MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547511

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

analiżi IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2026 • illum 08 JAELLE BORG Żewġ verdetti li ħasdu lil Malta, disa' ċittadini fdati bid-deċiżjoni dwar il-ħtija jew l-innoċenza ta' persuna, u mistoqsija li reġgħet sabet ruħha fiċ-ċentru tad-dibattitu nazzjonali: wasal iż-żmien li s-sistema tal-ġurija f 'Malta tinbidel? Wara l-ġurijiet ta' Yorgen Fenech u Lorin Scicluna, li fihom it-tnejn instabu mhux ħatja tal-akkużi ta' kompliċità fil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-qtil ta' Lassana Cisse rispettivament, reġgħu tqajmu dubji dwar sistema li tqiegħed deċiżjonijiet daqstant serji f 'idejn persuni mingħajr taħriġ legali. Madankollu, minn kummenti li taw erba' avukati, joħroġ li l-problema mhijiex neċessarja- ment l-eżistenza tal-ġurija, iżda jekk is-sistema hijiex mgħam- mra biżżejjed biex tindirizza r-realtajiet tal-lum. L-Avukat Nicholas Mifsud jemmen li s-sistema għandha tinżamm, għalkemm jirrikon- oxxi li hemm lok għal titjib. Skontu, bħal kull sistema oħra, il-ġurija għandha elemen- ti li jeħtieġ jinżammu, oħrajn li jistgħu jinbidlu u oħrajn li għandhom jitneħħew. L-istess pożizzjoni jieħu l-Avukat Jose Herrera, li jqis il-ġurija bħala garanzija funda- mentali ta' proċess ġust. Herrera jargumenta li sistema fejn disa' ċittadini indipendenti, mingħajr rabtiet mal-awtorita- jiet, jiddeċiedu dwar il-ħtija ta' persuna tipprovdi protezzjoni importanti lill-akkużat. Fil-fehma tiegħu, imħallef jista' xi drabi jkun espost għal pressjonijiet li ġurati indip- endenti ma jkunux esposti għalihom bl-istess mod. Għalkemm jirrikonoxxi d-dif- etti tas-sistema, Herrera jinsisti li din, bħala prinċipju, tibqa' waħda mill-garanziji ta' proċess ġust. Din mhijiex pożizzjoni ġdida għalih. Wara l-kontroversja dwar il-verdett fil-każ ta' Mein- rad Calleja, Herrera kien diġà ddefenda l-prinċipju li persuna tiġi ġġudikata minn ċittadini ordinarji. Reati aktar kumplessi, ġurati mingħajr taħriġ legali Għall-Avukat Jason Azzopar- di, il-problema ewlenija tinsab fil-kumplessità dejjem tikber tar-reati li l-ġurati jintalbu jid- deċiedu dwarhom. Huwa jsemmi reati bħall-ħasil tal-flus, il-konfoffa u l-kom- pliċità, fejn id-distinzjonijiet legali jistgħu jkunu diffiċli biex jinftiehmu minn persuni min- għajr għarfien tal-liġi. Azzopardi jenfasizza li dan mhuwiex tort tal-ġurati, iżda konsegwenza tal-fatt li ċittadini ordinarji ma jkollhomx neċes- sarjament it-taħriġ biex jifhmu dawn il-kunċetti. Għalhekk jipproponi li, f 'ċerti każijiet, l-imħallef ikun jista' jipparteċipa fid-deliberazzjoni- jiet mal-ġurati, kif iseħħ f 'forom differenti f 'xi sistemi Ewropej. Skontu, il-preżenza tal-im- ħallef tista' tgħin biex jiġu ċċarati kwistjonijiet tekniċi qabel ma tittieħed deċiżjoni. Anke Mifsud iqajjem il-pos- sibbiltà ta' deliberazzjonijiet konġunti f 'ġurijiet li jinvolvu kwistjonijiet legali kumplessi. Azzopardi, iżda, iwissi kontra bidliet mgħaġġla bħala reazz- joni għal verdetti partikolari, u jipproponi t-twaqqif ta' kummis- sjoni magħmula minn esperti legali, professuri u avukati biex teżamina r-riformi meħtieġa. Il-ġurati għandhom jiġġustifikaw