Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547511
analiżi IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 16 L-elezzjoni ta' nofs it-terminu fl-Istati Uniti: Daqqa ta' ħarta għal Trump u bidu ta' sentejn diffiċli L-elezzjoni ta' nofs it-terminu fl-Istati Uniti, li saret nhar it-Tlieta, tat sinjal politiku ċar lill-President Donald Trump: minkejja li mhux hu li kien qiegħed jikkontesta direttament, l-elettorat għażel li jikkastiga lill-amministrazzjoni tiegħu, billi ta lid-Demokratiċi l-kontroll taż- żewġ kmamar tal-Kungress. Riżultat li mhux biss ibiddel il-bilanċ tal-poter f 'Washington, iżda jqajjem ukoll mistoqsijiet dwar kif se jmexxi Trump għall- kumplament tal-mandat tiegħu u x'jista' jfisser dan għall-Ewropa, inkluż Malta. It-telfa Repubblikana kienet waħda mifruxa u sinifikanti. Id- Demokratiċi kisbu l-maġġoranza kemm fil-Kamra tar-Rappreżent- anti kif ukoll fis-Senat, fejn irnexxielhom jaħtfu diversi siġġijiet minn idejn ir-Repubblikani, anke f 'territorji li tradizzjonalment kienu meqjusa bħala fortizzi konservattivi. Fost ir-riżultati li ġibdu l-attenzjoni kien hemm is-suċċess Demokratiku f 'Kan- sas, fejn kandidat tal-partit rebaħ siġġu fis-Senat għall-ewwel darba f '94 sena. Skont ir-riżultati proviżorji rra- ppurtati mill-midja Amerikana, id-Demokratiċi kienu telgħu għal 54 siġġu fis-Senat, inklużi żewġ indipendenti, filwaqt li fil-Kamra tar-Rappreżentanti kienu qed jersqu lejn maġġoranza komda ta' madwar 240 siġġu. Verdett fuq il-presidenza Għalkemm Trump ma kienx kandidat fuq il-polza tal-vot, l-elez- zjoni nbidlet f 'referendum dwar it-tmexxija tiegħu. Il-kampanja Repubblikana kienet marbuta mill-qrib mal-President, li matul l-aħħar ġimgħat kien ivvjaġġa lejn diversi stati biex jappella lill-par- titarji tiegħu joħorġu jivvutaw, u saħansitra kien ħeġġiġhom jaġixxu bħallikieku kien hu stess qiegħed għall-elezzjoni. Iżda l-messaġġ ma wasalx għand l-elettorat kif kien mistenni. Fost il-fatturi li jidher li kkontribwew għar-riżultat kien hemm l-għoli tal-ħajja, iż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, it-tariffi kummerċjali imposti mill-ammin- istrazzjoni u, fuq kollox, il-gwerra mal-Iran, li bdiet fi Frar u wasslet għal żieda sostanzjali fil-prezzijiet tal-fuel. Stħarriġ tal-opinjoni pubbli- ka relatat mal-elezzjoni wera li madwar nofs il-votanti kienu qed iqisu l-vot bħala opportunità biex jesprimu l-oppożizzjoni tagħhom għal Trump. Barra minn hekk, madwar 70% riedu li l-Kungress isaħħaħ il-kontroll u l-bilanċ fuq is-setgħat tal-President. Il-logħba tat-tort Kif kien mistenni, ir-riżultat fetaħ il-bieb għal logħba ta' akkużi fi ħdan il-Partit Repubblikan. Trump, min-naħa tiegħu, ma tantx wera rieda li jerfa' r-responsabbiltà għat-telfa. F'intervista televiżiva, il-Pres- ident insista li ma jqisx ir-riżul- tat bħala daqqa ta' ħarta għalih personalment, u sostna li l-aħħar sentejn kienu fost l-aqwa fl-istorja tal-presidenza Amerikana. Min- flok, tefa' parti sostanzjali mit-tort fuq il-kandidati Repubblikani, li skontu ma rnexxilhomx jispiraw biżżejjed votanti biex joħorġu jivvutaw. Iżda hemm kontradizzjoni f 'din l-ispjegazzjoni: diversi mill-kandi- dati li tilfu kienu proprju kandidati li Trump kien għażel jew appoġġja personalment, kultant minkejja r-riżervi ta' membri oħra tal-partit. Trump anke beda jikkritika lil xi esponenti Repubblikani, fosthom il-Gvernatur ta' Texas Greg Abbott, filwaqt li insista li ma jiddispjaċihx mid-deċiżjoni tiegħu li jibda l-gw- erra mal-Iran. Min-naħa l-oħra, xi Repubblika- ni qed ikollhom jaffaċċjaw mis- toqsijiet dwar kemm il-partit sar dipendenti fuq Trump u jekk din id-dipendenza hix qed tbiegħed kategoriji ta' votanti li qabel kienu jagħtu l-appoġġ tagħhom lir-Re- pubblikani. Id-Demokratiċi, sadanittant, qed jippreżentaw ir-riżultat bħala kon- ferma li l-Amerikani jridu kontroll akbar fuq l-amministrazzjoni u bidla fid-direzzjoni politika tal- pajjiż. Madankollu, is-suċċess elet- torali tagħhom ma jfissirx li l-isfidi interni tal-partit spiċċaw. Għad iridu juru li kapaċi