MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 November 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

www.illum.com.mt NRU 1038 €1.50 IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 PAĠNI 6-7 We continue driving Malta's success as a reputable financial services centre. Be part of the journey. journey. financemalta.org/become-a-member Malta tgħid le għar-riforma tat- taxxa Ewropea fuq it-tabakk IKOMPLI F'PAĠNA 5 IKOMPLI F'PAĠNA 3 CLYDE U MALCOLM SINTOMI TA' GVERN LI QED JITLEF IL-BOXXLA? Żewġ episodji differenti riċenti kixfu l-istess problema fil-qal- ba tal-Gvern ta' Robert Abela: nuqqas ta' koerenza, nuqqas ta' direzzjoni politika u sens dejjem aktar ċar li fil-Partit Laburista kulħadd qed jiġbed għal rasu. Minn naħa hemm il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana, li fetaħ il-bieb għall-kontrovers- ja dwar rapport li kien wissa dwar il-konsegwenzi tat-tkab- bir tal-popolazzjoni, u min- naħa l-oħra hemm il-Ministru għall-Kultura Malcolm Paul Agius Galea, li rnexxielu joffendi settur sħiħ b'kummenti dwar l-artisti u l-kreattività. Il-każ ta' Caruana huwa par- tikolarment imbarazzanti għall- Gvern. F'intervista estensiva mat-Times of Malta, ippubblikata fid-9 ta' Novembru, il-Ministru żvela li fl-2018 kien ħejja rapport ta' madwar 300 paġna dwar l-im- patt tat-tkabbir tal-popolazzjoni fuq Malta, iżda li r-rapport kien twarrab u ma kienx ġie ppub- blikat. Huwa kien qed jitkellem dwar studju li kien ikkummis- sjonat mill-Eks Prim Ministru Joseph Muscat meta Caruana kien għadu jmexxi l-Aġenzija Jobsplus. L-Ewropa tipprepara għall-gwerra u attakki: Malta kemm hi lesta għal kriżi? Diversi gvernijiet qed iħeġġu lill-familji jħejju provisti għal emerġenzi wara numru ta' attakki ċibernetiċi IL-PN SPETTATUR: JURI L-INKAPAĊITÀ TIEGĦU LI JAGĦMEL AVVANZI FID-DAWL TA' SITWAZZJONIJIET BĦAL DAWN JAELLE BORG Attakki ċibernetiċi fuq mijiet ta' supermarkets, theddid ta' bombi li fixkel titjiriet u skejjel, u twissijiet lill-popolazzjoni biex taħżen ikel u ilma qed ipoġġu s-sigurtà u t-tħejjija għall- emerġenzi fuq quddiem nett tal-aġenda Ewropea. Servizzi essenzjali jistgħu jkunu vulnerabbli għal attakki diġitali Clyde Caruana (xellug) u Malcolm Paul Agius Galea (lemin)

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 November 2026