il-verdett tagħhom? Kwistjoni oħra hija jekk il-ġurati għandhomx ikunu obbligati jispjegaw ir-raġunijiet wara l-verdett tagħhom, bħalma jagħmlu l-imħallfin. Mifsud jemmen li proposta bħal din tista' tagħmel sens, iżda mhux jekk l-għan tagħha jkun sempliċement li sserraħ ras il-pubbliku. Huwa jsemmi wkoll il-possib- biltà ta' aktar trasparenza per- mezz tax-xandir ta' ċerti ġurijiet, kif iseħħ f 'xi ġurisdizzjonijiet Amerikani, biex il-pubbliku jkun jista' jsegwi l-provi u l-argumenti ppreżentati. Herrera, min-naħa tiegħu, jop- poni l-obbligu li l-ġurati jagħtu r-raġunijiet tagħhom, għaliex jemmen li dan imur kontra l-għan tas-sistema. Azzopardi jirrikonoxxi l-mer- tu tal-proposta, iżda jargumenta li spjegazzjoni wara l-verdett tista' tasal tard wisq jekk tkun diġà seħħet inġustizzja. Għalhekk jinsisti li huwa aktar importanti li l-imħallef ikun jis- ta' jgħin lill-ġurati matul id-de- liberazzjonijiet, qabel tittieħed id-deċiżjoni. L-influwenza tal-midja u l-għażla tal-ġurati B'kuntrast mal-avukati l-oħra, l-Avukata Yanica Barbara Sant taqbel li s-sistema għandha tin- bidel, partikolarment minħabba l-ammont ta' informazzjoni dwar każijiet kriminali li tiġi rrappurtata fil-pubbliku. Hija twissi li persuni esposti għal dan ir-rappurtaġġ jistgħu eventwalment jintgħażlu bħala ġurati, minkejja li jkunu diġà ffurmaw opinjoni dwar il-każ. Dan, fil-fehma tagħha, jista' jaffettwa l-oġġettività tagħhom. Azzopardi wkoll iqajjem il- ħtieġa ta' verifiki aktar bir-reqqa tal-ġurati potenzjali, inkluż tal-attività tagħhom fuq il-midja soċjali. Madankollu, jistaqsi kemm hemm akkużati li jifilħu jħallsu avukati biex jagħmlu riċerka es- tensiva dwar il-ġurati potenzjali. Taħriġ u qrati mgħammra aħjar Mifsud jipproponi li l-ġurati jingħataw taħriġ ta' madwar jumejn qabel jibdew ġuri, sabiex jimu r-responsabbiltajiet tagħhom u kif għandhom jeval- waw il-fatti. Azzopardi jaqbel mal-ħtieġa ta' preparazzjoni, iżda jenfasizza wkoll l-importanza ta' tagħmir teknoloġiku adegwat fil-Qrati. Huwa jirrakkonta kif f 'ġuri f 'Malta ġiet miċħuda talba għal headphones biex il-ġurati jisimgħu recordings b'mod ċar, minħabba li t-tagħmir ma kienx disponibbli. Herrera, min-naħa tiegħu, jip- proponi wkoll li jiġi kkunsidrat l-ingaġġ ta' avukati kriminalisti privati b'esperjenza estensiva biex jgħinu fil-prosekuzzjoni, filwaqt li jisħaq li dan mhuwiex kritika tal-avukati tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Għalkemm il-fehmiet tal-avukati jvarjaw, id-dibatti- tu juri li r-riforma tas-sistema tal-ġurija tista' tmur lil hinn mill-mistoqsija dwar jekk għan- dhiex tinżamm jew titneħħa. Wara żewġ verdetti li ħasdu lil Malta: Is-sistema tal-ġurija għandha tinbidel? Il-verdett fil-ġurijiet ta' Yorgen Fenech u Lorin Scicluna reġa' fetaħ id-dibattitu dwar is-sistema tal-ġurija f 'Malta. Iżda filwaqt li xi avukati qed iwissu dwar l-influwenza tal-midja fuq il-ġurati, oħrajn jinsistu li s-soluzzjoni mhijiex li titneħħa s-sistema, iżda li tissaħħaħ permezz ta' taħriġ, bidliet fil-mod kif isiru d-deliberazzjonijiet u aktar investiment fil-Qrati. Mix-xellug: L-avukati Nicholas Mifsud, Jose Herrera, Jason Azzopardi u Yanika Barbara Sant

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 November 2026