jittrasformaw il-vot ta' protesta f 'aġenda politika kredibbli u li jistgħu jindirizzaw it-tħassib ekonomiku tal-familji Amerikani. Sentejn b'idejn marbuta? Il-konsegwenza immedjata hija li Trump se jkollu jaffaċċja Kungress li mhux se jkun taħt il-kontroll tal-partit tiegħu. Il-maġġoranza Demokratika tista' timblokka jew ittardja proposti leġiżlattivi, tfixkel il-ħatriet ta' uffiċjali għolja u tiaħ investigazzjonijiet parlamentari dwar l-operat tal-amministrazz- joni. Dan jista' jwassal għal aktar sedu- ti pubbliċi, talbiet għal dokumenti u skrutinju dwar id-deċiżjonijiet tal-President, b'mod partikolari dawk relatati mal-gwerra mal-Iran, it-tariffi kummerċjali u l-mod kif qed jintużaw is-setgħat eżekuttivi. Madankollu, ma jfissirx li Trump tilef il-poter kollu tiegħu. Il-Presi- dent xorta għandu s-setgħa tal-veto u, f 'ċerti oqsma, jista' jkompli jaġixxi permezz ta' deċiżjonijiet eżekuttivi. Dan huwa partikolar- ment rilevanti fil-qasam tal-politi- ka kummerċjali, fejn il-President għandu strumenti legali li ma jiddependux direttament mill-ap- provazzjoni tal-Kungress. Għalhekk, hemm riskju li l-aħħar sentejn tal-presidenza jkunu kkaratterizzati minn kon- frontazzjoni istituzzjonali, aktar milli minn koperazzjoni bejn iż- żewġ partiti. Xi jfisser għall-Ewropa u għal Malta? Għall-Unjoni Ewropea, ir-riżul- tat jista' joffri xi opportunitajiet, iżda mhux bilfors iwassal għal bidla immedjata fir-relazzjonijiet ma' Washington. Waħda mill-kwistjonijiet ewlenin hija l-gwerra fl-Ukrajna. Ir-rap- preżentanta għolja tal-UE għall-Af- farijiet Barranin, Kaja Kallas, esprimiet it-tama li l-Kungress il-ġdid isaħħaħ l-appoġġ Amerikan għall-Ukrajna u jżid il-pressjoni fuq ir-Russja. Il-kontroll Demokra- tiku jista' jagħmilha aktar diffiċli għal Trump biex inaqqas l-appoġġ Amerikan mingħajr skrutinju politiku. Madankollu, il-politika barranija tibqa' fil-biċċa l-kbira taħt il-kon- troll tal-President. Dan ifisser li Trump jista' jkompli jieħu deċiż- jonijiet li jaffettwaw lill-Ewropa, partikolarment dwar in-NATO, l-Ukrajna u l-kunflitt fil-Lvant Nofsani. Hemm ukoll il-kwistjoni tat-tariffi. L-ekonomija Ewropea tista' tibqa' taħt pressjoni minħabba l-politika protezzjonista Ameri- kana. Minkejja li d-Demokratiċi jistgħu jagħmlu pressjoni politika biex ikun hemm aktar stabbiltà fil-kummerċ transatlantiku, mhux neċessarjament jistgħu jwaqqfu lil Trump milli jimponi tariffi per- mezz tas-setgħat eżekuttivi tiegħu. Għal Malta, dawn l-iżviluppi mhumiex imbiegħda daqskemm jistgħu jidhru. Bħala pajjiż mem- bru tal-UE u ekonomija żgħira u miuħa, Malta tiddependi fuq stabbiltà fil-kummerċ internazz- jonali, fil-prezzijiet tal-enerġija u fir-relazzjonijiet bejn il-potenzi globali. Kwalunkwe eskalazzjoni fit-tensjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Uniti u l-Ewropa tista' tolqot indirettament lill-esportat- uri, lin-negozji u lill-konsumaturi Maltin. Bl-istess mod, l-instabbiltà fil-Lvant Nofsani u l-gwerra mal- Iran jistgħu jkomplu jżidu l-press- joni fuq il-prezzijiet tal-enerġija u fuq ir-rotot tat-trasport marittimu u kummerċjali. Hemm ukoll dimensjoni diplomatika. Malta, li tagħmel parti mill-UE, għandha interess li l-Ewropa titkellem b'vuċi aktar magħquda fir-relazzjonijiet tagħha ma' Washington, speċjalment dwar is-sigurtà, il-kummerċ u l-ordni internazzjonali. Fl-aħħar mill-aħħar, l-elezzjo- ni Amerikana ma bidlitx min hu fil-White House, iżda bidlet radikalment il-kundizzjonijiet li fihom se jkollu jiggverna. Trump għad fadallu sentejn fil-poter, iżda issa jrid jaffaċċja oppożizzjoni li għandha l-għodod istituzzjonali biex tikkontrollah u tikkontestah. Għall-Ewropa, u għal Malta, il-mistoqsija mhijiex biss jekk dan hux se jillimita lil Trump domes- tikament, iżda jekk President li jħossu politikament assedjat hux se jkun aktar lest li jfittex kompro- mess jew, għall-kuntrarju, idur lejn il-politika barranija biex isaħħaħ il-wirt politiku tiegħu. Trump ma kienx kandidat fuq il-polza tal-vot iżda l-elezzjoni nbidlet f 'referendum dwar it-tmexxija tiegħu
