MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547511

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 8 TA' NOVEMBRU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Esperti jinġabru f 'Malta biex jistudjaw l-istorja tal-bini ta' palazzi storiċi Heritage Malta, b'kollaborazzjoni mal- inizjattiva Ewropea COST Action EUROGLOSS, temmet b'suċċess workshop internazzjonali intensiv ta' jumejn bit-titlu Palaces Beyond the Written Source: The Case Study of Malta. L-attività, li saret fit-23 u fl- 24 ta' Ottubru, laqqgħet f 'Malta esperti Ewropej fl-istorja tal-arkitettura u tal-kostruzz- joni, arkeologi, storiċi, arkivisti u speċjalisti fil-konservazzjoni. L-għan kien li jiġu esplora- ti metodoloġiji innovattivi għall-istudju ta' palazzi storiċi meta d-dokumenti miktuba jkunu neqsin jew mhux kom- pluti. Il-workshop kien parti mill-proġett EUROGLOSS (A Glossary of Technical Construc- tion Vocabulary in 17th–18th Century European Court Residences, CA24102), immexxi minn Valentina Burgassi tal-Po- litecnico di Torino u ffinanzjat mill-programm Ewropew COST Action taħt il-qafas ta' Horizon Europe. Il-proġett jindirizza n-nuqqas ta' għarfien storiku sistematiku dwar il-kostruzz- joni f 'diversi pajjiżi Ewropej, billi jgħaqqad esperti minn dixxiplini differenti bil-għan li joħolqu database diġitali b'aċċess miftuħ u glossarju mul- tilingwi standardizzat. B'atten- zjoni partikolari fuq is-siti kbar ta' kostruzzjoni tar-residenzi rjali Ewropej tas-sekli 17 u 18, il-proġett jistudja rendikonti ta' artiġjani, rapporti dwar ix-xog- ħlijiet, u pjanti arkitettoniċi biex jiddokumenta t-terminoloġija marbuta mal-kostruzzjoni u jsegwi kif il-vokabularju tekniku u t-teknika tal-bini nxterdu madwar l-Ewropa. Il-workshop ġie mfassal u or- ganizzat minn tim ta' riċerkatu- ri magħmul minn Leone Carlo Ghoddousi (l-Italja), Christian Mifsud (Malta), Felix Schmied- er (il-Ġermanja) u Emine Çiğdem Asrav (it-Turkija). Fil-kuntest Malti, limitazz- jonijiet amministrattivi storiċi u ġrajjiet tal-imgħoddi ħallew il-materjal arkivistiku mhux komplut, u dan joħloq sfidi partikolari għar-riċerkaturi. Għalhekk, it-tim organizza din l-attività biex jeżamina kif evidenza mhux miktuba, bħall-arkeoloġija strutturali u l-analiżi fiżika tal-materjali, tista' tgħin biex jiġu rikostruwiti l-fażijiet kumplessi tal-bini u s-sengħa tal-bennejja u l-artiġ- jani ta' dari, meta d-dokumen- tazzjoni miktuba tkun skarsa. Il-programm ta' jumejn għaqqad flimkien diskussjoni- jiet teoretiċi u riċerka kom- parattiva fuq il-post f 'diversi palazzi storiċi taħt il-ħarsien ta' Heritage Malta. Fl-ewwel jum, il-parteċipanti ltaqgħu fil-Berġa tal-Italja, illum MUŻA, fil- Belt Valletta, għal sessjonijiet introduttorji. Dawn ġew segwiti minn żjara ggwidata fil-wirja temporanja Cor Unum, Mul- tiplicia Nomina: Rethinking the langue of Italy in Context fil-Biblijoteka Nazzjonali ta' Malta, kif ukoll żjara fil-Palazz tal-Gran Mastru. Fit-tieni jum, l-attivitajiet komplew fil-Bir- gu, fejn il-parteċipanti wettqu analiżi fuq il-post fil-Forti Sant'Anġlu u fil-Palazz tal-Ink- wiżitur. Il-programm intemm b'diskussjoni bejn l-esperti madwar mejda. Matul il-workshop, id-disk- ussjonijiet interdixxiplinarji ffukaw fuq l-arkeoloġija fiżika u strutturali biex tiġi interpre- tata t-teknika tal-bini; analiżi komparattiva ta' evidenza dwar il-palazzi residenzjali f 'Malta u xejriet usa' fir-residenzi rjali Ew- ropej; kif ukoll ir-rabta bejn l-el- ementi fiżiċi tal-bini u t-termi- noloġija storika. Dawn l-istudji u l-konklużjonijiet tagħhom se jikkontribwixxu direttament għall-pjattaforma diġitali tal- proġett EUROGLOSS. Bit-tlaqqigħ ta' studjużi inter- nazzjonali u speċjalisti lokali fi wħud mill-aktar palazzi storiċi importanti ta' Malta, din l-in- izjattiva kellha l-għan li tkattar l-istudju tal-prattiki tal-kostru- zzjoni fil-perjodu modern bikri, filwaqt li tintegra l-patrimonju Malti direttament f 'riċerka Ew- ropea avvanzata. Għal aktar tagħrif dwar l-in- izjattivi ta' Heritage Malta u attivitajiet ta' riċerka li ġejjin, żur www.heritagemalta.mt Biex issir taf aktar dwar il- proġett EUROGLOSS, żur is-sit: https://www.cost.eu/actions/ CA24102/ L-esperti Ewropej fl-istorja tal-arkitettura u tal-kostruzzjoni, arkeologi, storiċi, arkivisti u speċjalisti fil-konservazzjoni esploraw metodoloġiji innovattivi għall-istudju ta' palazzi storiċi meta d-dokumenti miktuba jkunu neqsin jew mhux kompluti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 November 2026