir li jista' jorbtok għal għomrok, u dan jekk jirnexxilek tikseb self mill-bank. Għalhekk, waħda mill-vittmi ta' dan il-mudell ekonomiku ta' tkabbir bla qies mhijiex biss il-klassi tal-ħaddiema barranin, li qed jinġiebu Malta biex jiġu sfruttati, iżda wkoll iż-żgħażagħ Maltin, li għal ħafna min- nhom saret kważi impossibbli li jixtru dar. Għad hawn ħafna pagi li baqgħu relattiva- ment baxxi, speċjalment meta tqabbilhom maż-żieda kbira fil-prezzijiet tal-proprjetà u mal-għoli tal-ħajja b'mod ġenerali. Għalhekk, le, assolutament ma sarx biżżejjed. Malta għad għandha problemi kbar fejn jidħlu l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

