Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1547582
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' NOVEMBRU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Direttur Maniġerjali: SAVIOUR BALZAN • Editur: PAUL COCKS Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M alcolm Paul Agius Galea mhux sempliċement parla fil-vojt. Il-kummenti tiegħu dwar l-artisti u l-kreattività kixfu problema ferm aktar serja: li ma fehemx ir- rwol li għandu jaqdi ministru tal-kultura u, fuq kollox, nuqqas ta' sensittività lejn settur li suppost jirrappreżenta u jiddefendi. Meta ministru jiddeskrivi l-ewwel xhur tiegħu fil-kariga bħala "trawmatiċi", jirre-feri għall-kreattività bħala xi ħaġa li jista' jkollha elementi perikolużi, u jitkellem dwar artisti li jaħsbu li huma r-rigal t'Alla lid-dinja, ikun qed jagħti stampa ċara ħafna tal-attitudni tiegħu lejn is-settur. Jidher li minflok ma jara l-artisti bħala nies li għandhom bżonn champion fil-Gvern, jarahom bħala problema li jrid jitgħallem jimmaniġġja. Din mhix biss kwistjoni ta' kliem. Hija kwistjoni ta' mentalità. Il-kreattività ma tistax tkun suġġetta għal xi norma imposta minn ministru. L-arti mhijiex eżerċizzju biex togħġob lill- awtoritajiet jew biex tibqa' fil-limiti ta' dak li xi ħadd fil-poter iqis bħala tajjeb jew ħażin. L-arti għandha d-dritt li tipprovoka, tisfida, tikkritika u tqajjem mistoqsijiet skomdi. Jekk il-ministru ma jiimx dan, diffiċli wieħed jara kif jista' jmexxi settur li l-libertà tal-espressjoni hija fil-qalba tiegħu. U ma jistax jaħrab mir-responsabbiltà billi jgħid li seta' esprima ruħu aħjar. Il-problema mhijiex biss kif qal dak li qal, iżda x'juru l-kummenti dwar il-mod kif iħares lejn il-kultura. Il-wegħda li jbaxxi rasu u jaħdem aktar ma tistax tkun il-konklużjoni ta' din il-kontroversja. Il-fatti jitkellmu waħedhom. Il- Malta Entertainment Industry and Arts Association ressqet ittra miuħa lill-Prim Ministru, sostnuta minn 56 organizzazzjoni u 3,327 professjonist fis- settur, fejn talbet ir-riżenja tal-ministru jew li jitneħħielu l-portafoll tal-kultura. Dan m'għadux argument bejn ministru u it kritiċi. Huwa sinjal ta' kriżi serja ta' fiduċja fi ħdan il-komunità li suppost għandu jmexxi. U x'qed jagħmel Robert Abela? Il-Prim Ministru stess ammetta li l-kummenti kienu insensittivi u li s-settur kellu raġun ikun diżappuntat. Iżda jekk Abela jagħraf li l-Ministru tiegħu weġġa' lil dan is-settur, għaliex waqaf hemm? Il-Prim Ministru kellu quddiemu opportunità ċara li juri li r-responsabbiltà politi-ka għadha tfisser xi ħaġa. Minflok, il-pubbliku ra rikonoxximent tal-problema iżda mhux azzjoni proporzjonata magħha. U anki wara l-appell formali ta' eluf ta' professjonisti, il-kwistjoni tibqa' fuq il- mejda tiegħu. Din hija l-istess attitudni ta' kompjaċenza li tant drabi naraw f 'dan il-Gvern: meta tqum kontroversja, issir xi dikjarazzjoni, issir xi apoloġija parzjali, titwiegħed aktar ħidma u mbagħad kulħadd jistenna li l-istorbju jgħaddi. Il-problema mhijiex biss il-Ministru, iżda wkoll Prim Ministru li, minkejja li jagħraf il-ħsara, ma jagħtix sinjal ċar ta' responsabbiltà politika. Lanqas il-Partit Nazzjonalista ma ħareġ tajjeb minn din il-kwistjoni. L-ewwel reazzjoni tiegħu kienet li l-Ministru għandu jieħu responsabbiltà politika, iżda mhux bilfors jirriżenja. Din hija pożizzjoni li tħalli wisq lok għall-ambigwità. Me- ta l-komunità artistika qed tiddikjara li tilfet il-fiduċja fil-persuna li suppost tir- rappreżentaha, x'inhu eżattament il-livell ta' responsabbiltà li l-Oppożizzjoni qed titlob? Il-PN kellu jkun aktar ċar u konsistenti. Mhux biżżejjed jikkritika l-kummenti u jippreżenta lista ta' proposti għall-kultura. Il-kwistjoni hija waħda ta' tmexxija u ta' fiduċja, u l-Oppożizzjoni għandha tagħmilha ċara x'responsabbiltà politika tqis meħtieġa f 'ċirkostanzi bħal dawn. Il-kultura Maltija ma tistax tibqa' ostaġġ ta' ministru li jidher li għadu ma għarafx x'inhu r-rwol tiegħu, u lanqas ta' Gvern li jippreferi jistenna li kontroversja tgħaddi milli jindirizzaha. Il-kwistjoni issa mhijiex jekk Malcolm Paul Agius Galea jistax jagħmel diskors aħjar id-darba li jmiss. Hija jekk il-fiduċja li ntilfet tistax terġa' tinbena waqt li jibqa' responsabbli mill-istess portafoll. U Robert Abela ma jistax jibqa' jinħeba wara kliem dwar sensittività. Ir-responsabbiltà tiegħu bħala Prim Ministru trid tidher fid-deċiżjonijiet li jieħu, u mhux biss fid- dikjarazzjonijiet tiegħu. Il-kultura ma jistħoqqilhiex ministru bħal dan

